Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Sports 22 minn Cristian Antony Muscat RAINA Pace - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin, fejn tilgħab b'suċċess ma' Silverbaaks. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? L-ewwel darba li lgħabt il-logħba tan-netball kien fl-aħħar sena tal- iskola primarja, fejn introduċitulna l-għalliema tal-PE. Imbagħad, fi żmien is-sekondarja, in-netball kien wieħed fost l-għażla ta' sport li stajt tilgħab waqt il-ħin tal-brejk, fejn jien flimkien ma' sħabi konna nkunu ħerqana sabiex nilagħbu u nipprattikaw dan l-isport flimkien. Hawnhekk kien iż-żmien fejn esperjenzajt il-logħba tan-netball b'mod kompetittiv, fejn ipparteċipajt f 'kompetizzjonijiet u tournaments kontra skejjel sekondarji oħra għall-ewwel darba. Eventwalment, jien flimkien ma' sħabi nktibna għall-ewwel darba ma' klabb taħt l-awspiċi tal-Malta Netball Association. Int tilgħab ma' Silverbacks fejn matul dawn l-aħħar snin irbaħtu diversi unuri. Tina iktar dettalji. It-tim Silverbacks ġie mwaqqaf fl-2013 u beda jieħu sehem fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Fl-ewwel sena rbaħna l-kampjonant u ġejna promossi għall- Ewwel Diviżjoni, fejn ukoll klassifikajna fl-ewwel post. Dan ir-rebħ konsekuttiv kien kisba kbira għas-Silverbacks. Minn hemm 'il quddiem bħala Silverbacks bqajna niksbu riżultati tajbin li waslu għall-kisba tal-unur ta' 'Champions' għal snin konsekuttivi. Minħabba dan is-suċċess, it-tim ta' Silverbacks kiber b'mod sinjifikanti sabiex fl-2016 waqqafna Backs Netball Club u t-tieni tim bl-isem ta' Blackbacks. Agħina ftit dettalji fuq it-timijiet li jiffurmaw il- kampjonat tan-netball. Il-kampjonant tan-netball jikkonsisti minn żewġ diviżjonijiet. Fl-ewwel diviżjoni, hemm total ta' tmien timijiet filwaqt li fit- tieni diviżjoni hemm sebgħa. Il-parteċipanti jilagħbu żewġ rawnds fejn eventwalment jiġu kklassifikati skont il-punti miksuba. Bħala riżorsi fejn titħarrġu, dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? Bħala courts f 'Malta rajna progress però xorta fadal ħafna fejn isir titjib. Kemm-il darba sibna courts imxarrbin bl-ilma tax-xita, jew jiżolqu minħabba nuqqas ta' manutenzjoni kif ukoll mingħajr linji tan-netball. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali tan-netball. Kif sejrin bħalissa bħala tim nazzjonali tan-netball? L-aħħar parteċipazzjoni tat-tim nazzjonali kienet fl-2016 ġewwa Newcastle fl-Ingilterra, fejn ksibna riżultati pjuttost tajbin, fosthom rebħa kontra Ġibiltà u l-Iżrael u spiċċajna għaxar punti biss taħt l-Istati Uniti. Sfortunatament, minħabba problemi finanzjarji, it-tim nazzjonali għal sentejn konsekuttivi ma pparteċipax f 'kompetizzjonijiet barranin. Però din is-sena t-tim nazzjonali rreġistra għall- kompetizzjoni tal -'Open Challenge' ġewwa Isle of Man, f 'Mejju li ġej. Taħseb li f 'pajjiżna, il-media tagħti importanza biżżejjed lin-netball? Sfortunatament le. Meta tqabbel il-media tan- netball ma' sports oħrajn, sfortunatament in- netball vera ma jingħatax importanza. L-unika opportunità ta' xandir tinstab f 'eċċezzjonijiet mingħand ġurnalisti ta' interess, li jkabbru dan l-isport. Bħala plejers tan- netball, dan in- nuqqas inħossuh spiss fejn xi drabi l-pubbliku lanqas jirrikonixxi l-eżistenza tan-netball. Ir-rebħ tal-kampjonat u tan-knock- out ma jissemmewx fil-media, u saħansitra l-plejers tan- netball lanqas jikkwalifikaw għall-iSports Awards ta' Malta.Fl-opinjoni tiegħi, dan kollu jikkawża diffikultà fit-tfittxija għal sponsors u ma jgħinx sabiex inkabbru n-netball f 'pajjiżna. Bħala għajnuna finanzjarja ssibu din it-tip