Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
Sports 30 illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Kemm ommi kif ukoll missieri kienu jilagħbu l-futbol allura naturalment l-imħabba lejn il-futbol tista' tgħid li kienet minn ta' età żgħira ħafna. U għaliex għażilt proprju l-irwol ta' goalkeeper? Minn ta' xi ħames sa tmien snin kont nilgħab bħala plejer, però minn dejjem kont nammira l-irwol tal-goalkeeper. Żewġ goalkeepers li kont nammira ħafna kienu Peter Schmeichel u Iker Casillas u probabbli kien minħabba dawn iż-żewġ goalkeepers li kont għażilt il-pożizzjoni ta' goalkeeper. Kemm hu delikat dan l-irwol fis-sena li ħafna drabi żball ta' goalkeeper jiġi emfasizzat ħafna aktar minn żbalji ta' plejers oħra? Huwa rwol delikat ħafna. Mil-lat psikoloġiku trid tkun mentalment b'saħħtek ħafna għax ħafna drabi meta goalkeeper jagħmel żball, it-tim ħa jikkonċedi gowl. Ma tridx tħalli dan l-episodju negattiv jaffettwalek il- kumplament tal-partita jew tal-karriera tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, ħadd mhu perfett u kulħadd jiżbalja. Kemm tgħallimt mill-esperjenza ma' Ħamrun Spartans? Ħafna. Ta' 16-il sena ddebuttajt fil- Premier allura kont espost minn ta' età żgħira nittrenja u nilgħab kuljum ma' min kien aħjar minni, kemm mil-lat kalċistiku, fiżikament u anke mentalment. Bis-saħħa tan-nursery tal-Ħamrun, speċjalment għall-kowċis li kelli, ħadmu miegħi minn ta' età żgħira fejn ħafna mill-iżvilupp tiegħi kien sar tul dak iż-żmien u fejn introduċewni għall- ogħla livell tal-futbol Malti minn ta' età daqshekk żgħira. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-esperejnza ta' meta kxift allegat każ ta' korruzzjoni u minħabba hekk kellek konsegwenzi xejn pjaċevoli. Iva, vera sfortunatament. Meta kont avviċinat l-ewwel darba kont għadni nagħlaq 20 sena u kont għaddej bl- eżamijiet ta' nofs is-sena tal-Università. Kien żmien diffiċli ħafna għalija, ridt nikkonċentra fuq il-futbol u fuq l-eżamijiet u meta ġejt avviċinat minn persuni minn ġol-klabb tiegħi li kont ili naf u nirrispetta ħafna għal tul ta' żmien biex nimmanipula xi partiti kien ta' detriment mentali, tant li biss biss għamilt xi xahar ma norqodx sew billejl għax qatt ma ridt nemmen is-sitwazzjoni li kont fiha. Kont ġejt avviċinat biex nimmanipula tliet partiti bejn ix-xahar ta' Jannar u Frar tal-2013. Tnejn mill-partiti konna tlifniehom 6-1 u 6-0 kontra Valletta u Hibernians rispettivament. Dak iż-żmien ukoll kont nifforma parti mill-U21 ta' Malta u kont ġejt imwaqqa' mit-tim. Onestament kont tlift il-motivazzjoni li nilgħab meta kont naf li qed isiru dawn l-affarijiet fit-tim tiegħi. Wara li kont ġejt avviċinat biex nimmanipula r-riżultat tat-tielet partita fit-telfa ta' 3-0 kontra Birkirkara għal skop ta' mħatri u ma kontx aċċettajt, it-tgħajjir u t-theddid li kont qlajt fl-ewwel sessjoni ta' taħriġ wara dik il-logħba partikolari minn dawn l-individwi kien impekkabli tant li kont mort id-dar, ħarist fil-mera u