Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351
11 Intervista Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Ritratt: James Bianchi kollha sinjuri mingħajr ma jafu' Fakkar li l-bini jintiret u fl-aħħar mill-aħħar se jibqa' għand il-Ġirbin. "Jekk it-tfal tagħna ma jkunux iriduhom, moħħna mistrieħa li se nħalluhom nies," kompla jisħaq Boxall. "Il-proprjetà tant kemm għoliet li llum it-tifel tiegħi sinjur żgħir." Kien hawn li staqsjenieh x'inhi l-aktar ħaġa li hu kburi li wettaq f 'dawn il-25 sena. It- tweġiba tiegħu kienet sempliċi: "Li ġibt in-nies tal-Birgu jħobbu lill-Birgu u jiftaħru bih daqskemm inħobbu u niftaħar bih jiena," weġibna bla tlaqliq. "Din belt unika. Minn din il-belt marittima bdiet l-istorja. Għadna lanqas nafu fejn ngħixu." 'Kellha tkun maltempata biex nirranġaw it-Toqba?' Tkellimna mas-Sindku fuq l-ispazji miftuħa, anke għax residenti Ġirbin ġieli lmentaw magħna fuq nuqqas ta' spazji miftuħa għalihom. Is-Sindku saħaq li l-Birgu huwa limitat u propju għalhekk li l-Kunsill jixtieq li l-pjazza prinċipali tal- Birgu tkun post fejn ir-residenti jiltaqgħu, tant li fakkar li diġà tneħħa l-parkeġġ min-nofs. "Għandek naħa ta' xatt mimli ristoranti, jottijiet u proprjetajiet lussużi. Tgħaddi minn mina u tiġi f 'parti mill-Birgu li qisek qiegħed f 'parti mit-tielet dinja," kompla jgħidilna Boxall waqt li tkellem fuq it-Toqba tal-Birgu. "Kellha tinqala' maltempata kbira biex nirranġaw?" kompla jistaqsi s-Sindku waqt li insista li l-kunsill kien ilu snin jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet. "Meta konna qed nippaċjaw konna biss qed naħlu l-flus. Il-flus li jagħtini l-Gvern mhux tiegħi u jiena qatt ma nista' nberbaqhom bl-addoċċ." 'Ir-residenti kollha jkunu kuntenti jekk il-Monument tal- Ħelsien jinbidel' Tkellimna wkoll dwar żewġ kwistjonijiet. Il-Monument tal-Ħelsien li dwaru residenti Ġirbin kienu qed imexxu petizzjoni biex dan jiċċaqlaq minn quddiem il-Knisja Parrokjali ta' San Lawrenz u l-famuż Torri tal-Arloġġ fil- pjazza tal-Birgu. Bdejna bil-Monument tal- Ħelsien, bis-Sindku John Boxall jgħid li: "kieku l-Monument tal-Ħelsien kellu jsir mod ieħor żgur li n-nies tal-Birgu kollha, Nazzjonalisti u Laburisti, se jieħdu pjaċir," għax fi kliemu dan jikxef aktar il-ġmiel tal-faċċata tal-Knisja xogħol Lorenzo Gafà. "Iżda, kieku kellu jsir monument pulit li jfakkar din il-ġrajja, għandu jibqa' f 'dik il-pjazza, għax dik il-parti mill- istorja tal-pajjiż bdiet u spiċċat hawn," saħaq Boxall. 