Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

F 'dawn l-aħħar ġimgħat spiss smajna u qrajna dwar il-mina li qed tiġi ppjanata sabiex tgħaqqad iż-żewġ gżejjer prinċipali ta' dan il-pajjiż ċkejken. U bħal kwalunkwe ħaġa oħra, ma jistgħux ma jonqsux opinjonijiet diverġenti. Mentri stħarriġ tal-opinjoni pubblika fiż-żewġ gżejjer qed jindikaw illi maġġoranza kbira ta' 82% hija favur li ssir din il- mina, baqa' minoranza pjuttost voċifera illi qiegħda topponi. Nibda biex ngħid illi min bħall-għaqdiet ambjentali qed isejjaħ illi tingħata aktar informazzjoni sabiex tkun tista' ssir deċiżjoni infurmata għandu raġun. L-awtoritajiet relevanti għandhom dejjem ikunu sensittivi għall- opinjoni pubblika. B'bokka fl-Imbordin ħdejn il-Miżieb f 'Malta u oħra taħt it- Torri ta' Kenuna fin-Nadur f 'Għawdex, din bla dubju ser tkun l-akbar opra ta' inġinerija li qatt twettqet fil- gżejjer tagħna. Għaldaqstant, hu opportun illi tingħata l-informazzjoni meħtieġa kollha fir-rigward. Jiena nemmen illi jekk isir hekk, in-numru ta' nies li għandhom dubji dwar dan il-proġett jonqos sew. Diġà saru bosta studji illi juru illi l-proġett hu fattibbli kemm mil-lat tekniku kif ukoll ekonomiku. Fil-preżent qed isalpaw bejn iż-żewġ gżejjer. Ta' min iżomm f 'moħħu wkoll illi l-għażla tar-rotta proposta saret wara illi ġew skartati rotot alternattivi u iqsar minħabba raġunijiet ambjentali. Kien ikun possibli illi l-mina tiżbokka xi mkien fl-Għadira imma l-impatt fuq sit ta' Natura2000 kien ikun konsiderevoli. Bir-rotta proposta, ser jitnaqqas ħafna traffiku illi fil-preżent jgħaddi mix- Xemxija, mill-Mellieħa u mill-Għadira. Dan hu aspett illi min qed joġġezzjona għal dan il-proġett għal raġunijiet ambjentali qed jinjora. Huwa possibbli, jekk mhux probabbli illi bil-mina, l-ammont ta' traffiku f 'Għawdex ser jiżdied konsiderevolment. Wieħed diġà jara differenza kbira fl-ammont ta' traffiku li jkun hemm f 'Għawdex matul il-ġimgħa meta Għawdex ikun qisu ċimiterju u f 'tarf il-ġimgħa meta l-populazzjoni tiżdied konsiderevolment bl-Għawdxin illi jirritornaw wara ġimgħa Malta kif ukoll il-Maltin illi jżuru l-gżira. Madankollu, fattur sinjifikanti illi donnu ħadd mhu qed jikkunsidra hu l-fatt illi sakemm titlesta dina l-mina, jista' jkun hemm tibdil radikali fil-mod kif illum nużaw il-karozzi tagħna. Diġà qed nassistu għat-transizzjoni għall-karozzi li jaħdmu bid-dawl, teknoloġija aktar nadifa minn dik preżenti u illi ser tagħlaq l-ħafna pompi tal-petrol li qed ifaqqsu llum. Barra minn hekk, qed isir investiment qawwi f 'karozzi awtonomi, karozzi illi jaħdmu mingħajr il-ħtieġa ta' xufier. L-iżvilupp ta' din it-teknoloġija hija mistennija illi ser tnaqqas radikalment in-numru ta' karozzi fit- toroq. Meta wieħed iqis, wieħed juża l-karozza tiegħu ftit ħin. Fil-maġġiorparti tal-ħin, karozza tkun wieqfa. Kull wieħed minnha għandu kapital li jkun mejjet kważi l-ħin kollu. Bit-teknoloġija l-ġdida, wieħed jista' jsejjaħ karozza bit-telefon tiegħu biex twasslu fejn għandha twasslu u mbagħad din tmur sabiex iġġorr passiġġiera oħra. B'hekk, in-numru ta' karozzi fit-toroq jista' jonqos