Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum kemm min-naħa tal- ASA, kif ukoll mill-klabbs tiegħi Hamilton Aquatics Dubai u dak lokali Sirens Swimming. Kellimni ftit dwar l-infrastruttura li teżisti f 'Malta fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ tal-għawm. It-taħriġ tal-għawm tiegħi nagħmlu ġewwa Dubai, fejn ilni noqgħod għal dawn l-aħħar 12-il sena. Hemmhekk, il-faċilitajiet fejn wieħed jipprattika dan l-isport mhumiex neqsin. Insibu pixxini kemm ta' 25m kif ukoll 50m, indoor kif ukoll outdoor u faċilitajiet eċċellenti ta' gyms. Naħseb illi Malta, bħalissa l-infrastruttura fejn jidħol dan l-isport hija xi ftit limitata. Kemm huwa importanti għalhekk illi f 'Malta jkollna pixxina indoor? Huwa importanti li Malta jkun hawn pixxina indoor biex b'hekk ma jkunx hemm xkiel mit-temp speċjalment fl-istaġun tax-xitwa, kemm waqt sessjonijiet ta' taħriġ kif ukoll kompetizzjonijiet. X'inhuma s-sagrifiċċji illi tagħmel sabiex tirnexxi personalment? L-għawm huwa sport impenjattiv ħafna u jirrikjedi ħafna sagrifiċċji. Dawn jinvolvu, pereżempju, li nastjeni minn ħruġ ma' sħabi fil- weekends minħabba li nkun irrid niġi "up to date" fl-istudju u xogħol ieħor tal-iskola li ma jkollix ċans inlesti matul il-ġimgħa; ġranet twal u mpenjattivi fil-ġimgħa fejn noħroġ kmieni filgħodu mid-dar għall-ghawm, wara mmur l-iskola u mbagħad nerġa' mmur għat-taħriġ eżatt wara; dieta stretta eċċ. Minkejja dan kollu, l-għawm huwa sport li nħobb ħafna, fejn permezz tiegħu sirt aktar dixxiplinata f 'dak kollu li nagħmel. Jgħinni nkun l-aqwa li nista' nkun kemm fl-għawm kif ukoll bħala persuna. Kemm issib għajnuna mill-ġenituri? Insib appoġġ kbir min-naħa tal- ġenituri tiegħi fejn anke huma jagħmlu sagrifiċċji kbar, bħal pereżempju meta huma jqumu miegħi fl-4.30am biex jippreparawli xi ħaġa x'niekol qabel it-taħriġ ta' filgħodu, kif ukoll biex iwassluni l-pixxina. Dejjem insib l-għajnuna tagħhom, speċjalment meta jkolli xi ġurnata jew sessjoni ta' taħriġ iebes. Dejjem hemm biex joffru s-sapport morali li tant huwa meħtieġ. Xi ħadd minnhom dejjem ikun preżenti biex isegwini waqt il-kompetizzjonijiet li nieħu sehem fihom. Inħossni kburija u xxurtjata ħafna li għandi ġenituri jappoġġjawni f 'dak kollu li jkolli bżonn fil-ħajja tiegħi kif ukoll ovvjament fl-għawm. Kemm jgħinek l-għawm fil-ħajja tiegħek ta' kuljum? L-għawm jgħinni ħafna biex naffronta l-ħajja mgħaġġla ta' kuljum. Permezz tal-għawm, tgħallimt insib bilanċ ta' kif inqassam il-ħin tiegħi bejn l-istudju, it-taħriġ tal-għawm kif ukoll il-kompetizzjonijiet diversi li jkolli. L-għawm jgħinni wkoll inkun dixxiplinata u konsistenti f 'dak kollu li nagħmel fil-ħajja tiegħi ta' kuljum. Kif qed tarah il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Fost affarijiet ohra, il-ħolma prinċipali tiegħi hija li nirrapreżenta lil Malta fil-Logħob Olimpiku. Dan ikun definittivament ta' unur kbir għalija u se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex din il-ħolma ssir realtà. Fil-karriera futura tiegħi tal-għawm, nixtieq ukoll li nibqa' nirrappreżenta lil Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali u nirbaħ ukoll xi midalji, biex b'hekk ukoll inkun t'ispirazzjoni għall-għawwiema żgħar Maltin. Għaddi messaġġ lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera ta' suċċess fl-għawm. L-għawm huwa sport sabiħ ħafna. Jgħallmek tiskopri ħafna affarijiet fuqek innifsek kif ukoll fuq il-ħajja ingenerali. Trid tkun determinat u lest li tissagrifika ċerti affarijiet minħabba l-għawm, però fl-aħħar mill-aħħar huwa sport li jagħtik sodisfazzjon kbir speċjalment meta tibda tilħaq il-miri kollha tiegħek. Se jkun hemm perjodi fejn it-taħriġ ikun iebes u tiġik il-volja li tieqaf, però trid temmen fik innifsek u tibqa' tippersisti, fejn fl-aħħar mill-aħħar, ir-riżultati miksuba jkunu eċċellenti u dawk li dejjem xtaqt. nkun kemm fl-isport kif ukoll bħala persuna' Hija waħda mill-aqwa għawwiema li pproduċa l-isport tal-għawm f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Tgħix, tistudja u titħarreġ l-għawm f 'Dubaj bil-mira prinċipali tagħha għall-futur tkun dik li tirrapreżenta lil Malta l-Logħob Olimpiku. Tgħum mat-Tim Nazzjonali Malti tal-Għawm, Hamilton Aquatics Dubai u Sirens Swimming Malta. FRANCESCA FALZON YOUNG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019