Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Aquarius ser jagħtik spinta fl-imħabba fejn is-sitwazzjoni trid tkun waħda aktar ċara minn dik li sa issa kienet. Waqt il-ħajja tax-xogħol tiegħek hemm imħejjija bidla. Bidla li jista' jkun li tfisser aktar responsabbilità. Dan għalik huwa staġun ta' soluzzjonijiet. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera u aktar attenzjoni dwar saħħtek. Waqt li fil-karriera int ħa tkompli tavvanza, trid tagħraf timxi imma ma tridx tafda wisq. Dwar saħħtek wasal iż-żmien għal dieta bilanċjata u xi ftit aktar eżerċizzju. Dan għalik huwa staġun ta' aktar osservazzjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 21 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Aries ser ikun ifisser pjanijiet u titjieb tal-finanzi. Dwar il-kunċett ta' pjanijiet dawn ser jinqasmu fuq forma ta' skeda l int tkun kapaċi tmexxi u tikkontrolla, inkella jaf ikollok falliment totali. Mill-att finanzjarju ser ikollok titjib jekk tagħraf taħdem bil-għaqal. Dan hu l-istaġun tal-ippjanar għalik. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: abjad u griż L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 20 u 22 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Taurus ser ikun ifisser tibdil u titjib. Diversi tibdil fil-ħajja ta' madwarek mill-istil tal-ilbies u anke fil-mod ta' kif taħseb dwar ċerti sitwazzjonijiet. Ħa tara wkoll jekk ittejjibx xi problemi li għadhom ikaxkru miegħek. Għalhekk għalik dan huwa l-istaġun ta' aktar serħan. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: kannella u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Gemini ser ikun ifisser impenn u tkabbir. Għalik aktar impenn f 'dak li ġej fejn ser tkun attiv immens f 'dak li tagħmel. Mill-banda l-oħra t-tkabbir fil-karriera li tħaddan ħa jieħu xejra totalment differenti, b'opportunitajiet ġodda għal ħajtek. Dan għalik huwa l-istaġun tad-direzzjonijiet. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Cancer ser ikun ifisser ħsibijiet u tibdil hekk li int ħa tirrifletti dwar l-imħabba ta' madwarek u kif tista' ttejjeb dan. It-tibdil jista' jarak tiċċaqlaq minn dar għal dar, fejn int tkun aktar komda u inqas pressata. Għalhekk dan l-istaġun ser jgħinek tkun aktar stabbli. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 22 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Leo ser ikun ifisser stabbiltà u saħħa. Aktar stabbiltà fit-tkabbir tal-karriera tiegħek fejn riesaq iż-żmien tal- opportunitajiet għalik. Fir-rigward tas-saħħa, minn i s s a trid tara kif se ssib ħin għar-rilassament u għall-eżerċizzju. Għalhekk dan l-istaġun ser ikun ta' riflessjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries Leo huma magħrufin bħala persuni umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Virgo ser ikun ifisser responsabbilità u aktar impenn. Int ser tagħraf tkun responsabbli minn dak li tagħeml imma l-aktar fuq dak li ġej fejn ħa turi kemm int vera responsabbli u se tkattar aktar l-impenn tiegħek milli wettaqt s'issa. Għalhekk dan huwa staġun ta' tħejjija profonda. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: griż u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 21 u 22 L-istilla l-aktar li ser tħoss ta' kumpanija ġejja minn Sagittarius Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Libra ser ikun ifisser impenn fil-karriera u aktar bilanċ. Għalhekk ser tara spinta kemm biex ittejjeb il-karriera tiegħek u kemm sabiex twessa' aktar dak li għandek fil- karriera u minħabba dan int issa trid tagħraf iżżomm aktar il-bilanċ. Għalhekk dan huwa l-istaġun ta' maturità. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: aħdar u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 22 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Scorpio ser ikun ifisser impenn ta' preparazzjoni u aktar għaqda. Issa ħa tara spinta ta' aktar tħejjija u preparazzjoni f 'dak li għandek riesaq lejk sabiex hekk tkun tista' ttejjeb dan u ser ikun żmien ta' iżjed għaqda. Għalkemm agħraf sew dan. Għalhekk dan huwa staġun ta' aktar ħsieb pożittiv. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: isfar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 21 u 22 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Sagittarius ser ikun ifisser impenn fl-imħabba u fil-ħsieb. Fl-imħabba fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, il-perjodu ta' tensjoni ser ibatti però dan ser jagħmlek taħseb aktar dwar kif se tħares 'il quddiem. Għalhekk dan huwa staġun ta' ħsieb profond. Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-istaġun il-ġdid tar-rebbiegħa, għal Capricorn ser ikun ifisser aktar impenn dwarek. Dan ser jagħtik ċans ta' dawra sħiħa madwarek kemm mill-att kif tibda tippreċenta ruħek ma' ta' madwarek, kemm ix-xogħol mal-kollegi u anke f 'sitwazzjonijiet resqin lejk li jafu jkunu ta' aktar impenn. Għalhekk dan huwa l-istaġun ta' bidla kompluta. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 22 u 23 L-istilla li għandek tevita fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju għall-istaġun tar-rebbiegħa L-oroskopju mill-Ħadd 17 ta' Marzu sas-Sibt 23 ta' Marzu kopju għall-istaġun tar-rebbiegħa PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon. www.pauljon13.com Dan l-oroskopju huwa mwassal għalik fi l-bidu ta' din ir-rebbiegħa Dan huwa staġun li joffri ħafna prospetti mill-aktar pożittivi. Tajjeb li tkun taf li l-istaġun tar-rebbiegħa jibda eżatt mal-kalendarju żodijaku. Dan l-oroskopju jibda mill-21 ta' Marzu taħt iż-żodijaku ta' Aries u hekk jibda wkoll l-istaġun tar-rebbiegħa. Din twassal għal ħafna aspetti importanti u fi l-fatt din is-sena, il-21 ta' Marzu għandek tripletta. Għandek il-bidu taż-żodijaku ta' Aries. Għandek il-bidu tar-rebbiegħa u għandek il-qamar kwinta din l-aħħar li ġrat kienet fi s-sena 2000. Dan jawgura tajjeb għal bosta żodijaki fosthom: Aries, Gemini, Cancer, Libra, Scorpio, Aquarius u Pisces. Dawn ser ikollhom bidliet interessanti. Waqt li Taurus, Leo, Virgo, Sagittarius u Capricorn ser ikollhom effett ta' aktar bilanċ madwarhom, minbarra deċiżjonijiet ibsin. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pauljon13.com jew ibgħat messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook PaulJon13. L-ewwel ktieb dwar l-oroskopju Irreserva kopja ta' dan il-ktieb għall-bejgħ mill-bidu taż-żodijaku. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 99013600 / 79495804 Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019