ta' għajnuna kemm minn SportMalta kif ukoll mill-Kumitat Olimpiku Malti fin-netball? Il-finanzi fil-qasam tan-netball huma limitati ħafna. Matul is-sena bħala klabb ma nsibu l-ebda għajnuna finanzjarja kemm mingħand SportMalta kif ukoll mingħand il-Kumitat Olimpiku Malti. Il-fondi tal-klabb jiġu miġbura privatament mingħand il- plejers u sponsors, u jiġu użati għal diversi spejjeż operattivi, fosthom il-ħlas tal-courts, uniformijiet u apparat. Il- fondi huma limitati ħafna u bħala klabb dejjem inkunu fi tfittxija għal sponsors sabiex jgħinuna nkabbru l-livell tan-netball kemm bħala tim u saħansitra l-livell Malti. Hija xewqa tagħna li jkollna l-oppurtunità li nsiefru u nesperjenzaw taħriġ barra minn xtutna bħall- Awstralja u l-Ingilterra, però sfortunatament minħabba l-limitu ta' fondi, din ix-xewqa għadha ma nkisbitx. L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromovu biżżejjed dan l-isport? L-edukazjoni fil-qasam tan-netball fl-iskejjel Maltin hija waħda stabilita. Jien kont esposta l-ewwel darba għal- logħba tan-netball fi żmien l-iskola, u kieku mhux għat- taħriġ fiżiku tal-iskola jien ma kienx ikolli l-opportunità u l-ħajra li nibda nipparteċipa f 'dan l-isport. Illum il-ġurnata nemmen li din l-edukazzjoni kompliet tikber u n-netball ġewwa l-iskejjel qiegħed jingħata l-istess importanza daqs sport ieħor, imbagħad huwa f 'idejn l-istudent jekk jagħżilx li jingħaqad ma' klabb jew le. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ, hemm interess f 'dan l-isport? Iva. Insibu bosta interess miż-żgħażagħ. Saħansitra, minħabba l-volum ta' plejers ġodda twaqqaf il-klabb u t-tieni tim fejn il-maġġoranza tal-plejers ma kellhomx esperjenza tal-logħba tan- netball. Hemm interess mill-pubbliku sportiv Malti lejn dan l-isport? Iva, bħala tim niltaqgħu ma' bosta interess mill- pubbliku sportiv, speċjalment mingħand timijiet ta' sport ieħor. Kemm-il darba norganizzaw logħob ta' ħbiberija ma' timijiet tal- futbol (kemm tan-nisa u tal-irġiel), tal-waterpolo u tal-futsal li jesprimu interess fil-logħba tan- netball. L-interess mill-pubbliku sportiv huwa viżibbli wkoll min-numru ta' partitarji li jiġu jaraw logħob kompetittiv, li fosthom jinstabu dawk l-individwi li għall-bidu ma kinux jirrikonuxxu l-logħba tan-netball. Għandek xi idoli kemm fil-ħajja in ġenerali kif ukoll fil-kamp sportiv forsi relatati man-netball. Insegwi u nammira bosta individwi, però persuni speċifiċi m'għandix. Dan għaliex niffoka sabiex nestratta l-kwalitajiet u nibni l-idolu immaġinattiv tiegħi. Dan il-motiv napplikah kemm fil-ħajja ġenerali kif ukoll fil-kamp sportiv. Mill- aspett sportiv, inħobb inswegi logħob internazzjonali u nammira il-livell għoli ta' plejers, fosthom jinkludu New Zealand. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in-netball. Il-messaġġ tiegħi huwa li jekk għandhom il-ħajra jew għaddielhom il-ħsieb li jitħarrġu n-netball jaqbdu u jirreġistraw ma' xi klabb. Hemm diversi klabbs Maltin minn fejn tagħżel u dawn huma viżibbli fuq facebook. Il-logħba tan-netball hija logħba sabiħa fejn tirrigwarda ħafna stamina, aġilità u ħsieb mentali. Il-fatt li hija logħba ta' tim ikompli jagħmilha isbaħ fejn numru ta' plejers jiġġieldu għall-istess għan. illum Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 'In-netball hija logħba sabiħa mimlija stamina, aġilità u ħsieb mentali' - Raina Pace Il-kampjonant tan-netball Il-kampjonant tan-netball Il-kampjonant jikkonsisti minn żewġ sfortunatament in- netball vera ma jingħatax importanza. Awstralja u l-Ingilterra, però tal-irġiel), tal-waterpolo u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019