sew għaliex ħafna min-nies ma jibqgħalhomx il-ħtieġa illi jkollhom il-karozza tagħhom. Għaldaqstant, min qed jibża' illi Għawdex ser jitlef il- karatteristiċi tiegħu minħabba żieda kbira fit-traffiku jista' jkun qed jgħarrilu bl-ikrah. Ċertament jista' jiġri hekk imma dan biss jekk jintilef kontroll fuq il-proċess ta' ppjanar kif ħafna drabi jseħħ. Ħaġa li ebda Għawdxi denn m'għandu jaċċetta. Min joġġezzjona għal dan il-proġett jirrikonoxxi d-diffikultajiet illi għandhom l-Għawdxin sabiex jaqsmu l-fliegu. Imma jsostnu illi dawn id-diffikultajiet jistgħu jiġu superati b'servizz tal- vapur aħjar u b'fast ferry service. Ċertament jekk iseħħ dan, il-problemi li jaffaċjaw l-Għawdxin jonqsu. Imma mhux ser imorru għalkollox. Kuntrarjament għal dak li sostna editorjal f 'dan il-ġurnal xi ġimgħat ilu, din mhux kwistjoni illi wieħed jistenna xi nofs siegħa għall-vapur. Il-ħin ta' stennija hu spiss ferm u ferm aktar bir-riżultat illi għal Għawdxi medju li ma jistax jaqbeż il-kju kif jagħmlu l-irjus il-kbar, qatt mhu possibbli mija fil-mija li jippjana xħin ser jasal fejn għandu jasal f 'Malta u dan kemm jekk hu għal appuntament f 'xi uffiċċju, fl-isptar jew biex issiefer mill-pajjiż. Ftit ġimgħat ilu meta l-Gozo Channel kellha wieħed mill-vapuri bir-rampa għat-tiswija, ġieli wieħed kellu jistenna sa tliet sigħat biex jaqsam. Is-sitwazzjoni llum hi tant prekarja illi min jinvesti f 'Għawdex għandu żvantaġġi enormi, mhux biss ta' spejjeż żejda imma anke ta' telf ta' ħin biex tasallu l-merċa u biex jibgħat l-prodotti tiegħu. Ftit baqa' skop illi jeżisti l-qasam tal-manifattura f 'Għawdex bl-affarijiet huma kif inhuma għaliex aktar jagħmel sens illi wieħed jinvesti f 'Malta fejn hemm suq ferm akbar u jibgħat il-prodotti lesti f 'Għawdex. Ir-riżultat ta' dan kollu hu illi Għawdex qed jesperjenza nuqqas ta' investiment u l-aħjar nies tiegħu qed jitilqu sabiex jaħdmu band'oħra fejn hemm opportunitajiet ferm aħjar. Għaldaqstant, min qed jopponi dan il-proġett għandu jirrifletti ftit x'għandu f 'moħħu : Għawdex li hu tajjeb bħala post tal-irtirar jew bħala post fejn teżisti komunità kummerċjali vibranti illi tista' toffri opportunitajiet għal min irid jgħix hemm. Jekk l-għażla tkun illi Għawdex ikun post tal-irtirar, ikun qed jikkundanna lil Għawdex għal deklin terminali u inevitabbli. Il-viżjoni li wieħed iħaddan hi li Għawdex tibqa' gżira bi stil ta' ħajja trankwill u rilassat fejn wieħed jista' jwettaq attività kummerċjali u fejn wieħed jista' jkollu opportunitajiet ta' xogħol adekwat. Il-proġett tal-mina ċertament jgħin sabiex jintlaħaq dan l-għan illi Għawdex tibqa' gżira vijabbli u vibranti. Fil-ħajja rridu nżommu bilanċ bejn is-sostenibilità u r-rispett tal-ambjent. Tajjeb illi nirrispettaw l-ambjent imma jekk Għawdex ma jibqax sostenibbli, jispiċċa bħalma hi Kemmuna llum: gżira mejta bla populazzjoni fejn imorru n-nies biex jikkampjaw u jixxemmxu. U rridu nirrikonoxxu illi jekk Għawdex tibqa' gżira vibranti, ikun qed jisseddaq il-mużajk ta' dan il-pajjiż. Dan l-aħħar assistejt għall- presentazzjoni li ngħatat lill-membri tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex