Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

NHAR it-Tlieta li ġej, fir- Rabat se tkun iċċelebrata waħda mill-eqdem festi f 'Malta, dik ta' San Ġużepp li fost il-karatteristiċi li jiddistingwuha hemm il-fatt li din tiġi organizzata kollha kemm hi minn fratellanza. Din il-gazzetta tkellmet mar-Rettur ta' din l-ewwel Arċikonfraternità ddedikata lil San Ġużepp f 'pajjiżna, Anthony Casha li spjega kif anke jekk dokumenti juru li din il-fratellanza kienet attiva ħafna fis-seklu 16, skont l-istoriċi taf tmur lura anke sal-1245. Casha spjega kif fratellanza hija għaqda reliġjuża li l-iskop tagħha huwa kemm reliġjuż u anke soċjali. Fil-fatt, kompla jispjega r-Rettur, il-fratelli fi ħdan din l- Arċikonfraternità, apparti l-organizzazzjoni tal-festa u l-Ġimgħa l-Kbira, kienu jieħdu ħsieb id-dfin u anke jakkumpanjaw il-Vjatku, jiġifieri dik il-purċissjoni li kienet issir bis- Sagrament lejn id-dar ta' xi moribond. Apparti minn hekk, il-fratelli kienu jqassmu l-ħobż lill- foqra, jieħdu ħsieb ir-romol u lill-morda u jorganizzaw il-funerali ta' persuni fqar li ma jkunux jistgħu jħallsu l-funeral filwaqt li jorganizzaw ukoll quddies b'suffraġju għal ruħhom. Mistoqsi kif kien intgħażel San Ġużepp bħala Patrun, Casha spjega kif għall-bidu, il-membri ta' din l-Arċikonfraternità kienu jkunu kollha mastrudaxxi u għalhekk minn dejjem għażlu lil San Ġużepp magħruf fl- Iskrittura bħala l-mastrudaxxa ta' Nażaret. "Tinsiex li dak iż-żmien, il-fratellanzi kienu qishom it-trade unions," qalilna Casha. Għalkemm ħafna jaħsbu li llum din l-Arċikonfraternità torganizza l-festa ta' San Ġużepp u l-Ġimgħa l-Kbira u daqshekk, Casha tkellem magħna dwar il-fatt li din hija waħda mill-ftit fratellanzi li għadha attiva f 'Malta u minn żmien għal żmien għadha wkoll tiġbor fondi għal għanijiet filantropiċi. Ir-rabta bejn l-Arċikonfraternità u l-knisja ta' Ġieżu Qlibna d-diskors biex nitkellmu dwar ir- rabta li hemm bejn din l-Arċikonfraternità u l-knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, magħrufa mar-Rabtin bħala Ta' Ġieżu. Ta' min wieħed jinnota l-fatt li din il-Knisja, anke jekk fiha tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Ġużepp, hija ddedikata liż- Żjara tal-Madonna lil Santa Eliżabetta. Madanakollu, kompla jispjega r-Rettur, l-Arċikonfraternità minn dejjem iċċelebrat il-festa tagħha f 'din il-knisja. Fil-fatt, spjegalna Casha, anke jekk l-Arċikonfraternità kienet ilha attiva fir-Rabat u l-Imdina qabel il-bini ta' din il-knisja fl-1500, dokumenti li jmorru lura għal dik is-sena juru kif din il-fratellanza minn dejjem kienet responsabbli mill-artal iddedikat lil San Ġużepp u li bħal-lum għadu jinsab fuq il-lemin tal-artal maġġur. Mhux magħruf fejn din l-Arċikonfraternità kellha s-sede tagħha qabel il-bini ta' din il-knisja, għalkemm fl-arkivji hemm imniżżel ċar u tond li fl-1655, il-fratelli kienu talbu lill-Patrijiet Franġiskani biex jagħtuhom biċċa mill- ġnien tagħhom biex jibnu oratorju. Illum, dan l-oratorju anness mal-knisja, huwa magħruf bħala s-Santwarju ta' San Ġużepp. Iżda kemm ilha tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Ġużepp? Komplejna nitkellmu dwar il-festa ta' San Ġużepp, bir- Rettur jispjegalna kif din il-festa ilha tiġi ċċelebrata f 'Malta għal mijiet kbar ta' snin. Fil-fatt, fis-16 ta' Ġunju tal- 1508, il-Kapitlu tal-Katidral u l-Ġurati tal-Università (il-Gvern ta' dak iż-żmien) kienu ffirmaw dikjarazzjoni li permezz tagħha ddikjaraw li l-festa ta' San Ġużepp "għal dejjem u għaż-żminijet kollha," tkun iċċelebrata bħala festa kmandata u bħala festa pubblika. Għalhekk dan ifisser, kompla jispjega r-Rettur, li d-devozzjoni lejn San Ġużepp kienet diġà mifruxa ħafna u dan jagħmel il-festa ta' San Ġużepp bħala waħda mill- eqdem festi f 'pajjiżna. Mis-sena ta' wara, jiġifieri fl-1509, din il-fratellanza bdiet tiċċelebra aktar b'mod solenni din il-festa, fejn ta' kull sena, nhar il-festa ta' San Ġużepp filgħodu, il- Kapitlu tal-Katidral beda jmur proċessjonalment, akkumpanjat mill-fratelli u l-Patrijiet Franġiskani mill- Katidral tal-Imdina għall- Knisja ta' Ġieżu biex jiċċelebra l-quddiesa solenni tal-festa. Fil-fatt, din hija tradizzjoni li għadha ħajja sal-lum il- ġurnata. Matul is-seklu 16, il-festa kienet tikkonsisti bħall-bqija tal-festi li kienet tiċċelebra l-Knisja, f 'ċelebrazzjonijiet lejlet u nhar il-festa, fejn lejlet l-festa kienet issir it-Translazzjoni tar-relikwa tal-qaddis u jitkantaw il- Vespri Solenni u l-għada ssir il-Quddiesa Solenni tal-festa. Għalkemm mhux magħruf jekk f 'dawk iż-żminijiet kinitx issir purċissjoni, hu żgur huwa li l-festa baqgħet dejjem tikber, kemm ġewwa u kemm barra biex hekk ħadet il-forma li għandha llum. Għalfejn ir-Rabat tal-Imdina? Interessanti li l-Ġużeppini Rabtin jirreferu għall-festa tagħhom bħala l-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, iżda dan it-titlu mhuwiex marbut biss mal-festa iżda anke mal-fatt li din il-parti antika tar-Rabat kienet tagħmel parti mill-Imdina. Fil-fatt, kompla jispjega r-Rettur, din l-Arċikonfraternità, għad għandha rabta kbira mal- Imdina, tant li tista' tgħid tieħu sehem fil-purċissjonijiet kollha li jorganizza jew jieħu L-Illum titkellem mar-Rettur tal-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp dwar l-istorja antika ta' din il-fratellanza li għadha attiva sal-lum u torganizza mill-bidu sal-aħħar il-festa ta' San Ġużepp r-Rabat tal-Imdina ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 Suppliment II Ir-Rabat tal-Imdina jiċċelebra waħda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019