'It-Torri tal-Arloġġ jista' jkun proġett li jiġġenera l-flus u l-impjiegi' U dwar it-Torri tal-Arloġġ? "Dik hija x-xewqa tiegħi," qalilna s-Sindku waqt li spjega li ħafna mix-xogħol huwa lest, il- magna tal-arloġġ għadha teżisti, il-pedamenti lesti u fi kliemu dan mhu se jtellef xejn lanqas mill-armar li l-festi tal-Birgu huma magħrufa għalih. "Dan jista' jkun proġett li jiġġenera l-flus u joħloq l-impjiegi. Immaġina mid- 9:00am tara l-coaches ġejjin bit- turisti biex jitilgħu bil-lift jew bil-garigor u jaraw il-magna taħdem. Immaġina x'tista' tagħmel minn fuq dan l-arloġġ meta jdoqq nofsillejl meta taqleb is-sena. Taf tkun isbaħ mill-attività tal-Belt Valletta," qalilna Boxall. Jaqbel ma' sindki full time u l-partiti politiċi fil-kunsilli? Ma stajniex ma nitkellmux miegħu fuq il-proposta li s-sindki jkunu full-time u li dlonk wieġeb li ma jaqbilx magħha. "Jekk irrid naħdem għall- Birgu ma hemmx għalfejn inkun full time. Jekk se jkollna onorarja, dik se tkun li żżomm lil xi ħadd Sindku?" staqsa Boxall. "Kuntent nibqa' naħdem l-isptar u x-xogħol tal-kunsill nagħmlu fil-ħin liberu tiegħi biex inkun ċert li qed nagħmlu 100% minn qalbi." L-ewwel darba li John Boxall kien elett, kien kandidat indipendenti. X'jaħseb kieku l-partiti politiċi ma jkunux involuti fil-kunsilli lokali? "Jista' jkun li hawn nies li hawn nies aktar kapaċi minni jew li jħobbu lill-Birgu daqsi u ma jintrigawx biex ma jiċċappsux ma' partiti politiċi," qalilna Boxall. 'Niddejjaq meta proġetti jsiru bla konsultazzjoni' Staqsejnieh ukoll jekk il- kunsilli lokali għandhomx biżżejjed poteri u jekk hux qed jitħallew jaħdmu, bis-Sindku tal-Birgu jisħaq li jiddejjaq biss meta ma ssirx konsultazzjoni. "Jekk jiġi l-Gvern u jgħidlek li se jieħu f 'idu t-toroq mhux biċċa ta' wġigħ ta' ras inqas? Jien li niddejjaq jekk min hu responsabbli mit-toroq ma jikkonsultax u tispiċċa tkun taf mill-midja li se ssir triq. Tispiċċa tiġi rredikolat," qalilna s-Sindku. "Jien mhux f 'moħħi li nitmejjel jew nirredikola lin-nies. Magħruf kemm ngħajjat, imma qatt ma ngħajjat għalxejn, ngħajjat għax inkun ilni nissapporti. Ngħajjat b'intenzjoni tajba." 'Hawn ħafna faqar moħbi… irridu nibdew mill- edukazzjoni' Fl-aħħar nett, wara li tkellimna fuq il-ħafna proġetti u t-tisbiħ li esperjenza l-Birgu, tkellimna mas-Sindku fuq x'jagħmel konkretament il-kunsill lokali biex jgħin lil dawk il-Ġirbin li ma jlaħħqux mal-ħajja jew inkella li jgħixu waħedhom. "Hawn ħafna faqar moħbi," qalilna s-Sindku. "Tant kemm jiena mhux qiegħed hawn għal flus li ġieli ħallast ċitazzjonijiet tan-nies." Kien hawn li insista li kollox irid jibda l-ewwel u qabel kollox mill-edukazzjoni għax fi kliemu l-lokalità mhix il-ġebel imma n-nies. Huwa saħaq li meta tagħmilha man-nies tinduna li l-problemi soċjali li hawn ġejjin mil-livell ta' edukazzjoni u kien hawn li fakkar f 'diskors li għamel f 'Jum il-Birgu ta' sitt snin ilu. "Meta ħareġ rapport ta' edukazzjoni u kellna rata għolja ta' tfal li jitilfu l-iskola, f 'nofs il-pjazza, fid-diskors tiegħi u ngħajjat biex jismagħni kulħadd, għidt li kont se nkun jien li nieħu l-passi kontra dawk il-ġenituri li ma jibagħtux lit-tfal l-iskola." qal is-Sindku. "Mur iċċekkja llum u ara x'differenza," temm jgħidilna Boxall. Is-Sindku tal-Birgu John Boxall