Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 IV Suppliment JEKK illejla jew nhar it-Tlieta tkun ir-Rabat u tinnota d-djar miftuħa u n-nies deħlin u ħerġin, tajjeb tkun taf li din hija tradizzjoni unika marbuta mal-festa ta' San Ġużepp. Il-gazzetta ILLUM niżlet fit-toroq Rabtin u tkellmet ma' Adrian Zahra, fratell tal-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp, responsabbli mill- Kummissjoni Festa Esterna fi ħdan l-istess fratellanza, liema Kummissjoni din is-sena qed tagħlaq 175 sena. Zahra tkellem magħna dwar dawk il-partikolaritajiet li jagħmlu l-festa esterna ta' San Ġużepp unika u fost dawn semma l-fatt li l-Ġużeppini Rabtin, l-aktar dawk li joqogħdu madwar il-knisja Franġiskana, waqt il-marċ tal-aħħar tat- Tridu u waqt il-marċ magħruf tas-siegħa, jiftħu l-bibien tad- djar tagħhom għal sħabhom Ġużeppini u joffrulhom ikel u xorb. "Il-bibien ikunu miftuħa mhux biss għall-bandisti. Jekk int Ġużeppin u ma tidħolx, kważi kważi jieħdu fastidju. Bilfors trid tidħol," qalilna Zahra. "Għall-festa tista' titla' bla flus u xorta toħroġ fis-sakra," kompla jgħidilna bi tbissima. Komplejna nitkellmu dwar il-festa esterna għax ta' min ifakkar li għall-kuntrarju ta' dak li jiġri f 'lokalitajiet oħra, l-organizzatur tal-festa esterna mhijiex xi għaqda mwaqqfa apposta jew inkella l-każin, iżda l-Arċikonfraternità nnifisha. Fil- fatt, anke l-armar fit-toroq huwa proprjetà tagħha. "Ovvjament naħdmu id f 'id mal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam u anke mal-Għaqda tan-Nar 19 ta' Marzu," kompla jispjegalna Zahra. Festa mżejna b'armar uniku u antik Tkellimna dwar l-armar li matul dawn il-ġranet qiegħed iżejjen it-toroq Rabtin, b'Zahra jispjegalna li ħafna mill-armar ta' din il-festa jmur lura mijiet ta' snin. Fil-fatt, semmielna l-armar li jżejjen Triq San Ġużepp u li din is-sena qed jagħlaq 100 sena. Meta għandek armar antik, trid tieħu ħsieb li tirrestawrah u żżommu fi stat tajjeb biex jibqa' jitgawda. Zahra spjegalna kif it- tir tal-Arċikonfraternità huwa li tirrestawra l-armar f 'din it-triq, proġett li se jiġi jiswa madwar €40,000. Fost armar ieħor li jagħmel din il-festa rikka, Zahra semma l-ark trijonfali, li ftit huma l-festi Maltin li għandhom bħalu u ż-żewġ pilandri kbar ta' quddiem il-knisja. Ta' min jinnota li dawn il-pilandri huma mżejna bit-tazzi tal-ħġieġ ikkulurit għax fl-imgħoddi kienu jinxtegħlu biż-żejt. Apparti d-drapp ġdid li sar matul l-aħħar snin, Zahra qal li min se jżur ir-Rabat se jinnota wkoll li s-sitt pedestalli ta' quddiem il-Knisja saru mill- ġdid u li żżanżnet statwa ta' San Bernardin ta' Siena, magħruf bħala d-Duttur ta' San Ġużepp. Jekk wieħed idur dawra mat- toroq tar-Rabat jinnota l-armar uniku li jżejjinhom, fosthom arkati żgħar tal-injam u anke linef ċkejkna tal-ħġieġ li jagħtu dehra unika lit-toroq imserrpa tar-Rabat. L-armar u l-limitazzjonijiet tat-toroq Tkellimna wkoll dwar diffikultajiet li jsibu biex jarmaw it-toroq, mhux biss minħabba l-maltemp iżda anke għax it-toroq Rabtin huwa xi ftit limitati. "Mit-toroq li narmaw jgħaddu ħafna vannijiet tad-deliveries u mhux dejjem insibu koperazzjoni u nispiċċaw bil-ħsara," saħaq Zahra waqt li fakkar li ħafna mill-armar huwa frott is-sagrifiċċji li jagħmlu ħafna voluntiera. Fil-fatt tkellimna dwar l-assigurazzjoni tal-armar li jkollha tieħu ħsiebha l-Arċikonfraternità nnifisha. "Fejn l-armar huwa ta' każin, dan ikun jista' japplika u jieħu fondi għax huwa rreġistrat bħala NGO. Għalina, li naqgħu direttament taħt il-Knisja, ma nistgħux. Tajjeb li anke frattellanzi u għaqdiet oħra li jorganizzaw il-festi, iżda li jaqgħu taħt il-knisja jew ordnijiet reliġjużi, jingħataw l-għajnuna wkoll" kompla jgħidilna Zahra. X'sar ġdid din is-sena? Għall-ewwel darba wkoll, wara nuqqas ta' diversi snin, nhar it-Tlieta filgħaxija, se jkunu tliet baned u mhux tnejn li se jkomplu jżidu mal-atmosfera sabiħa ta' festa fit-toroq Rabtin. "Kien hawn żmien fejn saħansitra kien ikun hawn sitt baned nhar San Ġużepp," spjegalna Zahra. Apparti minn hekk, Zahra ġibdilna l-attenzjoni għall-fatt li għall-ewwel darba wara 15-il sena, il-faċċata tal-knisja reġgħet qed tinxtegħel bil-bozoz. "Hija ħasra li t-tradizzjoni li nixegħlu l-faċċati tal-knejjes fil-ġranet tal-festa qed tinqata'," temm jgħid Zahra waqt li wera x-xewqa li lokalitajiet oħra li qatgħu din it-tradizzjoni jagħmlu bħalhom u jerġgħu jibdew jixegħlu l-faċċati tal- knejjes tagħhom. Il-Ġużeppini Rabtin jiftħu l-bibien ta' djarhom għall-festa Mario Cassar Triq San Ġużepp waqt il-marċ magħruf tas-siegħa It-triq tal-knisja armata għall-festa u l-ark trijonfali Pavaljun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019