saqsejt lili nnifsi jekk irridx nibqa' ngħix mhedded biex nimmanipula l-partiti, niqafx mill-futbol jew inkella nikxifx lit- tim tiegħi stess. Niftakar li wara ħadt id-deċiżjoni li nikxef. Jien u t-tfajla konna dħalna nfittxu fuq l-internet fejn nista' nirrapporta u kont sibt portal tal-FIFA fejn stajt tirrapporta każi ta' korruzzjoni u rrappurtajt hemmhekk. Xi ġimagħtejn wara kont tkellimt mal-ġenituri tiegħi u mal-Malta Football Players Association fejn kont sibthom ta' gwida u ta' għajnuna kbira. Fl-istaġun ta' wara ovvjament it- tim kien spiċċa relegat għall-Ewwel Diviżjoni u jien ridt nitlaq biex inkompli l-avventura tiegħi fil-Kampjonat Premier però l-klabb ma kienx ħallieni niċċaqlaq. Spiċċajt għamilt staġun fil-first kontra qalbi. Fl-istaġun ta' wara, il-klabb kien ġie relegat għat-Tieni Diviżjoni għaliex konna bdejna bi tnaqqis ta' tmien punti u mnalla kelli klawżola fil-kuntratt li stajt nitlaq. Għalkemm fl-istaġun ta' wara kien hemm xi timijiet tal-Premier interessati fil-firma tiegħi, iddeċidejt li mmur ma' tim tal-First li ried jirbaħ għax wara żewġ staġuni kważi telf biss, kien importanti li nerġa' nsib il- motivazzjoni, l-imħabba għall-futbol u l-mentalità rebbieħa u ngħaqadt ma' Pembroke Athleta mal-kowċ Jacques Scerri. Dak l-istaġun ma kienx ta' diżappunt għalina għax konna spiċċajna champions tal-Ewwel Diviżjoni. F'nofs dan l-istaġun ukoll kien inqata' l-każ li kont irrappurtajt favurija u l-individwi li kont irrappurtajt kienu weħlu dak li kien ħaqqhom. Kemm taħseb li plejer li bħalek jikxef każ ta' korruzzjoni ikun protett mill- awtoritajiet konċernati? Sal-ġurnata tal-lum sfortunatament mhux għalija biss imma għall-futbol Malti u għal min forsi jaf b'xi affarijiet u lest li jikxef għadu mhux protett. Taħseb li plejer jibża' jikxef każ ta' korruzzjoni minħabba xi konsegwenzi potenzjali li jista' jaffaċċja kif wara kollox ġralek int? Ovvjament, din diġà mhux deċiżjoni faċli li tikxef każ ta' korruzzjoni speċjalment hawn Malta. Id-demografija tal-pajjiż ma tgħinx fejn kulħadd jaf lil kulħadd. Kieku llum terġa' tiltaqa' ma' każ simili, terġa' tirreaġixxi bl-istess mod, jiġifieri terġa' tikxef każ ta' korruzzjoni akkost ta' kollox? Lest li nerġa' ngħaddi mill-infern li għaddejt minnu biex niġġieled il- korruzzjoni. Il-kriminali għandhom jieħdu dak li ħaqqhom però jkun ideali li l-investigazzjoni tieħu inqas żmien biex tkun konkluża. U xi tgħidli dwar l-esperjenza preżenti ma' Tarxien Rainbows? Wara l-istaġun ta' suċċess fl-Ewwel Diviżjoni ma' Pembroke, l-istaff tekniku kien ingħaqad ma' Tarxien Rainbows u wara ftit jiem kont ġejt avviċinat biex ningħaqad ma' Tarxien jien ukoll. Illum dan huwa r-raba' staġun tiegħi ma' Tarxien Rainbows. Bla dubju personalment l-ewwel staġun kien l-aħjar wieħed tiegħi fejn kont irbaħt l-unuri personali tal-Best Goalkeeper u l-Best Young Goalkeeper. Fiż-żewġ staġuni ta' wara batejt minn xi injuries fl-għaksa fejn fl-istaġun li għadda kelli nagħmel żewġ operazzjonijiet