Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum It-tellieqa tal-Mosta AF Sign Studio Cycling Club f'Ħaż-Żebbuġ mimlija azzjoni ITTELLIEQA tal- Mosta AF Sign Studio Cycling Club li saret fuq il-By Pass ta' Ħaż- Żebbuġ kienet tellieqa mimlija azzjoni, bi kważi 100 ċiklista jieħdu sehem f '10 kategoriji differenti. It-tellieqa kienet mimlija sprint finishes b'ħafna mir-rebħiet ġew deċiżi b'distakk ta' inqas minn sekonda. Kif kien mistenni, il-Kategorija Elite wriet azzjoni tajba fuq rotta mifruxa fuq 100km u mqassma f '22 dawra. Matul din il-korsa kien hemm diversi azzjoni strateġici miċ-ċiklisti tal-aktar esperjenza. F'nofs il-korsa William Hili (Mosta AF Sign Studio), Jason Vella (Agones SFC) u Clive Ebejer (Team Greens) stabbilixxew il-pass u fetħu distakk mit-tieni grupp. Sussegwentament, mat-trio ngħaqad Maurice Formosa (The Cyclist) u flimkien ħadmu biex jibqgħu fuq quddiem. Bl-ebda rebbieħ ċar sal-aħħar dawra, il-mument deċiżiv ġie fl-aħħar ftit metri, meta Formosa poġġa sprint b'saħħtu sabiex ħa l-ewwel post, millisekondi qabel Hili u Ebejer li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Mat- tieni grupp, kien Pierre Borg tal-Mosta li ħareġ u ta salt biex jidħol qabel il-kumplament tal-grupp. Fil-Kategorija tan- nisa, Margaret Seguna (Mosta AF Sign Studio) stabilixxiet ruħha fuq quddiem u rebħet it-tellieqa b'distakk komdu fuq Anjelika Ruggier (Team Greens). Donnah Calleja, ukoll mill-Klabb Mosti daħlet fit-tielet post. Il-Kategorija tal- Masters 40+ ġiet mirbuħa miċ-ċiklista tal-Birkirkara St. Joseph, Brian Rogers, li rebaħ b'distakk minimu fuq Mario Attard (Team Greens). Paul Zarb (The Cyclist) daħal fit-tielet post. Fil-Kategorija Masters 50+ kienu żewġ membri tal-Klabb Mosti, Steve Mifsud u Kevin Muscat li ħadu l-ewwel u it-tielet post rispettivament. Joseph Micallef (The Cyclist) ħa t-tieni post, f 'tellieqa oħra b'distakk minimu. Fil-kategoriji taż- żgħar, il-klabb Mosti ddomina b'rebħiet minn Jaeken Galea (Under 14 Males), Justine Degiorgio (Under 14 Females), Jacob Schembri (Under 16 Males). Magħhom fl-ewwel post fil- Kategorija Under 16 Females' Category kienet Kristina Spiteri (The Cyclist). Il-Kategorija Under 23, li ġiet introdotta din is- sena u li kienet imfassla fuq l-istess distanza tal-Elite, rat lil Brandon Sultana (Gozo CC) jieħu l-ewwel post. Hu ġie segwit miċ-ċiklista tal-Mosta Carl Xuereb u Isaac Spiteri (The Cyclist). Nikol Micallef u Clive Chetcuti, żgħażagħ parti mill-klabb Mosti, ħadu l-ewwel u it-tieni post rispettivament, segwiti minn Luke Borg (The Cyclist)fil-Kategorija tal-Juniors. Tellieqa qasira għall- Under 12s seħħet qabel it-tellieqa principali, u li fiha laqgħet lura fost iċ-ċiklisti liż-żagħżugħ Jake Vella. "Din it-tellieqa dejjem tipprovdi azzjoni tajba. Ir-rotta li fiha tlajja' u nżul mhix waħda faċli, tabilħaqq tipprovdi għal xi azzjoni tal-klassi u t-tellieqa tal-lum ċertament ma kienet l-ebda eċċezzjoni, b'ħafna kategoriji li jiggwadanjaw ir- rebħiet b'distakk ta' inqas minn sekonda. Nixtiequ fejqan ta'malajr liċ-ċiklista li weġġa minħabba ħabta żgħira fl-aħħar parti tal-kategorija Masters 40+," spjega Edward Enriquez, Segretarju Mosta AF Sign Studio Cycling Club. "Aħna partikolarment kuntenti bir-riżultati miksuba miċ-ċiklisti żgħar li ilhom jitħarrġu mal-akkademja tagħna minn età żgħira u li qed juru futur tajjeb għall- isport tagħhom". Mosta AF Sign Studio Cycling Club jixtieq jirringrazzja lil-isponsors AF Sign Studio u Magri Cycles għas-sapport kontinwu, kif ukoll lill-membri tal-Pulizija tat-Traffiku u ta' Ħal Qromi, il- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbug, Transport Malta u Global Security għal-ambulanzi. Grazzi tmur ukoll għall- voluntiera numerużi li għenu matul it-tellieqa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019