Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 Films illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 ISSENA 2018 kienet waħda ta' divertiment solidu f 'dak li għandu x'jaqsam maċ- ċinema, speċjalment dak kollu li offrielna Hollywood. Mill-ħafna titli diġà elenkati għall-ewwel xhur tas-Sena l-Ġdida, jidher biċ-ċar li din it-tendenza se tkompli wkoll fl-2019. Billi l-blockbusters (produzzjonijiet ta' baġits enormi), speċjalment dawk tas-supereroj tal- kotba komiks DC u Marvel huma l-affaxxinazzjoni ta' miljuni ta' żgħażagħ l-aktar, kif ukoll il-films animati (ukoll b'baġits qawwija) qed iħajru ħafna familji jersqu lejn is-swali tat-teatri, se nistennew diversi aktar minnhom. B'hekk, sequels, prequels, reboots u spin- offs ta' produzzjonijiet li għamlu suċċess kbir, kemm avventurużi, romantiċi, kummiedji, tal-biża', se naraw aktar minnhom. Dan l-artiklu jiffoka fuq ftit mill- aktar films antiċipati għas- sena l-ġdida. Żgur li se jkun hemm ħafna iżjed u anki xi sorpriżi mhux mistennija. The Upside - Kummiedja b'toni serji bbażata fuq film Franċiż ta' suċċess fejn wieħed li kien imbruljun jitħabbeb ma' raġel ipparalizzat li jħaddmu biex jieħu ħsiebu. Serenity - Matthew McConnaughey u Anne Hathaway li rajniehom flimkien f 'Interstellar jerġgħu jingħaqdu fi thriller dwar kaptan ta' vapur tas-sajd li jinqabad f 'xibka ta' ingann, meta l-eks martu tidher u titolbu jeħlisha mir-raġel abbużiv tagħha. What Men Want - Il- kuntrarju tal-film tas- sena 2000, What Women Want bl-attur Mel Gibson, f 'din il-produzzjoni ġdida naraw lil Taraji P. Hanson bħala aġenta tal-isports li kapaċi tisma' x'inhu jintqal mill-irġiel f 'din l-industrija u hi mhux lesta li tieħu l-ebda ksuħat u ordnijiet minnhom. Flarsky - Kummiedja mexxejja b'Seth Rogen bħala ġurnalist bla xogħol li jipprova jaqbad ma' dik li kienet tieħu ħsiebu meta kien għadu tarbija, issa figura politika ta' stoffa, parti maħduma minn Charlize Theron. The Lego Movie 2: The Second Part - Film animat li jiżvolġi ħames snin wara l-avvenimenti tal- ewwel film, meta fi Bricksburg l-affarijiet imorru għall-agħar minħabba li fil-belt jinżlu esseri mill-ispazju, negozjanti mill-aqwa. Alita: Battle Angel - Xogħol prodott minn James Cameron (Titanic u Avatar), addattat minn fuq manga (komik) Ġappuniż dwar tfajla robot li tiffaċċja l-passat tagħha max-xjenzat li ħelisha minn munzell skart ta' metall. Bl-atturi Jennifer Connolly, Christophe Waltz u Michelle Rodriguez. Happy Death Day 2 U - Id- direttur u ħafna mill-cast ta' Happy Death Day (2017) jerġgħu jirritornaw f 'dan it- tieni attentat ta' ġeneru ta' film tal-biża' u twerwir. How to Train Your Dragon: The Hidden World - Dan il-film jgħaqqad it-triloġija tat-tfajjel Hiccup u d-dragun fidil tiegħu Toothless, li issa jiltaqa' mas-sieħba tiegħu. Meta minaċċja tolqot il-belt tagħhom ta' Berk, dawn it- tnejn jimbarkaw fuq vjaġġ għal dinja maġika moħbija biex isalvaw it-tip ta' ħajja li jgħixu. Skont iż-żewġ episodji ta' qabel nistennew divertiment eżileranti! Chaos Walking - Xogħol addattat min-novella Young Adult (għall-addoloxxenti) fejn raġel li jgħix f 'kolonja fuq pjaneta oħra jaħseb li n-nisa kollha mietu minn virus potenti sakemm jiltaqa' ma' mara misterjuża li tista' tiskopri s-sigriet tal-pjaneta. Captain Marvel - Blockbuster dwar supereroj femminili li issa għandha film sħiħ iddedikat lilha. Wara l-ħerba totali ta' Thanos f 'Avengers: Infinity War, tgħid The Avengers se jistejqru wara din id-disfatta? Insiru nafu ħafna affarijiet f 'Captain Marvel, bl-avvenimenti jseħħu fis-snin disgħin li jintroduċu lid- dinja lil Carol Danvers (Brie Larsen), pilota tal-Air Force li takkwista poteri mingħand xi ħadd sigriet għalissa. Us - Jordan Peele li kiteb u dderiega Get Out, thriller oskur li kellu suċċess kbir jidher li se jkompli fuq l-istess linji b'Us . Greyhound - Tom Hanks huwa l-Kaptan tal-vapur navali Greyhound li fit-Tieni Gwerra Dinjija jkun ippersegwitat mill-U-Boats Nazisti matul l-Atlantiku flimkien ma' 36 bastimenti