Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
Sports 31 Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum Tarxien Rainbows minn meta nbidel il-kowċ ftit taż-żmein ilu? Fit-tieni staġun tiegħi ma' Tarxien Rainbows, kellna naqra taqlib mhux ħażin fil-kowċis fejn matul l-istaġun konna biddilna tliet kowċis kollha bl-ideat differenti tagħhom. Fl-istaġun li għadda l-klabb ħatar lil Josè Borg u minn dak iż-żmien 'l hawn għadu hu. Din swiet tajjeb għall-kontinwazzjoni biex tibni minn staġun għall-ieħor anke għall-plejers biex jidraw it-tattika li jkun irid jimplimenta hu. X'inhu t-tragward ewlieni għar- rainbows matul dan l-istaġun? Li tassiguraw ruħhom minn post fil- Premier kemm jista' jkun malajr? L-inqas tragward huwa li nsalvaw mill-aktar fis possibli. Ma rridux ngħaddu minn dak li għaddejna s-sena l-oħra żgur. Neħduha logħba b'logħba u nippruvaw nieħdu t-tliet punti minn kull partita. Nistgħu nirbħu lil kulħadd però nistgħu nitilfu ma' kulħadd ukoll. M'hemmx dubju li int qed tħabbat il-bieb tal-kowċ Ray Farrugia biex tirrappreżenta lil pajjiżna bil-flokk tat-tim nazzjonali. Kemm tixtieq li dan iseħħ fil-futur? Ix-xewqa ta' kull plejer hija li jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali u jirrappreżenta lil pajjiżu. Ikun ta' unur jekk nirrappreżenta lil pajjiżi f 'livell internazzjonali. Nitkellmu dwar l-istaġun s'issa ta' Tarxien Rainbows. Kemm int kuntent bil-prestazzjonijiek tiegħek sa issa bejn il-lasti tar-Rainbows u anki ta' Tarxien bħala tim? Personalment jien qatt ma jien kuntent bil-prestazzjonijiet tiegħi. Kull logħba irrid inkun aħjar mil-logħbiet ta' qabel. Bħala tim ukoll naħseb li għandna fejn intejbu l-prestazzjonijiet tagħna. Bħalissa aħna qegħdin mat-timijiet ta' isfel però bil-kwalità li hemm dan l-istaġun naħseb li nistgħu nkunu aktar 'il fuq fil-klassifika Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Le, ma naqbilx. Biss biss lanqas naqbel li hawn dawn il-klabbs kollha hawn Malta. M'hawnx biżżejjed riżorsi fosthom plejers ta' livell, infrastruttura sportiva fejn isir it-taħriġ, nuqqas kbir ta' diriġenti u sponsors fost oħrajn. Nippreferi li kieku jkun hawn 20 tim - 10 fil-Premier li jridu jkunu professjonali bilfors u 1- fl-Ewwel Diviżjoni. Xi ħaġa li jiena nawgura lill-klabbs tal-Premier hi li fil-viċin jilħqu status professjonali. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, hemm differenza però ċerti timijiet ta' taħt fil-ġurnata jistgħu jirbħu lit- timijiet ta' fuq. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Dan huwa suġġett vast u delikat ħafna. Sakemm il-barranin illi jiġu, jgħinuna ngħollu l-livell tal-Premier, naħseb illi l-plejers Maltin ukoll iżidu fil-prestazzjonijiet tagħhom. Ħafna mill-klabbs diġà għandhom 11-il barrani ffirmat magħhom. Il-mistoqsija li tħoll u torbot hi li jekk ħa jiġu mgħajta mat-18, hux ħa jogħla l-livell jew le. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Xi kultant iva, qegħdin ikunu ta' livell tajjeb. Jekk le jkunu qegħdin jieħdu post talent lokali. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? L-Istadium Nazzjonali l-aktar li nieħu gost nilgħab fih, għax l-art tal-piċċ hija waħda eċċellenti, dressing rooms kbar u sistema tad-dawl tajba ħafna. Il-Hibs ground wara r-re-seeding, l-art tkun tajba ħafna wkoll. Għalkemm ma tantx jien favur li l-Premier jintlagħab fuq piċċ sintetiku nippreferi nilgħab is-Centenary Stadium milli l-Victor Tedesco Stadium. Bħala warming-up naħseb li l-ħin allokat bejn partita u oħra qabel it-tieni logħba fis-Centenary Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium mhux biżżejjed. Id- dawl u l-art fil-Victor Tedesco Stadium ma naħsibx li huma tajbin biżżejjed biex jintlagħab il-logħob fih. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ma tantx inħobb nikkummenta fuq il-wirjiet tar-referis. Aktar nagħti kas tal-wirja tiegħi u tat-tim però bħalissa ninsab iddiżappuntat ħafna bil-kontroll tar-referis waqt il-partiti tagħna. Naħseb li ħafna mid-deċiżjonijit krucjali li ħallew impatt fuq il-logħba li ttieħdu fil-partiti tagħna, ir-referis kienu wisq ħarxa kontrina kemm fil-fawls favurina li ma ngħatawx u l-gowls li tħassru, kif ukoll fil- fawls kontrina li ngħataw, però nemmen li matul l-istaġun l-affarijiet jibbilinċjaw ruħhom u r-rota ddur. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Tittrenja mija fil-mija kull sessjoni rrelevanti mis-sitwazzjoni li tkun fiha. Taħdem waħdek fuq in-nuqqasijiet u timpruvja l-qawwiet. Toqgħod attent x'tiekol u ma' liema ħbieb tagħmilha għax fil-ħajja mhux kulħadd iridlek il-ġid u li tkun aħjar minnu. Rajt ħafna talenti li setgħu jilagħbu faċli barra mill- pajjiż jew inkella mat-tim nazzjonali tal-kbar u rmew il-karriera minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li għamlu f 'ħajjithom. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju / xogħol u mal-futbol? Inkun onest meta kont għadni qed nistudja, il-ħajja kienet ħafna aktar faċli u flessibli għalija. Meta tibda taħdem differenti u mhux faċli. Għalkemm ix-xogħol tiegħi huwa f 'uffiċċju xorta tkun għajjien mentalment wara ġurnata xogħol. Ġieli wara x-xogħol, u t-taħriġ nerġa' mmur ix-xogħol skont l-esiġenzi tax-xogħol li jinqalgħu. Ma rridux ninsew il-familja wkoll. Nirringrazja 'l Alla li sibt tfajla tappoġġjani għax matul il-ġimgħa bilkemm niltaqgħu però hi tifhimni. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-ħajja ta' plejer mhix facli. Ħa ssibu diffikultajiet tul il-karriera però dawk huma biss parti minn sfida. Tridu tkunu determinati, mentalment b'saħħitkom u ddixxiplinati f 'dak li qed tagħmlu, temmnu fikom infuskom u taqtgħu qalbkom qatt anki fl-aktar mumenti diffiċli. Ftakru li kull deċiżjoni li se tieħdu fil-preżent ħa taffettwakom fil-futur! għaddejt minnu biex niġġieled il-korruzzjoni' Huwa wieħed mill-aqwa goalkeepers li pproduċa l- futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Jibqa' magħruf għall-fatt li s-snin li għaddew kixef każ ta' korruzzjoni meta kien jilgħab bil-okk ta' Ħamrun Spartans. Bħalissa, jiddefendi b'suċċess il-lasti ta' Tarxien rainbows, fejn huwa wkoll il-captain tal-istess tim. ANDREA CASSAR Ritratt: James Bianchi