fiha, fejn għamilt tmien xhur barra mil-logħob u tlift aktar minn nofs l-istaġun. Lejn l-aħħar ta' Jannar kelli l-'go ahead' mit-tim mediku biex nerġa' nibda nittrenja mat-tim u nilgħab. Meta dħalt fit-tim, dak iż-żmien konna qegħdin fiż-żona tar-relegazzjoni diretta u rnexxielna nisfurzaw decider kontra Żejtun Corinthians biex nassiguraw postna fil-Kampjonat Premier għal dan l-istaġun. Ma' Tarxien Rainbows, inħossni kuntent u rispettat ħafna kemm minn nies ta' ġewwa l-klabb kif ukoll mill-partitarji tagħna. X'responsabbiltà tħoss li ġġorr il-faxxa ta' captain ta' Tarxien Rainbows għalkemm għadek żagħżugħ? Meta kont fin-nursery tal-Ħamrun kont kemm il-darba captain f 'kategoriji differenti u għalhekk mhix xi ħaġa daqshekk ġdida għalija. L-esperjenza li għaddejt minnha mal-Ħamrun meta kxift il-każ ta' korruzzjoni immaturatni ħafna. Fuq il-piċċ waqt il-logħba u bħala taħriġ ma naħsibx li biddilt ħafna mill- affarijiet li kont nagħmel qabel kont captain. Bħala goalkeeper naturalment trid tkun mexxej u l-captain irid ikun mexxej ukoll allura qishom l-affarijiet imorru id f 'id. Waqt it-taħriġ u l-logħob dejjem tajt il-mija fil-mijja u kont ta' eżempju għall-oħrajn. Barra mill-piċċ, ir-responsabbilitajiet tiegħi bħala captain żdiedu. Jekk plejer ikun għaddej minn xi mument diffiċli kemm fil-ħajja kalċistika jew ħajja personali, l-ewwel persuna li jkellem ġeneralment hu lill-captain u trid tkun taf kif taffaċċja dawn is-sitwazzjonijiet differenti. Xi kultant trid tkun int li tinduna u titkellem mal-plejers li forsi qed tarahom għaddejjin minn żmien diffiċli. Trid tkun ta' iżjed komunikazzjoni mal-kowċ rigward aspetti mentali jew fiżiċi li forsi jkunu qed jaffetwaw l-iskwadra f 'dak il- mument partikolari tal-istaġun. Xi tgħidli fuq il-kowċ Josè Borg? Jose Borg m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għall-kampjonat lokali speċjalment wara l-miraklu li kien għamel ma' St.Andrew's fl-ewwel staġun tagħhom fil-Kampjonat Premier. Huwa kowċ tajjeb ħafna, jaf xi jrid mit-tim u motivatur. Meta fl-istaġun li għadda kont dħalt minn injury li kienet ħallietni barra għal ħafna xhur vera għeni speċjalment mentalment biex nerġa' nsib il-forma mill-aktar fis possibli. Ħassejtu xi tip ta' transizzjoni bħala 'Lest li nerġa' ngħaddi mill-infern li għaddejt Cristian Antony Muscat Andrea Cassar - fost l-aqwa goal keepers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li jibqa' magħruf għall-fatt li s-snin li għaddew kixef każ ta' korruzzjoni meta kien jilgħab bil-okk ta' Ħamrun Spartans. "Sal-ġurnata tal-lum sfortunatament mhux għalija biss imma għall-futbol Malti u għal min forsi jaf b'xi affarijiet u lest li jikxef għadu mhux protett. Ovvjament, din diġà mhix deċiżjoni faċli li tikxef każ ta' korruzzjoni speċjalment hawn Malta. Id- demografija tal-pajjiż ma tgħinx fejn kulħadd jaf lil kulħadd." "Il-kriminali għandhom jieħdu dak li ħaqqhom però jkun ideali li l-investigazzjoni tieħu inqas żmien biex tkun konkluża."