Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum Minkejja d-dijabete teċċella l-futbol minn Cristian Antony Muscat EMMA Ciantar Piccinino - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li minkejja l-kundizzjoni tad-dijabete, teċċella fil-futbol. Hija tatna iktar dettalji. "Jien bdejt nilgħab il-futbol meta kelli tmien snin, wara li kont bdejt ukoll il-ġudo, il-ġimnastika, kif ukoll l-atletika. Il-preferenza tieghi mill-ewwel kienet il-futbol, allavolja bqajt nitharreg fl- atletika sa ma kelli erbatax –il sena u fil-ġimnastika sa 13-il sena. Dawn kienu u għadhom il-bażi tiegħi għal dak kollu li nixtieq nikseb fil-futbol. L-ewwel esperjenza fil- futbol bdejtha mal-Mellieħa Football Club, fejn għamilt erba' snin nilgħab mas- subien. Fl-2013 bdejt it-taħriġ mal-Imġarr, allura dak iż-żmien kont qed nittrenja mal-Mellieħa (subien) kif ukoll mal-Imġarr (bniet). Mas-subien għaddejt minn ċerti esperjenzi li qatt ma jien se ninsiehom u kienet ittini ċertu kunfidenza meta ta' spiss kont nintgħażel għal-logħob tal-grupp U11 mal-aħjar seba' subien li kien hemm. Il-pożizzjoni tiegħi dejjem kienet ta' midfielder laterali u minn hemmhekk tgħallimt ukoll l-importanza li tkun taf tuża ż-żewġ saqajn fil-futbol. Dan it-taħriġ kont inkompli nsaħħu wkoll fis-sajf meta, flimkien ma' sħabi tal- Mellieħa, konna mmorru ż-Żażu Football School u nitgħallmu ċerti ħiliet fil- futbol hemm. Ta' 10 snin, kont eċitata u ferħana mmens meta għajtuli għat-trials mal-MFA, u wara ġimagħtejn ta' trials (u eċitament kbir), il-kowċis qaluli li ġejt magħżula. Kont ferħana se ntir. Fl-2015, isseħibt mal-Mosta FC, u f 'Settembru ta' dik is-sena, bdejt nilgħab ukoll fl-U16 league. Kelli biss12-il sena. Ma konniex dejjem nirbħu kull logħba imma bdejt nibni ċertu esperjenza u kont nifraħ ħafna meta niskorja xi gowl jew nagħti xi assist. U kont xortija tajba li stajt nilgħab f 'dan il-kampjonat kull sena s'issa. Meta l-kampjonat inbidel u sar U17, kelli 13-il sena u stajt nilgħab, u meta sar U19, kelli 14-il sena u bqajt nilgħab xorta waħda. Fis-sajf sifirna Spanja u darb'oħra morna San Marino u ħadna sehem f ' tournaments li minnhom ġibna esperjenza fl-11-a- side. Kienu esperjenzi li ma ninsa qatt u li tgħallimt ħafna minnhom. Kif ghalaqt l-14-il sena għajjatli l-kowċ mill-ewwel għal-logħob mas-seniors li kien għad fadal matul dak l-istaġun (2016/2017) kontra Swieqi (li kienu għadhom ma tilfux logħba) u kontra Kirkop B. Irbaħna ż-żewġ logħbiet, u kont ferħana se ntir li rnexxieli niskorja fit- tnejn li huma (kontra Swieqi fl-aħħar mumenti skurjajt il-gowl tar-rebħa) u ġejna fit-tieni post ta' Section B dik is-sena. Fl-aħħar ftit xhur li kien għad baqagħli ma' Mosta, ħadt sehem ukoll fit-taħriġ tas-subien (U15s) u ħassejt li komplejt nissaħħaħ u nitgħallem ħafna minn hemm. Din is-sena 2018 ġabet avventuri godda. Fi Frar, ġejt magħżula mill-kowċis tal-MFA għall-UEFA Development Tournament mat-tim nazzjonali ta' taħt is-16-il sena fejn irbaħna kull logħba, u fejn kelli żewġ gowls u assist f 'ismi. Ħassejtni kburija ħafna nilgħab għal pajjiżi u kienet emozzjoni kbira. Kbirt ħafna minn din l-esperjenza mhux biss fuq il-pitch imma fil-ġimgħa li qsamt ma' sħabi u mal istaff kollu tal-MFA. L-2018 hija wkoll is- sena li bdejt nilgħab mal- Luxol. Ftit wara l-UEFA Development Tournament, beda n-knockout fil-qasam tal-U19s, u bis-saħħa ta' kull membru tat-tim tal- Luxol, irbaħna logħba wara logħba sakemm wasalana għall-finali kontra Tarxien li kienu għadhom kemm rebħu l-Kampjonat. Konna nafu li ma kienx se jkun faċli. Il-logħba kienet tidher qisha ġejja għad-draw u l-penalties sakemm it-tim tiegħi rebaħ freekick li ħassejt dak il-ħin li kelli nipprova jien. Mhix xi ħaġa normali li nħossni hekk. Aktar huwa normali li nkun eċitata ħafna, iżda dakinhar hekk ħassejt. U difficli ħafna niddeskrivi x'ħassejt meta x-xutt tiegħi għeleb lill-goalkeeper ta' Tarxien u spiċċajna biex irbaħna t-Tazza. Dik hija memorja li jiena u sħabi m'aħna se ninsew qatt. L-avventuri