Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio I lu kważi 25 sena Sindku tal-Birgu u John Boxall ma kienx beħsiebu jikkontesta l-elezzjoni ta' Mejju li ġej. Ħafna, kienu ċerti li l-era tal-Boxall, kif inhu magħruf man-nies tal- Birgu, se tintemm hawn. Iżda mal-ILLUM, is-Sindku saħaq li l-pjanijiet li għandu għall- Birgu, il-kummenti tal-Ġirbin Laburisti u Nazzjonalisti u t-talbiet mill-Partit Laburista ma ħallewhx kwiet. "Erba' snin ilu diġà ma kontx ħiereġ. Ċempilli Joseph Muscat u mill-ewwel aċċettajt," kompla jgħidilna waqt li insista li hu ma jafx ħajja bla kunsill. Issa jidher li ddeċieda li jerġa' jikkontesta hekk kif kien ibnu stess li fuq Facebook ħabbar dan. L-ILLUM żaret il-Berġa ta' Franza fil-Birgu biex titkellem mas-Sindku Veteran John Boxall li ma' kull nifs jara kif se jiftaħar b'belt twelidu. Kieku wieħed kellu jagħsar l-intervista fi ftit kliem, jinnota s-sodisfazzjon ta' John Boxall għall-qabża kbira 'l quddiem li l-Birgu għamel fl-aħħar snin. "Sa ftit snin ilu kont tistħi jew tibża' tgħid li int mill- Birgu…Illum il-kelma Birgu taqlagħha mill-istonku, għal ġriżmejk u tgħajjatha" qalilna s-Sindku. "Issa t-tarġa li jmiss hija li jagħmel mill-Birgu destinazzjoni turistika speċjali," kompla jgħidilna waqt li semma l-Mużew Marittimu, il-Forti Sant'Anġlu, il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Bereġ u ħafna affarijiet oħra li jagħmlu lill- Birgu uniku f 'Malta u fid-dinja. Kien hawn li s-Sindku tkellem magħna fid-dettall dwar diversi Memorandums of Understanding li ffirma ma' Saint-Tropez fi Franza, Amalfi fl-Italja, Budrum fit-Turkija, Rodi fil-Greċja u bliet oħra li għandhom rabta mal-Ordni ta' San Ġwann, li ismu huwa mnaqqax ma' kull rokna tal- Birgu. "Dan għaliex? Biex kbar kemm huma kbar, sinjuri kemm huma sinjuri, fl-aħħar mill-aħħar il-Birgu jridu jiġu," qalilna John Boxall. "Jien ġemellaġġi ma naqbilx magħhom. Dawk ħela ta' flus. Jiena rrid inġib xi ħaġa lura għall-Birgu." Iżda staqsejnieh konkretament x'ħa minn dan kollu l-Birgu. "Jien poġġejt l-isem tal-Birgu fuq mappa. Kważi kważi jien ma kontx qed inservi biss tas-Sindku tal-Birgu iżda ta' ambaxxatur għal Malta. Biex jiġu l-Birgu, il-barranin iridu l-ewwel jiġu Malta u nassigurak li n-nies ġew," qalilna Boxall. "Anke din il-Berġa li ninsabu fiha. Vera hawn l-uffiċċji tal-Kunsill imma jien irrid nagħtiha lura lin-nazzjon biex in-nies jiġu u jgawduha. Il-Berġa tal-Ingilterra minn residenza privata ġiet għandna u għamilnieha ċentru għall- anzjani," kompla jfakkarna. "Dawn huma kollha ħoloq. Katina kemm tagħmillha ħoloq inti tkun kbira." 'L-allokazzjoni li jingħata l-kunsill tal-Birgu mhijiex biżżejjed' Ovvjament, il-kunsill waħdu, bil-fondi li għandu mhux se jasal biex iwettaq dan kollu. Hawnhekk, John Boxall fakkar li kemm ilu Sindku ħadem ma' diversi gvernijiet u saħaq b'sodisfazzjon li t-tnejn li huwa dejjem tawh l-appoġġ. "Kulma trid tagħmel hu li taħseb. Mhux bi prużunzjoni. Tara x'għandek f 'idejk u kif tista' tisfruttah. Il-Birgu għandna l-baħar, għandna l-postijiet storiċi, tagħraf dak li hu tiegħek u tagħfas fuqu," kompla jgħidilna Boxall. Hawnhekk il-kliem waqa' fuq il-fondi mogħtija lill-Kunsilli Lokali, b'John Boxall dlonk jisħaq li ma jaqbilx mal-mod kif tinħadem l-allokazzjoni ta' dawn il-fondi. "Raħal ta' ftit nies bħall-Birgu imma li huwa ikbar fid- daqs, jieħu ħafna aktar fondi minnha. Jekk Tas-Sliema se tagħmel bankina, se tagħmilha bil-blokok tal-konkrit, imma quddiem il-palazz tal- inkwiżitur se tagħmel bankina tal-konkrit? Il-bżonnijiet tagħna huma akbar," saħaq Boxall. Tkellima wkoll dwar id-defiċit li dwaru kien ġibed l-attenzjoni l-Awditur Ġenerali. "Sakemm kollox intefaq kif suppost jien ma jkollix problema bid- defiċit," qalilna s-Sindku waqt li insista li la hemm id-defiċit sinjal li l-allokazzjoni mhijiex biżżejjed. "Jien kull meta nsir naf kemm se tkun l-allokazzjoni, kull sena nibgħat l-istess l-email u ngħid li l-allokazzjoni mhix biżżejjed u li d-defiċit se jikber," kompla jgħidilna. Madanakollu insista li għall-kuntarju ta' dak li bassar l-Awditur Ġenerali, illum id-defiċit tħallas kollu u l-Kunsill se jħalli bilanċ ta' 16% mill-allokazzjoni. 