Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351
Minn Yendrick Cioffi FLAĦĦAR ġimgħat diversi residenti minn Birżebbuġa wrew it-tħassib tagħhom ma' din il-gazzetta u anke fuq il- midja soċjali dwar dik li qed isejħu bħala katina ta' serq minn residenzi privati. Il-gazzetta ILLUM kisbet statistika mill-Korp tal-Pulizija li tikkonferma kif fi Frar ta' din is-sena, il-Pulizija rċeviet 12-il rapport ta' serq minn residenzi privati u li fihom jgħixu n-nies. L-ammont huwa kbir ħafna meta wieħed jikkunsidra li bejn Jannar u Diċembru tas-sena li għaddiet, jiġifieri f 'sena sħiħa, il-Pulizija ħadmet fuq 19-il każ ta' ħallelin li rnexxielhom jisgassaw u jidħlu jisirqu minn djar privati abitati. F'Jannar ta' din is-sena, il- Pulizija rċeviet tliet rapporti oħra, wieħed ta' serq minn fuq barra ta' dar, ieħor li l-ħalliel jew ħallelin irnexxielhom jidħlu fir-residenza u serqa oħra f 'residenza li fiha ma jgħixux nies. B'kollox, fl-ewwel xaharejn ta' din is-sena, il-Pulizija rċeviet total ta' 16-il rapport dwar serq minn residenzi privati f 'Birżebbuġa, li jfisser medja ta' żewġ serqiet fil-ġimgħa. Dan kif jikkumpara mas-sena li għaddiet? Kieku wieħed kellu jqabbel il-każijiet irrapportati f 'dawn ix-xaharejn ma' każijiet ta' serq fl-istess xhur tal-2018, jinnota qabża sostanzjali fl-ammont ta' rapporti. Fil-fatt, sal-aħħar ta' Frar tas-sena li għaddiet, il-Pulizija rċeviet sitt rapporti ta' serq minn djar. Dan kollu jfisser li fl-aħħar 14-il xahar, jiġifieri bejn Jannar tal-2018 u Frar tal-2019, il- Pulizija rċeviet total ta' 41, jew inkella medja ta' tliet serqiet fix-xahar. Intant, din il-gazzetta staqsiet lill-Pulizija kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti, kemm minnhom għadhom pendenti u anke jekk kienx hemm rabta bejn il-każijiet tal-aħħar ġimgħat u ż-żewġ persuni li residenti minn Birżebbuġa bdew ixerrdu r-ritratti tagħhom fuq il-midja soċjali wara li allegatament kienu involuti f 'katina ta' serq minn djar privati. Madanakollu, kelliem għall- Pulizija qal biss li ġaladarba l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja, ma jkunx prudenti li tingħata aktar informazzjoni dwar dan is-serq. 'Illum Birżebbuġa għandha aktar Pulizija minn qabel' Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Sindku ta' Birżebbuġa Joseph Cutajar li saħaq li minn żmien għal żmien jisma' ħafna residenti li juru t-tħassib tagħhom dwar mewġa ta' serq minn residenzi. Mistoqsi dwar is-sigurtà fil-lokalità, is-Sindku saħaq li Birżebbuġa qatt ma kellha Pulizija stazzjonati fiha daqskemm għandna llum. Madanakollu, mistoqsi jekk l-ammont ta' pulizija stazzjonati f 'Birżebbuġa huwiex biżżejjed, meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-popolazzjoni dejjem qed tiżdied, is-Sindku saħaq li d-daqs ta' Birżebbuġa baqa' dak li hu. "Iż-żona urbana ta' Birżebbuġa baqgħet dik li kienet, li qed jiġri huwa li titwaqqa' dar u minflok waħda, jitilgħu sitt appartamenti," saħaq is-Sindku. "Kull meta tlabna l-għajnuna tal-Pulizija dejjem sibnihom." Is-serq f 'Malta matul l-2018 Skont ir-rapport annwali dwar il-kriminalità f 'Malta għas-sena li għaddiet, ir-reati meta mqabbla mas-sena ta' qabel, naqsu b'7% jew inkella b'1,211-il każ. Fost il-kriminalità li naqset kien hemm każijiet marbuta ma' serq anke jekk is-serq mir-residenzi privati żdied meta wieħed iqabbel l-istatistiċi ma' dawk tal-2017. L-akbar ammont ta' serq minn residenti kien irrapportat f 'Bormla, San Ġiljan u l-Għargħur. F'din l-istatistika Birżebbuġa, li r-riskju ta' serq minn residenzi huwa meqjus bħala wieħed 'qawwi,' kienet fost l-aktar lokalitajiet li fiha kien irrapportat serq tant li spiċċat fit-18-il post fost minn 68 lokalità. Sal-2017, Birżebbuġa kklassifikat fit-28 post u fis-sena ta' qabel fit-23 post tal-istess statistika. illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 28 Medja ta' żewġ serqiet fil- ġimgħa f 'Birżebbuġa fl- aħħar xaharejn Is-Sindku ta' Birżebbuġa Joseph Cutajar L-inkwiet tar-residenti fuq il-midja soċjali issa kkonfermat b'ċifri mogħtija lil din il-gazzetta mill-Pulizija li juru żieda qawwija ta' serq mid-djar