tiegħi fil- futbol komplew ukoll fis-sajf tal-2018, meta kont mistiedna bħala plejer mistieden biex nilgħab ma' tim Svediż, AIK, u ħadt sehem f 'żewġ tournaments, fis-SIF cup, f 'Sodertalje, u fil-Gothia Cup, f 'Gothenberg. Fis-Sif Cup lgħabt mal-age group tal-U14s. Irbaħna l-logħob kollu tal-fażi tal-grupp u tlajna fil-finali kontra dawk li ġew it-tieni fil-grupp. Sa hemm kont skurjajt 11-il gowl. Iżda fil-finali li ntemmet fi draw u rsaqna għall-penalties, jiena tlajt nagħti l-penalty tiegħi u fallejt. B'xorti tajba sħabi ma fallewx u t-tim l-ieħor falla wkoll. Spiċċajna biex irbaħna t-tazza ta' din il-kategorija imma tgħallimt minn din l-esperjenza wkoll u sħabi tat-tim tawni ħafna kuraġġ, minkejja li kienu jafuni ftit. Fil- Gothia Cup, wasalna sal-kwarti tal-finali, u hawn lgħabt mal-age group tal-U18s. Bejn iż-żewġ tournaments lgħabt 15-il logħba u skurjajt 14-il gowl. Erġajt ġejt mistiedna mill- istess tim AIK biex nitla' magħhom għall-Gothia Cup matul is-sena d-dieħla. Bħalissa, flimkien ma' sħabi tal-Luxol, qed inkompli naħdem fuq l-iżvilupp tiegħi biex inkompli nikber kemm fil-pitch kif ukoll bħala persuna ta' ċertu rispett, kuraġġ u integrità. Għandi xorti kbira li dejjem sibt u għadni nsib is-support mingħand il-ġenituri u ħuti. Oħti ż-żgħira saħansitra tilgħab ukoll u nistenna sakemm għada pitgħada nkunu nilagħbu flimkien fl- istess age group. Intant, ftit tal-jiem ilu ħadt sehem f 'sessjonijet ta' taħriġ mat-tim tan-nisa ta' Tottenham Hotspur fl-Ingilterra. Meta missieri qalli li kont aċċettata li nagħmel ftit sessjonijiet mat-Tottenham kont ferħana ħafna għaliex jien fan kbira tagħhom u dejjem xtaqt nittrenja magħhom. Kif wasalna l-grawnd, iltqajna ma' Rozana Leacock li kienet bagħtitilna li stajt nitla' nittrenja magħhom. Tatni l-kit tat-trejning kollu u tracksuit żejjed. Mort u għamilt l-ewwel 'training session' mal- U18s. Kienet tajba ħafna u t-teamates tiegħi laqgħuni tajjeb ħafna u mill-ewwel ħassejtni parti minnhom. L-Erbgħa mort nittrenja mal-U15s u wkoll laqgħuni tajjeb ħafna. Iffukajna fuq il-movimenti tal-plejers kif ukoll fuq il-ballun għaliex kellhom logħba dik il-ġimgħa stess. Il-Ħamis erġajt kelli sessjoni ta' taħriġ oħra mal- U18s li kienet se tkun l-aħħar waħda, u fl-aħħar il-kowċ kellem lili u lil missieri u qalli ħafna affarijiet pożittivi fuq il-wirja tiegħi f 'nofs il-grawnd. Waqt li kelli dawn is-sessjonijiet, kelli wkoll żewġ sessjonijiet 'one-to-one' ma' kowċ Ingliż li kien jħarreġ fl-Akkademja tat-Tottenham. Iffukajna ħafna fuq il-ħiliet u l-movimenti tiegħi bil-ballun. Huwa wkoll qalli ħafna affarijiet pożittivi. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna u naf li ħa tgħinni fil-karriera tiegħi fil-futbol. Tottenham Academy jixtiquni nerġa' mmur għal ftit training sessions f 'Awwissu li ġej biex ikomplu jibnu relazzjoni miegħi u napprezza dak kollu li għamlu għalija għal dik il-ġimgħa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, fuq nota oħra, bħala persuna li ili bil-kundizzjoni ta' dijabete tip1, sa mill-età ta' sitt snin, inħoss li l-isport kollu, iżda għalija l-futbol b'mod partikolari, jagħtini ħafna wens u kuraġġ biex niġġieled kontra l-perkli u l-frustrazzjonijiet ta' din il- kundizzjoni. U nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi, it-tabib tiegħi, il-kowċis u sħabi li qatt ma qatgħuli qalbi li nkompli nimxi lejn il- ħolma tiegħi minkejja ċerti diffikultajiet personali tiegħi. Nirringrazzjahom talli dejjem tawni l-opportunitajiet li tawni!" Emma Ciantar Piccinino f 'Numri: • L- ewwel klabbs tagħha: Mellieħa 2011-2014 (subien) • Mġarr 2013-2015 (bniet) • Mgħajta mat-tim nazzjonali ta' 10 snin • Mosta FC 2015-2017 • 2018 Luxol (Raiders) • 2018 UEFA Development Tournament • May 2018 Luxol - Knock out champions • July 2018 Sif Cup Winner mal- AIK fl- Iżvezja nkejja d-dijabete teċċella l-futbol tracksuit żejjed. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, fuq nota oħra, bħala

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018