'Bnejt kredibilità… nittallab b'wiċċi minn quddiem' Għalhekk, tkellimna fuq dak li jagħmel il-Kunsill biex jakkwista kemm jista' jkun fondi biex iwettaq xogħlijet u jtella' diversi attivitajiet. Għas- Sindku, is-sigriet huwa wieħed: "Bnejt kredibilità, ma' Ministri, Prim Ministri u Membri Parlamentari minn kull naħa," kompla jgħidilna waqt li insista li ħafna drabi, anke biex tittella' attività, imur hu stess jittallab u jitlob l-għajnuna mhux biss mill-Gvern imma anke minn kumpaniji u negozji privati. "Naħseb li bnejt kredibilità u nitlob li nżommha dejjem. Biex tibniha trid ħafna żmien. Biex titlifha, malajr." Tkellimna fuq il-Birgu llum u fuq il-Birgu kif kien 25 sena ilu, bis-Sindku jisħaq li din il-belt dejjem kienet iffortunata li sabet lil min jaħdem għaliha. "Jien kont iffortunat li n-nies tal-Birgu tawni dan iċ-ċans." 'Jekk se nsib borża żibel mormija bl-addoċċ se nitfaħha…' Il-kliem waqa' fost l-oħrajn fuq l-indafa fit-toroq tal-Birgu. Malli wasalna għall-intervista, is-Sindku kien għadu dieħel bil-karti li ġabar minn mal-art u staqsjenieh jekk hux veru li jekk isib borża taż-żibel fit- triq mitfugħa bl-addoċċ jew maħruġa mhux fil-ħin, jibqa' jibqa' biex isib ta' min kienet. "Jekk borża taż-żibel ma tkunx kif suppost jew xi ħadd joħroġha mhux fil-ħin stabbilit, inġibha hawn, niftaħha u jekk insib xi kont tad-dawl, tat- telefon jew tal-ilma se neħodha għand sidha," qalilna Boxall. "Lanqas konna nafu xi tfisser scamel. L-użanza tagħna kienet li meta tkun ħiereġ mill-Birgu, viċin il-pont tal-Café Riche, titfa' l-borża hemm u kollox jitgerbeb fil-foss." 'Għamilt lin-nies tal-Birgu kollha sinjuri mingħajr ma jafu' Tul l-intervista tkellem fost oħrajn ukoll dwar l-attività Birgu By Candlelight, iżda apparti l-ġmiel tat-toroq tal- Birgu għad-dawl tax-xemgħa, staqsejnieh x'qiegħed idaħħal il-kunsill minn attività bħal din. Xejn," qalilna Boxall. "L-għan tagħna mhux il-flus imma li nkabbru isem il-Birgu," qalilna waqt li ftaħar għax fi kliemu llum il-barranin jiġu Malta apposta għaliha. Saħaq li fl- 1994, meta kien tkellem ma' ministru dwar attività simili, dan kien xettiku biex jgħinu għas-sempliċi r-raġuni li ma setax jimmaġina attività bħal din tittella' fil-Birgu. Iżda xorta waħda, fl-aħħar mill-aħħar, il-lokalità trid xi ħaġa lura. Il-Kunsill irid il-flus biex jaħdem u r-residenti jixtiequ xi ħaġa lura wkoll. Kien għalhekk li għafasna lis-Sindku biex jgħidilna konkretament x'qed jieħdu r-residenti minn dan kollu, għax ngħiduha kif inhi, l-isem mhux biżżejjed. "Ħares lejn il-valur tal- proprjetà," weġibna Boxall. "Jien għamilt lin-nies tal-Birgu kollha sinjuri mingħajr ma jafu. Aqbad proprjetà llum u qabbel il-prezz tagħha 25 sena ilu." "Imma dan mhux se jfisser ukoll li ż-żgħażagħ Ġirbin se jkollhom joħorġu mill-Birgu għax ma jifilħux jixtru?" staqsejna lis-Sindku. "Jista' jkun li l-Birgu jitlef l-identità tiegħu," saħaq Boxall. "Irridu noqogħdu attenti. L-iżvilupp jista' jkollu ntietef li jġibu ftit ta' rigress. Iżda mhux aħjar kien hawn il-progress u ġew barranin ta' ċertu livell li qed jinvestu fil-Birgu u jirrestawraw bini mitluq milli jimtela min- nies li ma nafux minn huma?" staqsa s-Sindku. Iżda ma waqafx hemm. L-ILLUM titkellem ma' John Boxall, is-Sindku li ra lill-Birgu jinbidel. Xi pjanijiet għandu għall-Birgu? Imma l-kunsill għandu fondi biżżejjed? Veru li jekk xi ħadd jarmi borża taż-żibel bl-addoċċ se jiftaħha biex isib ta' min hi? X'jaħseb fuq il-Monument tal-Ħelsien u x'sar mit-Torri tal-Arloġġ? Li kieku l-Monument tal- Ħelsien kellu jiċċekken żgur li n-nies tal-Birgu kollha, Nazzjonalisti u Laburisti, se jieħdu pjaċir…imma jibqa' hemm. " " Jekk borża taż-żibel ma tkunx kif suppost jew xi ħadd joħroġha mhux l- ħin stabbilit, inġibha hawn, niftaħha u jekk insib xi kont tad-dawl, tat-telefon jew tal- ilma se neħodha lura għand sidha " " 'Għamilt lin-nies tal-Birgu kollha Intervista

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019