Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
3 Aħbarijiet Jannar u Frar – iddominati mill-VGH, l-ILLUM tistaqsi Fix-xahar ta' Jannar l-aktar storja li segwejna kienet dik tal-VGH. Konna żvelajna kif ir-rappreżentanti tal- ħaddiema tal-isptarijiet li spiċċaw għand il-VGH saru jafu bil-bejgħ lil Steward Helathcare wara li dan tħabbar mill-midja. Iktar tard żvelajna kif l-VGH kellhom eluf kbar f 'dejn, biss biss mal- kuntratturi li ma tħallsux tax-xogħol li għamlu u allura waqfu. Kienet il- gazzetta ILLUM li żvelat li t-tim tal-IT ukoll kienu waqfu mix-xogħol. It-tim tal-IT kien jifforma parti minn Ohum Healthcare u kumpaniji tal-kostruzzjoni Maltin kienu mqabbdin minn Shapoorji Pallonji. Fi Frar il-gazzetta ILLUM żvelat kif kienu saru €3.6 miljun f 'investiment fl- Isptar ta' Għawdex fl-2012, 2013 u 2014 minkejja li l-Isptar ingħata lill-VGH b'xejn kif ukoll li l-Gvern, fil-kuntratt mal-VGH li partijiet minnu kienu mgħottija, intrabat li jibqa' jħallas l-ewwel €1.8 miljun fi spiża rikorrenti hu. Jannar –Marzu – l-ILLUM tagħti palata lill-bdiewa ta' Buleben Il-gazzetta ILLUM kienet fuq quddiem li xandret filmati u ppubblikat intervisti mal-bdiewa ta' Buleben li kellhom l-art li ilhom jaħdmu mijiet ta' snin mhedda mill-bini ta' fabbriki. Il-gazzetta intervistat lil Ruben Abela ta' Wirt iż-Żejtun u kienet fuq quddiem biex tirrapporta l-iżviluppi, sakemm il-Gvern biddel id-deċiżjoni tiegħu u ddeċieda li l-art in kwistjoni ma tinbeniex. Is-sena kollha - slaleb, knejjes u festi Il-gazzetta ILLUM nhar l-4 ta' Marzu ppubblikat intervista li qajmet xi ftit ta' għagħa hekk kif l-Isqof ta' Għawdex sostna li mhux se jinkwieta żżejjed li jitneħħew il-kurċifissi f 'postijiet pubbliċi, kuntrarjament għal dak li kien qal il-Kap tal-Partit Nazzjoalista qablu dwar is-suġġett. Nhar Ħadd il-Għid, il-gazzetta ILLUM ippubblikat stħarriġ li kien juri kif 90% tal-poplu jħoss li l-Knisja f 'pajjiżna għandha influwenza 'kbira' jew 'medja'. L-istħarriġ kien juri wkoll li l-aktar li jaħsbu, li hija influwenti huma votanti tal-PN u l-inqas tal-AD. Fl-ewwel Ħadd ta' Awwissu din il-gazzetta ppubblikat suppliment speċjali dwar il-festi u iktar riċenti suppliment dwar ir-restawr tal-istatwa tal- Immakulata Kunċizzjoni. Mhux daqstant pożittiva kienet l-istorja ppubblikata nhar it-2 ta' Settembru li trattat il-każ ta' Dun Felix Cini. Għall-ewwel darba fi snin twal Dun Felix Cini tkellem dwar il-każ li fih instab ħati b'attenzjoni żejda fuq numru ta' tfal. Huwa sostna li kulma għamel 'taptap fuq spallejn l-abbatini.' Efimova: ċempilna u staqsejna Matul l-2018, il-gazzetta ILLUM għamlet diversi telefonati biex issir taf iktar dwar Efimova u l-mandat ta' arrest. Fil-fatt telefonati lill-Interpol, Europol u l-Pulizija Ċiprijotta ma waslux biex kien żvelat il-mandat ta' arrest li din suppost kellha wara allegat serq mill-post fejn kienet taħdem. Lanqas mill-post fejn kienet taħdem ma ħarġet ebda informazzjoni. LGBTIQ... Il-gazzetta ILLUM kienet l-ewwel gazzetta f 'Malta li pproponiet żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Din is-sena kompliet tikkampanja f 'dan il- qasam, din id-darba biex id-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' orjentazzjoni sesswali fl-għoti tad-demm ma tibqax. Il-gazzetta wasslet biex il-Gvern iwiegħed li se jbiddel din is-sitwazzjoni fiż-żmien li ġej. Din is-sena il-gazzetta spiċċat ukoll f 'nofs kontroversja minħabba kariktura li kienet turi persuni LGBTIQ. Diversi rawha umoristika, iżda oħrajn fosthom persuni LGBTIQ rawha offensiva. L-Editur tal-gazzetta niżżel il-karikatura u talab apoloġija, għalkemm sostna li l-karikatura kienet qed tiddieħak b'sitwazzjoni li fit-toroq u fid-diskors tat-triq hija komuni. 20 każin taħt il-mannara Storja oħra esklussiva tal- gazzetta ILLUM li qajmet ħafna diskussjoni u anke bidliet legali kienet dik li turi kif 20 każin tal-banda li jinsabu f 'kirja antika jinsabu fil-periklu hekk kif il-Qorti ddeċidiet favur is-sidien tal-binja fejn hemm il-Każin De Paule. L-ILLUM ippubblikat il-lista tal-każini li jinsabu 'taħt il-mannara'. L-istorja qajmet diksussjoni u l-Gvern emenda l-liġijiet biex issa soċjetà tal-banda ma tistax tkun żgumbrata jekk tkun bniet struttura fil-każin li tkun relatata mal- attivitajiet. Dawn l-emendi 'salvaw' lis-soċjetà ta' Strella Maris mill- iżgombru f 'każ miftuħ mis-sidien fuq il-bini ta' kmamar fuq il-bejt. Kirjiet u għases Matul din is-sena l-gazzetta ILLUM kompliet għaddejja bi stejjer dwar il-kirjiet filwaqt li tiżvela proposti li jkunu saru minn organizzazzjonijiet differenti. Il-gazzetta żvelat it-tħabbir tal-White Paper u analizzatha fil-ħarġiet ta' wara. Storja li għamlet ftit ħoss mhux ħażin ukoll kienet dik dwar l-għases f 'Għawdex. F'eżerċizzju li sar mill-gazzetta nstab li 12-il għassa minn 16 kienu magħluqin. Korruzzjoni fl-isport Il-gazzetta ILLUM kompliet tikxef aktar każijiet ta' korruzzjoni fil-futbol. Whistleblower li tkellem mal-gazzetta żvela kif persuna għolja fi klabb tal-futbol allegat li plejers inxtraw waqt logħba tal- Ewwel Diviżjoni. Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum Is-sena 2018 mal-gazzetta ILLUM Din hija l-aħħar ħarġa tal-gazzetta ILLUM għal din is-sena u allura qabel nagħtu ħarsa lejn l-analiżi tal-gazzetta għal din is-sena se niddedikaw din il-paġna biex naraw l-istejjer prinċipali ta' din is-sena hekk kif irrappurtati fuq din il-gazzetta.