Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm? Bdejt ngħum meta kelli biss erba' snin u sinċerament ma tantx kont nieħu gost fl-ilma. Eventwalment iktar ma bdejt ngħum iktar bdejt insir kunfidenti fl-ilma u bl-għajnuna tal- kowċ tiegħi ta' dak iż-żmien, irnexxieli negħleb il-biżà tal-ilma u bdejt insir inħobb l-għawm iktar. Tiftakar liema kien l-ewwel unur prinċipali li rbaħt? L-ewwel unur prinċipali fejn irbaħt midalja tad-deheb, kien proprju fil-Malta National Swimming Championships fl-2011. Kien għad kelli biss 10 snin u rnexxieli nikser rekord ta' Age Group A fil-50m Freestyle f 'ħin ta' 32.82s. Għadni nħossni kburija sal-ġurnata tal-lum li l-karriera tiegħi fl-għawm kellha proprju l-bidu tagħha ġewwa art twelidi. Kif nafu l-għawm għandu ħafna tipi ta' kompetizzjonijiet illi jiġu organizzati. Liema l-iktar waħda li tħossok komda tipparteċipa fiha? Personalment l-istil tal-għawm favorit tiegħi huwa Freestyle, imbagħad warajh il-Backstroke. Kellimni ftit dwar il-kowċ illi titħarreġ miegħu. Peressli bħalissa noqgħod ġewwa Dubaj, it-taħriġ tal-għawm tiegħi jsir mal-kowċ residenti hemmhekk, Ash Morris. Dan huwa l-Head Coach tal-klabb li jien nifforma parti minnu. Ilni nitħarreġ ma' Ash għal dawn l-aħħar disa' snin u huwa tista' tgħid il-bniedem illi s'issa fdajt fih il-karriera tiegħi tal-għawm b'riżultati sodisfaċenti ħafna. Kellimni dwar l-aħħar suċċess li ksibt barra minn Malta. Minn dejjem ħassejtni kburija nirrapreżenta lil Malta fid-diversi kompetizzjonijiet internazzjonali. Pereżempju, ħadt sehem fil-European Junior Swimming Championships 2016, 2017, 2018, kif ukoll fil- Junior Commonwealth Games ġewwa l-Bahamas. Ipparteċipajt ukoll fil-European Senior Short Course Swimming Championships 2017, li saru ġewwa Copenhagen fid-Danimarka kif ukoll fil-World Senior Short Course Swimming Championships 2018, li saru ġewwa Hangzhou, fiċ-Ċina. F'dawn il- kompetizzjonijiet li semmejt, ksirt diversi rekords kemm f 'kategoriji ta' "Age Group" kif ukoll rekords Nazzjonali. F'Lulju 2018, ħadt sehem fl-Irish Long Course National Swimming Championships fejn irnexxieli nagħmel ħin tajjeb u nikseb it-tielet post fil-kategorija "Open" tal- 50m Freestyle, fejn hemmhekk tellaqt mal-aqwa għawwiema li hemm ġewwa l-Irlanda. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju u l-għawm? L-isfida prinċipali hija li wieħed isib bilanċ bejn l-istudju u l-għawm. Personalment, jiena nħoss illi mingħajr l-għawm insibha diffiċli ħafna biex inkun nista' niffoka u nikkonċentra fuq l-istudju. Preżentement, ninsab fl-aħħar sena ta' studju tal-International Baccalaureate Diploma, li huwa kors intensiv ħafna. Madankollu, bl-għajnuna kostanti tal-kowċ tiegħi, kif ukoll tal-iskola fejn nattendi, jien nista' nsib dan il-bilanċ meħtieġ. Is-sena skolastika li jmiss, se nattendi Università fl-Amerika, eżattament UCSD (University of California San Diego) fejn hemmhekk proprju jagħtu importanza qawwija lil dan l-aspett ta' bilanċ bejn l-istudju u l-għawm. Din kienet waħda mir- raġunijiet prinċipali għalfejn għażilt din l-Università. Taħseb li fil-futur jista' jkun hawn għawwiema li jkunu professjonali u jaqilgħu x'jieklu bl-isport illi jipprattikaw? Fil-fehma tiegħi, l-interess fl- għawm ġewwa Malta qiegħed dejjem jikber u sinċerament inħoss li l-futur jidher promettenti ħafna. Ċertament li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Għawm (ASA) qed tagħmel dak kollu possibbli biex għawwiema jkunu jistgħu jipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet internazzjonali ta' ċertu livell. Dan qed narah isir ukoll fuq livell ta' klabbs, bħal pereżempju l-klabb Malti tiegħi Sirens Swimming. Għalkemm, fl-opinjoni tiegħi, fadal ħafna xi jsir, però, minn dan l-aspett, naħseb li mexjin fit-triq it-tajba. Problema illi nara Malta hija l-fatt illi intom tikkompetu kontra l-istess għawwiema u għalhekk meta tipparteċipa f 'kompetizzjoni internazzjonali forsi r-realtà hija waħda differenti. Kemm hu importanti illi jsiru dawn it- trainingcamps bħalma tmur int? Huwa importanti ħafna li bħala għawwiema nipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll nattendu għal training camps sabiex niksbu dik l-esperjenza tant meħtieġa biex naffaċjaw għawwiema ta' dan il-kalibru. Huwa importanti wkoll li wieħed jieħu t-taħriġ tal-għawm bl-ikbar serjetà u dejjem jagħti l-100%. Kemm hu importanti illi għawwiema tkun preparata wkoll psikoloġikament għal xi tellieqa? Huwa estremament importanti, għax l-ghawm huwa sport li jirrikjedi preparament psikoloġiku kbir. L-għawm jinvolvi ħafna taħriġ iebes, għalhekk huwa importanti illi l-għawwiema jkunu mentalment ippreparati biex jaffaċjaw il-pressjoni li, xi ftit jew wisq, iġibu magħhom kemm it-taħriġ, kif ukoll ċerti kompetizzjonijiet. Jien personalment, meta jkolli kompetizzjoni, fost affarijiet oħra, il-lejl ta' qabel nipprova nivviżwalizza f 'moħħi kull tellieqa li nkun se nagħmel biex b'hekk inkun naf eżattament x'għandi nagħmel waqt it-tellieqa proprja. Kemm issibu għajnuna mill-ASA bħala għawwiema? Nista' ngħid li nsib ħafna għajnuna u appoġġ mill-ASA u iktar ma jgħaddi ż-żmien dan l-appoġġ qiegħed dejjem jikber. Tawni ħafna opportunitajiet biex nirrappreżenta lil Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali u training camps, u dejjem sibt l-għajnuna meħtiega 'L-għawm jgħinni nkun l-aqwa li nista' nkun Cristian Antony Muscat Francesca Falzon Young - fost l-aqwa għawwiema li pproduċa l-isport tal-għawm f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Tgħix, tistudja u titħarreġ l-għawm f 'Dubaj bil-mira prinċipali tagħha għall-futur tkun dik li tirrapreżenta lil Malta l-Logħob Olimpiku. Tgħum mat-Tim Nazzjonali Malti tal-Għawm, Hamilton Aquatics Dubai u Sirens Swimming Malta. Il-ħolma prinċipali tiegħi hija li nirrappreżenta lil Malta l-Logħob Olimpiku. Dan ikun denittivament ta' unur kbir għalija u se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex din il-ħolma ssir realtà. " " Trid tkun determinat u lest li tissagrika ċerti aarijiet minħabba l-għawm, però -aħħar mill-aħħar huwa sport li jagħtik sodisfazzjon kbir speċjalment meta tibda tilħaq il-miri kollha tiegħek. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019