Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum 'Malta jibżgħu jidħlu f 'unjin mix-xogħol l-kritika, il-qgħad ma żdiedx," irrimarka Bugeja. "Jekk għandna 55,000 barrani li jaħdmu hawn, xi ħadd irid jagħmel ix-xogħol minflokhom. Jiena dejjem ngħidilhom; ma tridux barranin, mhix problema! Imma għamluh intom ix- xogħol!" Huwa stqarr: "jgħajruna imma għalina kull ħaddiem huwa persuna u jiena nagħti l-protezzjoni lil kull min jeħtieġha." 'Sar ftehim kollettiv mal- Pulizija wara ħafna żmien...' Finalment tkellimna wkoll dwar il-korpi dixxiplinati u l-fatt li dawn issieħbu f 'unjins differenti. Imma din għamlet differenza? "Dażgur li għamlet differenza. Sar ftehim kollettiv għall-pulizija wara żmien twil. Sar ftehim għall-uffiċjali tad-detenzjoni u hemm diskussjonijiet dwar l-uffiċjal tal-komunità (wardens)... u l-aħħar tad-dinja li kien hemm min bassar ma seħħx." Huwa temm jgħid li fejn hemm il-unjin m'hemmx abbużi, imma li fejn hemm il-unjins xorta hemm il- flessibilità, qabel imbagħad għamel elenku għall-kumpaniji li kabbru l-operat tagħhom fl-aħħar snin u fejn hemm preżenza ta' unjin fosthom, Playmobil, l-ST, l-SR Technics u diversi lukandi. "Jekk għandna 55,000 bar- rani li jaħdmu hawn, xi ħadd irid jagħmel ix-xogħol"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019