mill-oftalmiku Franco Mercieca li qiegħed imexxi kumitat sabiex jitwettaq dan il-proġett u mill-Inġinier Frederick Azzopardi, il-kap eekuttiv ta' Infrastruttura Malta. Il-mina hija proġettata illi tkun twila 13-il kilometru b'żewġ korsiji ta' 3.25 sa 3.5 metri mbegħdin metru minn xulxin b'korsija ta' emerġenza. Skont Franco Mercieca, il- mina ser tkun kapaċi tieħu sa 1,800 karozza kull siegħa u għaldaqstant, m'għandux ikun hemm problemi sabiex it-traffiku kollu bejn iż-żewġ gżejjer jgħaddi. Wieħed irid iżomm f 'moħħu illi fl-2010, in-numru ta' karozzi illi kien jaqsam bejn il-gżejjer kien 1,500 kuljum. Kif qal Franco Mercieca u kif jidher mill-"project description statement" li għamlet Tranport Malta f 'Mejju 2018 lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-bokki ta' din il-mina mhumiex ser ikunu wisq differenti minn dawk tal-mina tat-triq Reġjonali. Il- bokki tal-mina ser ikunu qrib it-toroq tat-Ten-T network u għaldaqstant, ser titnaqqas il-ħtieġa ta' infrastruttura addizjonali. B'differenza tal-proġetti oħra ta' infrastruttura illi jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, il- Gvern qiegħed jaħseb illi ma jagħmilx tajjeb għall-ispiża kapitali għax il-proġett jiġi ffinanzjat kompletament mill- privat illi jkollu konċessjoni ta' 20 sena sabiex jirkupra l-investiment tiegħu. Dan hu mudell simili għal kif inbnew l-autostrade Taljani u m'għandhux ma jaħdimx. Wieħed irid iżomm f 'moħħu illi l-Għawdxin xorta ser ikollhom jibqgħu jħallsu sabiex imorru d-dar tagħhom wara x-xogħol jew l-istudji tagħhom. Mina bħal dik proposta bejn Malta u Għawdex jeżistu għexieren. L-istudji li saru jibbażaw ruħhom fuq il- mudell Norveġiż fejn dawn il- mini jgħaqqdu bosta gżejjer. Problemi tekniċi ċertament jeżistu fosthom x'ser isir minn miljun kubu ta' blat li ser jiġi skavat sabiex issir din il-mina. Imma ġaladarba dawn il-problemi huma sormontabbli u dina l-mina tista' ssir bit-teknoloġija tal-lum, ikun dnub kbir li ma ssirx. Nagħlaq bil-kliem tat-tabib Tumas Cauchi illi kien il-president tas-Society for the Union of the Maltese Islands illi kienet twaqqfet fis-snin 60 sabiex jingħaqdu ż-żewġ gżejjer. It-tabib Masu, kif inhu magħruf f 'Għawdex, kien stqarr illi "l-għaqda tat-territorju nazzjonali hija Kwistjoni Nazzjonali u hu tassew mhux patrijottiku illi xi Malti jopponi dik li hi emintement kawża mhux kontroversjali...il- ġenerazzjonijiet futuri sejrin jżebilħu u jiddiżonoraw dawk kollha li jagħmlu hekk." Joe Ellis huwa avukat u opinjonista tal-gazzetta ILLUM Is-sitwazzjoni llum hi tant prekarja illi min jinvesti f 'Għawdex għandu żvantaġġi enormi, mhux biss ta' spejjeż żejda imma anke ta' telf ta' ħin biex tasallu l-merċa u biex jibgħat l-prodotti tiegħu " " JOE ELLIS Opra meħtieġa 13 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Opinjoni Bir-rotta proposta, ser jitnaqqas ħafna traku illi l-preżent jgħaddi mix-Xemxija, mill-Mellieħa u mill- Għadira. Dan hu aspett illi min qed joġġezzjona għal dan il-proġett għal raġunijiet ambjentali qed jinjora. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019