oħra tal-Alleati. Avengers: Endgame- Wara l-konflitt li sar bejn l-aqwa supereroj tad-dinja u Thanos the mad men, li beda gwerra infinita, dan il-film aktarx li jġib xi forma ta' riżoluzzjoni. Din id-darba, Hawkeye jerġa' lura u Ant-Man se jieħu parti fil-ġlieda waqt li Tony Stark (Iron Man) hu mitluf fl- ispazju. Ugly Dolls- Xogħol mużikali animat dwar ġugarelli lussużi li jazzardaw joħorġu min-naħa tagħhom tal-muntanja għan- naħa l-oħra fejn ir-residenti tal-belt jisimha Perfection juruhom kemm huma verament differenti minnhom. Rocketman - Le, mhux ibbażat minn fuq il-ktieb klassiku ta' Harland Williams imma biografija dwar il- kantant ċelebri Elton John, b'Taron Egerton ikun il-protagonist. The Rosie Project - Drama romantika meħuda min- it-tendenza se tkompli wkoll fl-2019. Billi l-blockbusters (produzzjonijiet ta' baġits enormi), speċjalment dawk tas-supereroj tal- kotba komiks DC u Marvel huma l-affaxxinazzjoni ta' miljuni ta' żgħażagħ l-aktar, kif ukoll il-films animati (ukoll b'baġits qawwija) qed iħajru ħafna familji jersqu lejn is-swali tat-teatri, se nistennew diversi aktar minnhom. B'hekk, sequels, prequels, reboots u spin- offs ta' produzzjonijiet li għamlu suċċess kbir, kemm avventurużi, romantiċi, kummiedji, tal-biża', se naraw aktar minnhom. Dan l-artiklu jiffoka fuq ftit mill- aktar films antiċipati għas- sena l-ġdida. Żgur li se jkun hemm ħafna iżjed u anki xi sorpriżi mhux mistennija. The Upside - Kummiedja b'toni serji bbażata fuq film Franċiż ta' suċċess fejn wieħed li kien imbruljun jitħabbeb ma' raġel ipparalizzat li jħaddmu biex jieħu ħsiebu. Serenity - Matthew ty - Matthew ty McConnaughey u Anne Hathaway li rajniehom flimkien f 'Interstellar jerġgħu jingħaqdu fi thriller dwar kaptan ta' vapur tas-sajd li jinqabad f 'xibka ta' ingann, meta l-eks martu tidher u titolbu jeħlisha mir-raġel abbużiv tagħha. What Men What Men What Want - Il- kuntrarju tal-film tas- maħduma minn Charlize Theron. The Lego Movie 2: The Second Part - Film animat li Second Part - Film animat li Second Part jiżvolġi ħames snin wara l-avvenimenti tal- tagħhom ta' Berk, dawn it- tnejn jimbarkaw fuq vjaġġ għal dinja maġika moħbija biex isalvaw it-tip ta' ħajja li jgħixu. Skont iż-żewġ episodji ta' qabel nistennew divertiment eżileranti! Chaos Walking - Xogħol id-disfatta? Insiru nafu ħafna affarijiet f 'Captain Marvel, bl-avvenimenti jseħħu fis-snin disgħin li jintroduċu lid- dinja lil Carol Danvers (Brie Larsen), pilota tal-Air Force li takkwista poteri mingħand xi ħadd sigriet għalissa. Us - Jordan Peele li kiteb u Us - Jordan Peele li kiteb u Us dderiega Get Out, thriller oskur li kellu suċċess kbir jidher li se jkompli fuq l-istess linji b'Us . Greyhound - Tom Hanks huwa l-Kaptan tal-vapur navali Greyhound li fit-Tieni Gwerra Dinjija jkun ippersegwitat mill-U-Boats Nazisti matul l-Atlantiku flimkien ma' 36 bastimenti oħra tal-Alleati. Avengers: Avengers: Aveng Endgame- Wara l-konflitt li sar bejn l-aqwa supereroj tad-dinja u Thanos the mad men, li beda gwerra infinita, dan il-film aktarx li jġib xi forma ta' riżoluzzjoni. Din id-darba, Hawkeye jerġa' lura u Ant-Man se jieħu parti fil-ġlieda waqt li Tony Stark (Iron Man) hu mitluf fl- ispazju. Ugly Dolls Ugly Dolls Ug - Xogħol mużikali animat dwar ġugarelli lussużi li jazzardaw joħorġu min-naħa tagħhom tal-muntanja għan- naħa l-oħra fejn ir-residenti tal-belt jisimha Perfection juruhom kemm huma verament differenti minnhom. Rocketman Rocketman Rocket - Le, mhux ibbażat minn fuq il-ktieb klassiku ta' Harland Williams imma biografija dwar il- kantant ċelebri Elton John, b'Taron Egerton ikun il-protagonist. The Rosie Project - Drama Project - Drama Project romantika meħuda min- sena 2000, What Women Want bl-attur Mel Gibson, ewwel film, meta fi Bricksburg l-affarijiet imorru għall-agħar Rodriguez. addattat min-novella Young Adult (għall-addoloxxenti) Lestu ruħkom! Varjetà ta' films fiċ-ċinema Captain Marvel Carmel Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018