Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351
sehem fihom il-Kapitlu tal- Katidral, fosthom f 'Korpus, fl- Imnarja u anke f 'San Girgor. Rabta oħra interessanti li teżisti bejn il-Katidral tal- Imdina u din il-festa hija tradizzjoni li għadha ħajja sal-lum, fejn il-Predikatur li jagħmel il-Prietki tal-Avvent fil-Katidral, ikun l-istess wieħed li jinseġ il-paniġierku ta' San Ġużepp, l-istess kif jinseġ il-paniġierku fil-festa ta' Sant'Agata u anke fil-festa ta' San Benedittu. San Ġużepp 'ix-Xiħ' mill- pruwa tal-bastiment sal- inkurunazzjoni Interessanti wkoll li apparti li din l-Arċikonfraternità hija proprjetarja tal-armar kollu li jintrama fil-knisja ta' Ġieżu fil-ġranet tal-festa u anke tal-armar fit-toroq Rabtin, għandha wkoll ta' żewġ statwi importanti għall-Ġużeppini Rabtin. Malli tidħol fis-Santwarju, tilmaħ fl-għoli fuq l-artal statwa antika ħafna ta' San Ġużepp, magħruf bħala San Ġużepp ix-Xiħ. Ir-Rettur spjegalna li din l-istatwa tal-injam, skont studjużi, x'aktarx li kienet tagħmel parti minn numru ta' figuri oħra tal-injam li kienu jiddekoraw il-pruwa tal-Gran Carracca Sant'Anna (bastiment tal-qawwa navali tal-Ordni ta' San Ġwann). Skont it-tradizzjoni, kien il-Gran Mastru Fra Philippe Villiers de L'Isle Adam, li ismu huwa marbut mal- Knisja ta' Ġieżu, li kien irregala din l-istatwa lill- Arċikonfraternità, anke jekk mhux magħruf kinitx minn dejjem tirrappreżenta lil San Ġużepp. Ir-Rettur spjegalna kif it- titlu ta' "San Ġużepp ix-Xiħ" ġej mill-fatt li l-istatwa hija meqjusa bħala l-eqdem statwa ta' San Ġużepp f 'Malta u anke għax San Ġużepp huwa rrafigurat bħala raġel xiħ bil- qargħa u b'daqna folta bajda. Din l-istatwa hija magħrufa għad-devozzjoni kbira li tgawdi, tant li fi kliem ir- Rettur, il-Maltin dejjem irrikorrew lejn San Ġużepp permezz ta' din ix-xbieha tiegħu. Fil-fatt, din kienet tinħareġ f 'pellegrinaġġi nazzjonali kull meta kien jinħass il-bżonn ta' xi grazzja biex Malta tinħeles minn xi fraġell, għall- bżonnijiet tax-xita, u anke bħala ringrazzjament wara li l-Maltin ikunu nħelsu minn mard bħall-pesta u l-kolera jew anke minn xi terremot. Din id-devozzjoni waslet biex din l-istatwa ġiet inkurunata b'digriet maħruġ mill-Papa Piju XII nhar is-27 ta' Lulju 1956. L-inkurunazzjoni seħħet nhar l-1 ta' Mejju 1963 fuq il-Fosos tal-Furjana u din għamlitha waħda mill-ftit statwi ta' San Ġużepp fid-dinja li huma inkurunati. L-istatwa proċessjonali: il-mimmi ta' għajnejn il- Ġużeppini Bla dubju ta' xejn, l-istatwa proċessjonali ta' San Ġużepp tibqa' wisq għal qalb il- Ġużeppini Rabtin u ta' kull sena jistennew il-mument li din tinħareġ fuq l-ispalla madwar ir-Rabat. Anthony Casha spjegalna kif din l-istatwa kienet ġiet irregalata lill- Arċikonfraternità minn Monsinjur Paolo Pullicino, li mhux biss kien pijunier tal-edukazzjoni f 'Malta, imma kien ukoll Protettur ta' din il-fratellanza. Monsinjur Pullicino kien ħadem din l-istatwa għad-dar tiegħu fil-Belt Valletta għand id-ditta magħrufa "Galard et Fils" ta' Marsilja, li ħadmitha fil-kartapesta u l-ġibs. Huwa kien ħabib tal-iskultur Taljan Luigi Fontana li ddisinjaha u li f 'Malta ħadem ukoll l-istatwa ta' San Filep f 'Ħaż-Żebbuġ. Ir-Rettur kompla jispjega kif ftit jiem qabel miet f 'Marzu tal-1890, Monsinjur Pullicino kien irregalaha lill-Arċikonfraternità, biex tinħareġ fil-purċissjoni nhar id-19 ta' Marzu. Huwa miet disat ijiem wara li kiteb l-ittra tad-donazzjoni, bl-istatwa tasal ir-Rabat fil-15 ta' Marzu 1890, jumejn biss wara l-mewt tiegħu. Illum din l-istatwa hija sgraffita u indurata u tistrieħ fuq pedestall tal-fidda li jdawruh erba' anġli tal-injam mill-isbaħ li nħadmu fl-1903. Ta' min wieħed isemmi li din ma kinitx l-ewwel statwa proċessjonali li kellha l- Arċikonfraternità hekk kif din kienet xtrat statwa mingħand l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tal-Belt Valletta u mill-arkivji jirriżulta wkoll li kien hemm manikkin li kien jitlibbes. L-Arċikonfraternità u t-triq 'il quddiem Mar-Rettur tkellimna wkoll dwar il-futur tal- Arċikonfraternità, bir-Rettur jinsisti li din għadha attiva ħafna. "Naħseb ma hawnx fratellanza oħra f 'Malta li torganizza attivitajiet u ċelebrazzjonijiet daqskemm norganizzaw aħna," qalilna r-Rettur, anke jekk saħaq li jixtieq li l-entużjażmu taż-żgħażagħ ma jkunx biss fil-ġranet tal-festa imma s-sena kollha. "Wasal iż-żmien li bħala Arċikonfraternità naħsbu aktar fiż-żgħażagħ." Intant, bħalissa l-Arċikonfraternità permezz ta' kummissjoni mwaqqfa apposta qed taħdem fuq programm speċjali biex tiċċelebra l-150 anniversarju mill-Proklamazzjoni ta' San Ġużepp bħala Patrun tal- Knisja Universali. Dawn il-festi jilħqu l-qofol tagħhom fil-festa tas-sena d-dieħla. Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Suppliment III waħda mill-eqdem festi f 'Malta L-istatwa inkurunata ta' San Ġużepp Il-fratteli jwasslu lill-Kapitlu tal-Katidral sal-Knisja ta' Ġieżu Il-knisja armata għall-festa ta' San Ġużepp