Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
15 Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum matul is-sena 2018 "Ma nifilħux nerġgħu nitilfu kif tlifna...għall-ġid tad-demokrazija." Albert Buttigieg -17 ta' Ġunju 2018 "Joqogħdu jsemmu l-ħalib u xampù aħna eluf tajniehom lill-familji." Edward Scicluna -28 ta' Ottubru 2018 "Ma naqbilx ma' referendum dwar l-introduzzjoni tal-abort. Dan mhux xi konkors ta' popolarità iżda dritt fundamentali." Lara Dimitrijevic - 18 ta' Marzu 2018 "Il-barranin iridu jifhmu li daħlu f 'ambjent u kultura li hi tagħna l-Maltin." Robert Cutajar - 15 ta' April 2018 "Ftit priġunieri għandhom il-possibbilità li jaħdmu… l-oħrajn bilqiegħda fid- divison jieħdu d-droga." Eks priġunier - 22 ta' April 2018 "Fuq arloġġ riduni nirreżenja fuq affarijiet ħafna ikbar ma rreżenjawx." Tonio Fenech - 11 ta' Novembru 2018 "Ma narax l-elezzjonijiet tal-MEPs bħala ġudizzju kbir fuqi u fuq il- Partit." Adrian Delia - 09 ta' Settembru 2018 "Meta kont fuq is-sodda tal- mewt b'kanċer, ktibtlu (lil Joseph Muscat) ittra dwar l-iżball li se jagħmel, meta ħareġ jitkellem pubblikament favur l-iffriżar tal-embrijuni." Godfrey Farrugia - 29 ta' April 2018 "Ħadd ma jrid transgender fuq il- post tax-xogħol." Terry Muscat - 01 ta' Lulju 2018 "Il-Perit Duminku Mintoff kien dam jinkoraġġini biex nikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali." Mary Spiteri - 18 ta' Novembru 2018 "Għaliex għandek bżonn erba' tomniet għal pompa tal-petrol?" José Herrera - 11 ta' Marzu 2018