Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 'L-eleganza ma tixtrihiex, imma qiegħda CLAUDIA CALLEJA Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-immudellar? Romina Camilleri, ħabiba kbira tiegħi ħajritni li nibda nimmudella u kienet hi li tatni l- kuntatt ta' Sue Rossi, l-istess persuna li llum il-ġurnata flimkien norganizzaw l-avveniment 'Miss World Malta'. Kif tipprepara ruħek qabel toħroġ timmudella fi sfilata? Qabel kull sfilata, sakemm toħroġ fuq il-palk, l-eċitament ikun fl-aqwa tiegħu, imma mbagħad l-esperjenza tgħallmek kif il-kunfidenza tegħleb l-eċitament involut. X'karatteristiċi trid tippossjedi biex tkun mudella tajba? Jien nemmen li biex tkun 'catwalk model', irid jkollok il-figura addattata, jiġifieri figura ta' mudella. Però, l-istess kif il-ġlekk ma jagħmlekx raġel, figura sabiħa ma tagħmlekx komplut jew kompluta. Il-personalità, il- karattru, u l-umiltà huma l-karatteristiċi l-aktar importanti biex jagħmlu l-persuna kompluta. Persuna sabiħa għandha x'toffri aktar mill-figura, kull individwu huwa differenti. L-importanti huwa li nagħżlu x'inhu addattat għalina. Kemm kif nilbsu, kif ukoll kif nippreżentaw ruħna fil-ħajja ta' kuljum. Il- komportament tagħna jiġġudika l-karattru tagħna. X'inhi dik ix-xi ħaġa li l-aktar li tagħtik gost għall-fatt li qiegħda f l- industrija tal-moda? Is-sabiħ li tkun fil- qasam tal moda hu li awtomatikament tkun aġġornata bl-istili moda għal kull staġun għaliex tkun waħda minn tal-ewwel li tilbes il-kollezzjonijiet tad- disinjaturi u nemmen li titgħallem aktar tagħraf dak li jixraqlek u li jagħmlek tidher aħjar permezz ta' professjonisti li jkunu madwarek. X'inhu l-aħjar parir li qatt ingħatajt f 'ħajtek? "Less is more!" Kemm hu sabih meta tagħraf is- sempliċità. Is- sempliċità hija eleganza u aktar ma nkunu sempliċi, aktar nidhru eleganti. Nemmen ukoll li l- eleganza ma tistax tixtriha, imma tkun ġo fik u wieħed iġorrha miegħek kull fejn tkun. Il- ħwejjeg, il-make-up u l-istili tax-xagħar sempliċi jagħmluna nidhru aħjar minn dawk elaborati u bla skop. Kif tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Illum il-ġurnata ma tantx fadalli wisq ħin liberu, però nammetti li nara kif noħolqu. Nipprova nsib ħin għal ġirja ta' kuljum fejn f 'dik in-nofs siegħa ninqata' mir-rutina ta' kuljum u nkun qed naħseb aktar fuqi nnifsi, nippjana affarijiet, u saħansitra xi vaganza qasira barra minn Malta! Ħafna mill-ħin tiegħi nqattgħu mal-familja, però nemmen li huwa fundamentali li wieħed isib dejjem ħin għalih imqar għal ħin qasir għax meta tistrieħ mir-rutina, tiġi lura b'enerġija ġdida għall- ħajja ta' kuljum. Kif tkun ġurnata tipika tiegħek? Jien persuna li nqum kmieni ħafna. Nipprepara l-bżonnijiet tat-tfal kollha tal-iskola, u kif it-tfal imorru l-iskola, nibda nipprepara l-bżonnijiet tiegħi. Meta ma jkollix xi xogħol li rrid inlesti jew xi appuntamenti ma' xi klijenti li jirrigwardjaw xi avveniment li nkunu qegħdin nipproduċu, inqatta' n-nofstanhar ta' filgħodu maż-żgħir nett. Sal-ħin li t-tfal jirritornaw mill-iskola, jiena nkun lesta mill- affarijiet neċessarji tiegħi. Insajjar u nwassal lit-tfal għall-attivitajiet tagħhom ta' kuljum. Insib ħin li nagħmel il-ġirja tiegħi meta Franco jirritorna d-dar mix-xogħol. Fi tmiem il-ġimgħa, inkunu aktar liberi sabiex inqattgħu aktar ħin flimkien bħala familja. X'taħseb li hi l-aħjar virtù jew qawwa tiegħek? Il-ħajja għallmitni naffaċja l-problemi kollha. Illum il-ġurnata, ma nieħu xejn bi kbir u nżomm kalma f 'ċerti sitwazzjonijiet. Naħseb li kull persuna li tgħaddi minn esperjenza ta' mewt tal-familja, tal-aktar persuni viċini, trabbi ċertu qoxra u mingħajr ma trid tirraġuna li xejn ma jista' jiġrilek agħar milli ġġarrab mewt ta' xi ħadd qrib tiegħek. Kif tarak minn hawn u ħames snin oħra? Ma tantx inħoss li ser ikolli xi tibdil kbir minn hawn u ħames snin oħra. It-tfal iż-żgħar ikunu kibru ftit u b'hekk inkun aktar libera li nagħmel ix-xogħol li nħobb. Jekk il-Bambin dejjem jagħtini s-saħħa, inkompli nivvjaġġa kull meta jkolli ċans kemm dawk il-vaganzi bit-tfal kif ukoll dawk mar- raġel li jservu bħala pawsa mill-ħajja ta' kuljum. X'parir tagħti lil min għadu jibda jimmudella? Għalkemm inħoss li mudella hawn Malta, huwa diffiċli li jkollha dan ix-xogħol bħala wieħed li jrendi biżżejjed, illum il-ġurnata hawn ħafna opportunitajiet li wieħed jista' jiġi offrut. Naraw mudelli li għamluha wkoll għal barra minn xtutna. Ħafna huma dawk li għandhom il-professjoni tagħhom u jagħmlu dan ix-xogħol bħala delizzju jew part-time għaliex jemmnu, li l-immudellar jagħtik skop fil ħajja, isaħħaħlek il-karattru u jsebbaħlek il-personalità li fl-opinjoni tiegħi hija l-aktar ħaġa importanti li jkollha persuna sabiex tidher sabiħa minn barra u minn ġewwa. Claudia Calleja u Sue Rossi - żewġ pijunieri tal-immudellar f'pajjiżna u li għandhom ferm għal qalbhom id-dehra u s-sbuħija tal-persuna. Madankollu, intervistati mill-gazzetta ILLUM jenfasizzaw il-fatt li biex persuna tkun verament sabiħa mhux biżżejjed li tkun sabiħa biss minn barra iżda wkoll minn ġewwa. L-immudellar jagħtik skop fil-ħajja, isaħħaħlek il-karattru u jsebbaħlek il-personalità li fl-opinjoni tiegħi hija l-aktar ħaġa importanti li jkollha persuna sabiex tidher sabiħa minn barra u minn ġewwa. " " Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018