Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Traġedja f 'New Zealand: qed ngħixu l-istorja li nsejna? LANQAS laħqet għaddiet ġimgħa minn meta din il-gazzetta, f 'dan l-editorjal wissiet dwar l-implikazzjoni ta' vot għal-lemin estrem li jxerred il-viżjoni ta' uniformità stretta, razziżmu bħala stat ta' fatt u aktar u l-viżjoni ta' superjorità versus l-inferjorità, ta' min huwa Kristjan versus min mhux, ta' min hu abjad versus min mhux, ta' min huwa bravu u intelliġenti versus min twieled biex jibqa' 'taħt' fil-kasta. Lanqas ilħaqna nsejna dan l-editorjal li ma kellniex attakk faħxi ta' terroriżmu minn dawk li jemmnu illi qed ninbelgħu u nitilfu l-identità u minn dawk li jemmnu illi r-risposta għal dan hija retribuzzjoni u mibgħeda. 49 persuna li kienu qed jitolbu fil-kwiet, sfaw maqtulin bla ħniena minn xi ħadd li jekk ma tridx kien qed jieħu filmat ta' dak li qed jiġri u persuni li kienu qed jaraw il-filmat, iħeġġuh ikompli. Il-filmat tal-biża' ta' persuna li ma waqfitx tispara tassew ikessħek u jġiegħlek tistaqsi; imma kif hawn min jasal daqshekk? X'intern irid ikollu bniedem biex joqtol tant nies? Kif fallejna bħala soċjetà biex qed naraw inċident faħxi bħal dan u oħrajn li ġew qablu fejn l-aggressuri setgħu kienu ta' reliġjon differenti? Bl-Ingliż ngħidu 'you sow the wind, you get the whirlwind', bil- Malti ngħidu 'li tiżra' taħsad'. Iż-żerriegħa tal-mibgħeda razzjali, tas-superjorità razzjali u tan-Neo-Nazziżmu qed issib art għammiela b'ħafna li jirromantiċizzaw fuq Hitler, li jiċħdu l-atroċitajiet tal-kampijiet tal-konċentrament, li jaraw fir-razza differenti l-għadu, iż-żerriegħa tal- fundamentaliżmu reliġjuż, tat-tortura u l-ħdura f 'isem Alla, Allah jew ħaddieħor. Sfortunatament erġajna qed naraw, l-ispettru tal- ħdura jgħolli rasu. Spettru li sab ħabiba konvenjenti fil-midja soċjali. Spettru fejn in-Neo-Nazzist illum mhux talli ma jħossux waħdu, talli jħossu komdu biżżejjed jidħol fuq filmat u jħeġġeġ lil sieħbu jkompli joqtol u joqtol u joqtol u joqtol. Hitler miet (jew qatel lilu nnifsu), imma sfortunatament l-ispirtu tiegħu għadu jgħix f 'wisq nies biex qatt inkunu sereni u ngħidu li verament tgħallimna mid-dnubiet u l-weġgħat tal-passat. U min jinsa l-istorja huwa kkundannat li jgħixha mill-ġdid. Annimal selvaġġ postu fis- selvaġġ, mhux f 'bużżieqa li noħolqu aħna għalih Xi kultant l-uman jaf ikun vera wiċċu tost. Mhu qed nirreferu għall-ebda individwu hawnhekk, imma qed nirreferu għall- umanità b'mod ġenerali. U qed nużaw il-każ ta' din il-ġimgħa fejn annimal selvaġġ instab fuq bejt ta' dar fil-Fgura, bħala kuntest. Imma mhux maħqur qalu. Allura kollox sew! Għax ma tafx int! Għamilna bħal kaskata, u kenn u naqra dekorazzjonijiet, mela dnubietna maħfura u kollox sew u kulħadd kuntent. Annimal selvaġġ, postu fis-selvaġġ, jgħix fis-selvaġġ u għandu jkun fis-selvaġġ. La f 'xi ċirku, la f 'xi zoo u lanqas fuq xi bejt. Li annimal, hu liema hu, hu ta' min hu, meta jitneħħa mill-ambjent naturali tiegħu u jkun kostrett fi spazju magħluq, hux spazju magħluq kbir jew hux spazju magħluq żgħir, qiegħed hemm għall-gost u l-pjaċir tal-bniedem. Hawnhekk mhux fuq fenek tal-Indì jew xi kanarin qed nitkellmu, qed nitkellmu fuq annimal selvaġġ li normalment u suppost jiġri u jivvjaġġa mili kbar u li fin-natura tiegħu għandu l-istint tal-kaċċa, huwa predatur li għandu bżonn il-priża. Mhux idur min-naħa għall-oħra fi ftit metri ta' bejt u mitmugħ xi biċċa ċanga tiswa l-belli liri. Annimal selvaġġ mhux id- deheb u x-xinxilli jrid, irid is-selvaġġ! U kull draba li neħduh barra min-natura tiegħu qed naħqruh. Min irid jara tigra jew iljun jew ġiraffa jew xi puma, jista' jġemma' l-flus u jmur safari u jgawdi kemm irid u kemm jogħġbu l-annimali slavaġ. Imma fl- abitat u n-natura tagħhom, mhux fil-bużżieqa li noħolqu aħna għalihom. Fuq il-każ partikolari tal-Fgura u ċerti li hemm oħrajn bħalu, issa li hemm hemm. Għall-magħmul, f 'dan il-każ m'hemmx kunsill. Nittamaw biss li dan il-każ huwa l-aħħar wieħed li se naraw bħalu. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019