Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum 'X'sena dik!' - Diane Schembri minn Cristian Antony Muscat DIANE Schembri - fost l-aqwa kick- boxers f 'pajjiżna u li s-sena 2018 ġabitilha suċċess kbir fil-karriera tagħha. "X'Sena dik! Fl-ebda mument ma qtajt qalbi, pass wara pass u ġlieda wara ġlieda flimkien ma' Master Noel Mercieca u t-tim kollu fosthom Terence Cilia u Daniel 'The Jet' Zahra wasalt għall- aħħar waħda għal din is-sena. Ninsab sodisfatta ħafna għax għalaqt is- sena b'rebħa li veru xtaqt u ħdimt ħafna għaliha. Din kienet ġlieda importanti ħafna fil-karriera tiegħi għax ksibt it-titlu nazzjonali fil-K1 tal kategorija 55-59.9kg kontra avversarja b'saħħitha u ta' teknika tajba. Huwa ta' unur kbir li ħa nġorr isem Malta u isem il-klabb tiegħi 'Team Noel' matul is-sena d-dieħla ġewwa l-Irlanda. Fis-serata li saret tal-MKBA Malta Nationals li seħħet ġewwa l-Padiljun ta' Kordin nhar il-Ħadd 9 ta' Diċembru, irċevejt ukoll unur personali b'tifkira ta' Hugo Chetcuti tal-Best female fighter of the Year 2018' - unur kbir iehor. Grazzi lil kull min innominani u lil kull min emmen fija. Grazzi kbira lill-president tal-MKBA Isaac Chetcuti u l-assoċjazzjoni kollha li għall- ewwel darba fl- istorja organizzaw il-Kampjonat ta' Malta tal- Kickboxing / K1." Swieqi Yobetit -Ewwel post tal-Videoslots League tal-irġiel u La Salle HC jirbħu l-MHA cup tan-Nisa minn Cristian Antony Muscat SWIEQI Yobetit Phoenix temmew l-ewwel rawnd b'punti massimi filwaqt li Luxol Club Class u Aloysians Prominent jinsabu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Il-Kampjonat issa jinqasam fiċ- Championship Pool fejn jieħdu sehem sitt timijiet u t-Tieni Divżjoni fejn jikkompetu erba' timijiet. Ħamrun Gasan Mamo Insurance se jkunu qed jibdew fl-ewwel post tat-Tieni Diviżjoni. Il-Kampjonat jibda f 'Jannar li ġej. LA Salle HC rebħu l-MHA Cup wara li għelbu lir-rivali Aloysians HC f 'Diċembru. Il-Videoslots League tan-nisa se jibda issa fil-5 ta' Jannar. sehem sitt timijiet u t-Tieni ta' Jannar. tal-irġiel u La Salle HC jirbħu l-MHA cup tan-Nisa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018