Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 TV/Ċinema Films ġodda għal din il-ġimgħa Minn mindu deher l-ewwel blockbuster tal-ġugarelli Transformers 12-il sena ilu, din is-serje kkreat fenominu madwar id-dinja bi dħul ta' $4.3 biljun. B'hekk, ma kinitx xi ħaġa straordinarja li dan is-sitt episodju hu speċi ta' spin-off minn din is-sensiela. Bumblebee li hu prequel għall-film tal-2006, jintroduċilna robot gwerrier ta' kulur isfar jismu appuntu Bumblebee magħruf aħjar bħala B-217. Fil-prologu, fuq il-pjaneta Cyberton qed isseħħ gwerra ħarxa bejn l-eterni rivali Autobots u Decepticons. Tal- ewwel jidhru li qed jitilfu din it-taqtigħa u Optimus Prime (vuċi ta' Cullen), il-mexxej jibgħat lill-B-127 fid-dinja tagħna biex hawn jistabbilixxi bażi ta' operazzjonijiet. L-armata Amerikana li kienet fuq stħarriġ fil-foresta jaħsbuh l-għadu meta jasal fosthom u jikkaċċjawh. Agħar minn hekk, żewġ Decepticons jinżlu warajh u jagħmlu ħerba minnu. Ninsabu fis-sena 1987 u Charlie Watson (Steinfeld) li tinsab imħawda minħabba l-mewt ta' missierha u ommha reġgħet iżżewġet, tiskopri lill-B-127, li kien tbiddel f 'Volkswagon Beetle safra mkisser u mitluq f 'bitħa tal-iscrap tal-metal. Meta hi tirranġaha bejna u bejn din l-iġgant ġentili tinbet ħbiberija ntensa fejn se jinvolvu ruħhom f 'avventuri mill-aktar eżileranti, perikolużi u ta' barra minn hawn. Bumblebee hu film tassew ġenjali, mimli azzjoni, umoriżmu u anki kultant imiss il-qalb. Tassew adekwata hi Hailee Steinfeld li diġà wriet ħila kbira fil-Western True Grit tal- 2010. Din il-produzzjoni bħal E.T. - The Extra-Terrestrial (1982) għandha temi ta' solidarjetà u ħbiberija ġenwina u soda tant f 'postha f 'dan iż-żmien tas-sena, kif ukoll għallinqas neħilsu mill-ħafna konfużjoni u ħsejjes li jtarrxu tal- produzzjonijiet ta' qabel. Bumblebee Atturi Ewlenin: Hailee Steinfeld; John Cena; Jorġe Lendenborg Jr.; John Ortiz. Vuċijiet Ewlenin: Dylan O'Brien; Angela Bassett; Justin Theroux; Peter Cullen. Direttur: Travis Knight. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 119 min. Ċert 12A. Il-karattri tad-ditektiv Sherlock Holmes u l-assistent tiegħu t-tabib Watson, maħluqa mill-pinna ta' Sir Arthur Conan Doyle, flimkien ma' dak ta' Tarzan, probabilment huma l-aktar personaġġi li dehru fiċ- ċinema sa miż-żmenijiet bikrin. Il-produtturi vvintaw kull xorta ta' stejjer dwar dan il-par tal-epoka ta' Londra Vittorjana u anki ambjentawhom mal- qattiel gwapp Jack the Ripper, li veru kien jgħix f 'dik l-era. Id-direttur Etan Coen qed jagħti tribut li dan id-duo ġo produzzjoni oħra ta' misteru, però b'manjiera umoristika. Din id-darba, Sherlock Holmes (Ferrell) u Dr. Watson (Reilly) jingħaqdu flimkien biex jinvestigaw qtil f 'Buckingham Palace. L-indikazzjonijiet jidhru li dan ir-reat twettaq mill-Professur Moriarty (Fiennes), il-makakk kriminal u għadu sa minn diversi snin qabel ta' dan id-ditektiv li, iżda, qatt ma jista' jaqbdu. Mill-ħafna traċċi u ħjiel li jiffaċċajaw waqt it-tiftix tagħhom, dawn it-tnejn se jkollhom jużaw l-għerf kollu ta' moħħhom ħalli jsolvu dan il-każ qabel tinqatel ir-Reġina Vittorja. Billi f 'dan ix-xogħol hemm jiġri matulu kollu fil ta' kummiedja wieħed jistagħġeb kif l-akkaniti puri se jqisu dan il-film. Holmes And Watson ilu ppjanat li jinħadem sa minn tmien snin qabel u dan il-ħsieb dejjem baqa' jidwi fil- moħħ tad-direttur. L-idea ta' kif Holmes jittratta lil Watson, kważi jabbużah, Etan jistqarr li ħadha meta qara l-kotba ta' Conan Doyle. Fuq kollox, l-andament jiżvolġi mill-punto di vista ta' Dr. Watson stess. Holmes and Watson Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Will Ferrell; John C. Reilly; Rebecca Hall; Rob Baydon; Kelly Macdonald; Ralph Fiennes. Direttur: Etan Coen. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 90 min. Ċert. 12A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018