Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

Opinjoni 16 illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 I l-Kostituzzjoni tagħna tistenna li l-President tar-Repubblika jħares u jipproteġi l-Kostituzzjoni ta' Malta. Imma mbagħad, l-istess Kostituzzjoni tonqos milli tipprovdi lill- President l-għodda meħtieġa biex ikun jista' jwettaq dmiru, li jħares u jipproteġi l-Kostituzzjoni. Bħala riżultat ta' dan, sal-lum, il-President tar-Repubblika straħ fuq il-persważjoni morali biex ikun jista' jwettaq dan id-dmir bażiku. Illum il-ġurnata, meta nistennew ferm iktar minn Presidenza tar-Repubblika, ċerimonjali u bit-timbru, dan hu ferm inqas minn dak li huwa mistenni. Is-soċjetà tagħna tistenna Presidenza bis-snien, anke jekk mingħajr poter eżekuttiv. Jiġifieri Presidenza li tista' taġixxi fejn meħtieġ u ġġustifikat mingħajr poteri eżekuttivi li ma jippermettulhiex li tkun involuta fit-tmexxija ta' kuljum tal-pajjiż. Il-President tar-Repubblika ma jistax jistrieħ fuq il- persważjoni morali biss biex jikkonvinċi gvern ħalli jibdel triqtu u jirrispetta l-Kostituzzjoni, meta dan ikun meħtieġ li jsir. L-uffiċċju tal-President jeħtieġ is- snien fil-forma ta' għodda legali biex ikun jista' jwettaq l-obbligu li jħares u jiddefendi l-Kostituzzjoni ta' Malta. L-Eċċellenza Tagħha, il- President Coleiro Preca, iktar kmieni din il-ġimgħa għamlet proposta ċara u speċifika. F'intervista ppubblikata fuq Indepth, l-edizzjoni elettronika ta' The Malta Independent, fejn qalet li l-President tar- Repubblika għandu jkollu l-awtorità li jibgħat liġi lura għand il-Parlament biex din tkun ikkunsidrata mill-ġdid. Dan ikun ifisser ukoll li l-uffiċċju tal-President ikun ipprovdut bir-riżorsi meħtieġa ħalli l-President ikollu l-pariri legali meħtieġa, f 'ħin qasir, biex b'hekk ikun f 'pożizzjoni li jwettaq dmiru. Dan iwassal għall- konsiderazzjoni oħra: sa fejn għandu jinvolvi ruħu fid- dibattitu politiku l-President tar-Repubblika? Għax li tibgħat lura lill-Parlament liġi li jkun approva biex din tkun ikkunsidrata mill-ġdid hu bla dubju messaġġ politiku qawwi ħafna. Għandi dubju kemm President tar-Repubblika elett fix-xenarju politiku kurrenti jkun lest li jħaqqaqha mal- Parlament b'dan il-mod. Għax anke jekk wieħed jaċċetta li azzjoni ta' din ix-xorta tkun xi ħaġa rari jkun loġiku li nikkonkludu li biex dan iseħħ ikun bla dubju f 'nofs ta' kontroversja politika liema bħalha! Bla dubju n-natura tal-Presidenza tinbidel li kellha sseħħ din il-bidla. Tista' tkun bidla għall-aħjar. Il-proposta li qed tagħmel il-President hi waħda valida. Imma rridu narawha f 'kuntest iktar wiesa'. Alternattiva Demokratika ilha żmien li pproponiet, fil- programmi elettorali diversi tagħha, li l-President tar- Repubblika għandu jintgħażel permezz ta' kulleġġ elettorali li jkun ferm iktar wiesa' mill-Parlament. Alternattiva Demokratika dejjem emfasizzat fuq il-ħtieġa li anke l-Kunsilli Lokali jkunu involuti flimkien mal-Parlament fl-għażla tal- President tar-Repubblika. Il-Parlament m'għandux jikkontrolla l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż. Is-sehem tal-Kunsilli Lokali fl-elezzjoni tal-President tar-Repubblika jagħti iktar dinjità lill-kariga ta' President u jgħin biex titneħħa l-idea li din il-kariga hi waħda fejn jispiċċaw jirtiraw uħud mill-politiċi nazzjonali, irġiel u nisa. Jekk ikun stabbilit dan il- kulleġġ elettorali, il-President tar-Repubblika jkun jista' jinħeles mid-dipendenza politika fuq il-Parlament. Bħala riżultat ta' dan, ikun ukoll protett minn reazzjoni politika kontra tiegħu/tagħha dan parti tal-maġġoranza Parlamentari kemm-il darba hu (jew hi) jaġixxi biex jiddefendi l-Kostituzzjoni billi jibgħat liġi lura quddiem il-Parlament. Il-proposta biex il-President tar-Repubblika jkollu l-awtorità biex jibgħat liġi lura quddiem il-Parlament ħalli dan jikkunsidraha mill-ġdid għandha tkun limitata għal dawk il-każijiet fejn tkun identifikata inkompatibbilità bejn il-liġi proposta u l-Kostituzzjoni. Din il-proposta, bla dubju, tittrasforma l-awtorità morali li għandu l-President tar- Repubblika llum f 'awtorità reali u effettiva biex jimblokka leġiżlazzjoni fejn din tkun tmur kontra dak li tipprovdi l-kostituzzjoni. Bħala riżultat ta' dan, meta l-President tar-Repubblika jagħti l-kunsens tiegħu għal xi liġi approvata mill-Parlament huwa ma jkunx sempliċiment qed jgħid iva għax jeħtieġlu jgħid iva bilfors. Dan huwa wieħed mill- kontrolli essenzjali fuq il-poteri tal-Parlament li hu meħtieġ f 'kostituzzjoni reveduta. Il-ħarsien u d-difiża tal- Kostituzzjoni għandhom ikunu reali, mhux taparsi. Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokratika Il-gwardjan tal-kostituzzjoni CARMEL CACOPARDO Il-President tar-Repubblika ma jistax jistrieħ fuq il-persważjoni morali biss biex jikkonvinċi gvern ħalli jibdel triqtu u jirrispetta l-Kostituzzjoni " " Alternattiva Demokratika ilha żmien li pproponiet, l- programmi elettorali diversi tagħha, li l-President tar- Repubblika għandu jintgħażel permezz ta' kulleġġ elettorali " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019