Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

Sports 24 illum Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 'Qed noħolqu tim ġdid sabiex inkomplu niktbu l-istorja tal-Judo' - Envic Galea minn Cristian Antony Muscat ENVIC Galea -president tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo u persuna rispettata immens u bi rwoli importanti wkoll fil-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif rajtu jevolvi l-isport tal-judo f 'dawn l-aħħar snin? Rajt dan l-isport jevolvi ferm f 'dawn l-aħħar snin. L-ewwel nett is-sena d-dieħla 2019 ser tkun waħda speċjali għalina minħabba li bħala Malta Judo Federation ser nagħlqu l-50 anniversarju tagħna. Fil-fatt din il- federazzjoni ġiet stabbilita fl-1969 u minn dak iż- żmien 'l hawn ġraw ħafna affarijiet. Din is-sena nqisha bħala waħda fejn kellna ħafna affarijiet pożittivi speċjalment bil-bini ta' post ġdid. Qed noħolqu tim ġdid sabiex inkomplu niktbu l-istorja tal-judo. Din ser tkun fażi fejn ser inkomplu ngħollu l-livell tagħna. Wara kollox meta tikkompeti kontra pajjiżi kbar trid tkun ippreparat. Tajjeb li ngħidu li l-federazzjoni internazzjonali tal-judo tħaddan fiha 200 membru u Malta huwa waħda minnhom. Aħna bħala gżira mhux daqshekk faċli li naqbdu u nsiefru għax l-ispejjeż huma kbar sabiex tikkompeti. Trid tqis li pajjiżi oħra daqsna bħal Monaco, Liechtenstein u Lussemburgu qegħdin fil- qalba tal-Ewropa u kulma jrid jagħmlu dawn huma li jaqbdu karozza fi tmiem il- ġimgħa u jmorru f 'pajjiżi differenti jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet li jiġu organizzati minn żmien għal żmien. Huwa għalhekk li aħna qed nirranġaw il-post li għandna ħalli jiġu l-barranin huma u tkun okkażjoni sabiex il- judokas Maltin jikkompetu magħhom. B'xorti tajba ġejna mogħtija fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex inwettqu wħud mill-affarijiet li nixtiequ li jseħħu. Qed nużaw il-prinċipju primarju tal-judo li hu dan: "Judoisnotonly a sport but also a way of life – Il-judo mhux biss huwa sport iżda anke stil ta' ħajja." X'inizjattivi qegħdin torganizzaw bħala federazzjoni? Apparti t-taħriġ, il- kompetizzjonijiet u l-laqgħat li nagħmlu norganizzaw diversi seminars li jkollhom temi partikolari bħal "Judo for Peace" u "Judo against Bullying." Kellna wieħed minnhom fejn 14-il pajjiż kienu mistiedna għalih u qattajna għaxart ijiem niddiskutu temi varji. Il-padiljun li qed naħdmu fuqu ser ikun qed jesa' żewġ tapiti. Mexjin lejn direzzjoni ċara sabiex intejbu l-livell tal-judokas Maltin. Qegħdin naħdmu sabiex inġibukowċ barrani possibbilment Taljan. Ser inkunu qed niltaqgħu miegħu sabiex naraw kif għandna nippreparaw l-atleti tagħna mill-aħjar li nistgħu. Semmejt l-atleti. X'kienu s-suċċessi li nkisbu f 'dawn l-aħħar xhur? M'hemmx dubju li l-aktar judoka li laqat l-għajn kien Isaac Bezzina li ħa sehem fil-logħob tal- Commonwealth fl-Indja u rebaħ il-midalja tal-fidda. Kienet ħasra li judoka ieħor Jeremy Saywell ma setax jitla' għal dawn il-logħob minħabba li kellu l-mara li kienet qed tistenna tarbija. Però meta qed issemmi l-logħob tal-Commonwealth, qed tirreferi għat-tieni l-ikbar avveniment wara l-logħob Olimpiku minħabba l-organizazzjoni kbira li jkun hemm. Aħna niftakru ż-żmien meta Laurie Pace kienet rebħet il-midalja tal-bronż fil-logħob li kien sar f 'Aukland fi New Zealand. Issa ser jerġa' jkun hemm edizzjoni oħra ta' dan il-logħob f 'Birmingham għas-sena 2022 u ser inkunu qed nikkompetu ma' pajjżi bħall-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda. Meta int tkun qed tikkompeti kontra dak il-livell ta' judokas, trid tkun imħejji bl-aħjar mod. Bi pjaċir ngħid li hawn xi żgħażagħ oħra li qed jagħmlu l-ewwel passi tagħhom fil- judo u nista' ngħid li diġà għandhom talent kbir u li jidhru li ser jippromettu. Xi jridu jagħmlu dawk li jridu jipprattikaw il-judo? Bħalissa hawn seba' klabbs lokali fejn wieħed jista' jitħarreġ f 'dan l-isport. Hemm ukoll is-sit tal- internet maltajudo. com fejn hemmhekk ukoll għandek issib l-informazzjoni meħtieġa fuq x'għandek tagħmel. Aħna nibdewlhom l-ewwel passi tagħhom fil-judo u mbagħad jekk insibuhom tajbin, insejħulhom sabiex nidħlu fil-grupp tat-tim nazzjonali. Hemmhekk huma jipparteċipaw ma' kowċis apposta sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom. Din is-sistema qed taħdem sew għax qed ikollna konkorrenza tajba u l-livell qed jiżdied. Għandna wkoll lil Dr Joseph Castillo li qed idur l-iskejjel u jara jsibx xi talenti ġodda. Matul skolasajf li għaddiet, kellna sessjoni fl-iskola ta' Pembroke fejn saħansitra tajna wirjiet lil madwar 1,500 student. Importanti li bniedem jibda jipprattika dan l-isport fl-eta' ta' ħames snin u mbagħad nibdew nintegraw l-element kompetittiv fl-etajiet ta' bejn it-13 u l-14-il sena. Għall-bidu jieħdu gost b'dan l-isport il-ġdid u biż- żmien jkunu jistgħu jtejbu t-teknika tagħhom. minn Cristian Antony Muscat minn Cristian Antony Muscat ippreparat. ieħor Jeremy Saywell Hemm ukoll is-sit tal- Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019