Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Espert fl-avjazzjoni jgħid li l-projbizzjoni ta' din il-ġimgħa hija bla preċedent ....tkompli minn paġna 1 MHUX kulħadd fl- industrija tal-avjazzjoni jaqbel ma' dan il-pass jew mal-mod kif ittieħed, speċjalment għaliex għadu mhux ċar x'ġara f 'dan l-aħħar każ u allura iktar u iktar għad m'hemm ebda konnessjoni b'saħħitha biżżejjed bejn l-inċident f 'Jakarta u dak t'issa fl- Etjopja. "Hemm min qed jgħid li deher xi duħħan. Kieku huwa hekk, ikun ifisser li hemm differenza bejn l-inċident ta' qabel u dak t'issa." "Hemm tipi ta' ajruplani li kellhom iktar imwiet minn dan," jinsisti qabel ifakkar kif darba l-ajruplan tat-tip 787 kellu problema wkoll minħabba batterija u kien ordnat biss biex ma jtirx sakemm tinbidel il- batterija." Imma mhux aħjar prekawzzjoni, anke jekk estrema? Is-sors fil- qasam tal-avjazzjoni jaqbel li għandna nieħdu prekawzjoni għalkemm ifakkar illi wieħed jeħtieġ iqis ukoll li deċiżjoni bħal din li se taffetwa madwar 400 ajruplan u allura mijiet ta' impjiegi wkoll. Fil-fatt nhar it-Tlieta, l-Amministrazzjoni għall- Avjazzjoni Federali (FAA) sostniet illi minkejja rapporti illi hemm similaritajiet bejn iż-żewġ inċidenti, "l-investigazzjoni għadha tibda u sa issa għad m'għandniex informazzjoni biex naslu għal xi forma ta' konklużjoni." L-Aġenzija fakkret, anke fid-dawl ta' biża' minn ħafna passiġġieri, illi minn mindu seħħ l-inċident ta' Jakarta, ippubblikat Direttiva ta' Emerġenza dwar l-"Airworthiness" tal-ajruplani inkwistjoni, ivvaliditat manutenzjoni u tibdiliet li saru fuq dan it-tip ta' ajruplan, wettqet diversi sessjonijiet ta' simulazzjoni biex ikunu vverifikati l-operazzjonijiet proċedurali, fost oħrajn. Minkejja dan, il-European Union for Aviation Safety Agency (EASA) saħqet illi minkejja li l-investigazzjonijiet għadhom fi stat bikri, ma jistax ikun eskluż li l-kawżi bejn l-inċident ta' Ottubru u ta' issa huma l-istess. L-Aġenzija qalet illi dan l-avviż huwa temporanju u aktar azzjoni hija mistennija tittieħed fiż- żmien li ġej. Wara diversi pajjiżi, anke l-Istati Uniti għalqet l-ispazju tal-ajru għal dan it-tip ta' ajruplani. Is-sors li tkellem ma' din il-gazzetta sostna illi din hija l-ewwel darba li qatt kien hemm ordni ta' dawn it-tip fuq ta' ajruplani. Fil-fatt b'kollox hawn 387 ajruplan ta' dan it- tip madwar id-dinja u 74 ajruplan irreġistrati fl-Istati Uniti. Liema linji tal-ajru għandhom Boeing 737 MAX? 9 Air, Aerolineas Argentinas, Aeromexico, Air Canada, Air China, Air Fiji, AIR ITALY S.P.A., American Airlines, Arkefly, Britannia Airways AB, Cayman Airways, China Eastern Airlines, China Southern Airlines, Comair, COPA Airlines, Corendon Airlines, Eastar Jet, Enter Air Sp. Z O.O., Ethiopian Airlines, Fertitta Enterprises, Inc., flydubai, Fuzhou Airlines Co., Ltd, Garuda Indonesia, Gol Linhas Aereas S.A., Hainan Airlines, Icelandair, Jet Airways, Jet Aviation Business Jets, JSC Aircompany SCAT, Kunming Airlines, Lion Air, Globus Airlines, LOT Polish Airlines, Lucky Air, Mauritania Airlines, Mongolian Airlines MIAT, Norwegian Air International Lt, Norwegian Air Norway, Norwegian Air Shuttle AS, Norwegian Air Sweden, Okay Airways Company Limited, Oman Air, Qatar Airways, Royal Air Maroc, Shandong Airlines, Shanghai Airlines, Shenzhen Airlines, SilkAir, Smartwings, Southwest Airlines, SpiceJet, Sunwing Airlines Inc., Thai Lion, TUI Airlines Belgium, TUI Airways, Turkish Airlines (THY), United Airlines, WestJet, Xiamen Airlines ISSEGRETARJU Parlamentari għar- Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli indirizzat il-konferenza Freedom is not negotiable organizzata mill-Cross Culture International Foundation. It-tema magħżula għal din il-konferenza kienet it- traffikar uman u għaliha attendew il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, persuni mill-qasam tal-volontarjat Maltin u barranin u studenti tal- primarja flimkien mal- ġenituri tagħhom. Fl-indirizz tagħha fil-bidu tal-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli tkellmet dwar il-koperazzjoni meħtieġa bejn l-awtoritajiet u s-soċjetà ċivili fejn jidħlu l-vittmi ta' traffikar uman. Semmiet kif ix-xogħol li jagħmlu l-għaqdiet volontarji jpoġġihom qrib ta' persuni vulnerabbli li jkunu f 'riskju li jiġu traffikati. "Il-Gvern jikkunsidra s-soċjetà ċivili bħala sieħeb u mhux bħala kompetitur fil-ġlieda kontra t-traffikar uman. Għandna oġġettiv komuni; il-prevenzjoni ta' dan ir-reat li jmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem", qalet Farrugia Portelli. Fakkret li l-prevenzjoni hija l-aktar strument effettiv biex il- Gvern iżomm mal-impenn tiegħu li jagħti l-aqwa protezzjoni lil persuni vulnerabbli. Is-Segretarjat Parlamentari għar- Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi qed jaħdem ma' diversi oqsma, mis- soċjetà ċivili u sas-settur privat, sabiex pajjiżna jaħdem bis-serjetà dwar il-prevenzjoni ta' din il-problema. Fid-dawl ta' dan, is- Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli elenkat il-progress li sar fil-ħidma tal- Gvern bħala parti mir-riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni. Semmiet l-għajnuna li ser tingħata lil organizzazzjoni indipendenti mill-Gvern sabiex jassistu vittmi li juru r-rieda li joħorġu mill-prostituzzjoni. Fl-istess waqt, jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq kampanja edukattiva fuq bażi nazzjonali dwar it-traffikar uman. Din ser takkumpanja proċess ta' konsultazzjoni pubblika maħsub li jwassal għall-ħolqien ta' strateġija nazzjonali kontra t-traffikar uman. Farrugia Portelli tgħid illi x-xogħol fuq kampanja kontra t-traffikar uman tinsab 'fi stadju avvanzat' Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019