Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351
Aħbarijiet 6 DIN il-ġimgħa mix-xena politika barranija kellna tiddomina l-kwistjoni 'Brexit' u allura l-proċess tar- Renju Unit biex dan joħroġ mill-blokk politiku Ewropew illi fih issa ilu mill-1975. Dakinhar, tirrapporta The Guardian, il-pajjiż sar membru mingħajr ħafna daqq u ċirimelli. Fil-fatt dakinhar l-artiklu kien intitolat 'We're in... but without the fireworks' u l-artiklu kien jibda daqs li kieku obitwarju, "Britain passed peacefully into Europe last night..." Imma dik kollha parti mill- storja issa. Bħalissa qed niddiskutu b'liema mod ir-Renju Unit se jitlaq mill- blokk politiku tal-UE, ibbażat l-aktar fuq Ftehim tal-Irtirar (Withdrawal Agreement) voluminuż li qed jipproponi l-Gvern Konservattiv ta' Theresa May. F'dan l-artiklu, fil-kuntest storiku li ninsabu fih il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar punti saljenti tad-dokument u l-aktar punti li fuqhom qamet kontroversja u l-aktar li taw lil May uġigħ ta' ras. illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Fuq xiex mhux qed jaqblu? Imma x'inhi l-Backstop eżatt? U jekk tgħix ir-Renju Unit se tintlaqat? Se jkollok drittijiet? U r-Renju Unit vera se jingħata lura €3.5 biljun? Għaliex? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-Ftehim tal-Irtirar (Withdrawal Agreement) u aktar ... Fruntiera inkwiet u dokument ta' 500 paġna: il-Brexit ta' May L-aktar 310 mil kontroversjali... Tajjeb illi niftakru li l-kwistjoni li l-aktar illi qajmet furur u mewġ kien dak magħruf bħala l-ftehim 'Backstop' u allura kif il-fruntiera ta' 310 mil bejn ir-Repubblika tal- Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq tibqa' kemm jista' jkun qrib is-sitwazzjoni ta' bħalissa fejn persuna, oġġett jew negozju jista' jaqsam il-fruntiera mingħajr il-bżonn ta' eżaminazzjoni jew 'border-checks'. 'Hard Border' ifisser illi l-fruntiera bejn iż-"żewġ Irlandi" tkun daqslikieku fruntiera bejn pajjiż tal-UE u ieħor li mhux, bil-persuni u l-infrastruttutra meħtieġa biex jiġi ċċekkjat kulma jgħaddi minn naħa għal oħra. Dan ikun pass kbir lura mill-Ftehim tal-1998, magħruf bħala l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-problema hija li r-Repubblika tal-Irlanda, li mhix parti mir-Renju Unit se jkollha l-fruntiera mal- Irlanda ta' Fuq u allura se jkollha fruntiera ma' pajjiż barra l-UE (jekk iseħħ Brexit!) bi ftehim ta' kummerċ li għadu mhux stabbilit. L-Unjoni Ewropea, permezz ta' Michel Barnier qed tipproponi li l-Irlanda ta' fuq tibqa' fl-Unjoni Dogonali, xi ħaġa li l-Gvern Ingliż ma kienx qed jaċċetta. May qalet illi prattikament din il-proposta qed toħloq bħal fruntiera fir-Renju Unit stess, bejn l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales u l-Irlanda ta' Fuq. Minflok, f 'Diċembru 2017, bi qbil mal-UE, il-Gvern Ingliż iddeċieda li r-Renju Unit kollu kemm hu għandu jibqa' fl-Unjoni Dogonali sal-2020 u li l-ftehim 'Backstop' issir deċiżjoni dwaru biss meta jintlaħaq qbil kummerċjali. Dan il-qbil kien ifisser illi prodotti jkunu eżaminati meta jkunu sejrin lejn l-Irlanda ta' Fuq mir-Renju Unit, imma mhux mill-Irlanda ta' Fuq għar-Renju Unit. Ir-Renju Unit ma jkunx jista' joħroġ mill-arranġament tal-Backstop waħdu. Iżda dan m'għoġob xejn lil bosta deputati li jixtiequ u qed jaħdmu għal Brexit, għax qed jinsistu li jekk ir-Renju Unit jibqa' membru f 'Unjoni Dogonali dan se jkompli jwaqqaf lir-Renju Unit, kważi b'mod indefinit, milli jagħmel arranġamenti u ftehim ma' pajjiżi oħrajn lil hinn mill-UE mingħajr ma jkun marbut mat-tariffi u arranġamenti li għamlet l-UE maż-żmien. M'għoġobhom xejn il-fatt li l-Irlanda ta' Fuq ikollha bħal status iktar speċjali u preferenzjali mill- Ingilterra, l-Iskozja u Wales u għalhekk jinħolqu bħal żewġ livelli f 'pajjiż wieħed. Naturalment l-Unjoni Ewropea, min-naħa tagħha, ma tixtieqx illi r-Renju Unit jibqa' membru tal-Unjoni Dogonali u ma ġġorrx ir-responsabilità tal-pajjiżi li huma membri. Fi Strasburgu, f 'attentat tal-aħħar biex tikseb l-appoġġ il-PM Ingliż ħabbret illi bi qbil mal-UE se jinħoloq mekkaniżmu bejn ir-Renju Unit u l-UE li tħalli lir-Renju Unit ifittex arbitraġġ u toħroġ minn ftehim Backstop, jekk l-UE "apposta tipprova żżomm lir-Renju Unit f 'dan il-ftehim billi ma tinnegozjax ftehim ta' kummerċ b'rieda tajba." Hi kienet ħabbret ukoll li kienet iffirmata dikjarazzjoni li tgħid illi għandu jinstab ftehim biex il-Backstop Irlandiż jkun sostitut bi ftehim ieħor. Iżda naturalment, kif nafu, dawn l-assigurazzjonijiet ftit li xejn ħadmu fil-House of Commons. Imma għalfejn importanti dan il- Backstop? Apparti s-sitwazzjoni fuq il- fruntiera bejn iż-żewġ naħat, qbil fuq dan il-ftehim huwa importanti għaliex ma jistax ikun hemm qbil dwar Brexit jekk ma jkunx hemm qbil fuq kull parti tal-ftehim.