Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Minn Albert Gauci Cunningham MINN studju, fil-forma ta' stħarriġ li għamlet il- General Workers' Union (GWU) jirriżulta li madwar 11% tal- ħaddiema f 'pajjiżna jibżgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jissieħbu f 'unjin minħabba theddid li jekk jagħmlu dan jitkeċċew mix- xogħol. Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Huwa sostna li għal dan l-abbuż ir-risposta hija li s-sħubija f 'unjin issir obbligatorja. Huwa jsemmi eżempju ta' ħaddiem li kellmu ftit ġranet ilu u li jaħdem f 'kumpanija stabbilita ġdida bi tmexxija barranija, fejn il-ħaddiema kienu mwissijin li jekk jissieħbu f 'unjin jitkeċċew minn fuq il- post tax-xogħol. "Għad hawn l-abbużi," sostna s-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Imma nfakkru; il- libertà tal-assoċjazzjoni ma tfissirx ukoll libertà tad-diżassoċjazzjoni u allura li ma tisseħibx f 'unjin. Bugeja jammetti li dan huwa l-każ, għalkemm ifakkar ukoll illi l-Istati Uniti li jgħid illi huwa "l-aktar pajjiż kapitalist" tad-dinja wkoll qed jagħmlu xi ħaġa simili. F'eku ta' dak li kien qal uffiċjal tal-GWU mal-ILLUM, Bugeja jfakkar illi meta jsir ftehim kollettiv isir għall- ħaddiema kollha tal-post tax- xogħol anke dawk li mhumiex membri tal-unjin. M'għadhiex tagħmel storbju fuq il-prekarjat il-GWU? Induru fuq il-prekarjat. Il-GWU kienet tagħmel ħafna storbju fuq il-prekarjat meta kien hemm il-PN fil- Gvern. Illum jinħass li naqas l-għagħa. Imma prekarjat hemm, mhux hekk? Għalfejn donnha l-unjin naqqset mill-għajjat tagħha dwar din il-kwistjoni? "Mhux naqset l-għajta le, imma nbidlet l-għajta tal- GWU dwar il-prekarjat," sostna Bugeja li jfakkar kif qabel kien hemm "ġungla". "Kien hawn ġungla, bla payslip, ħaddiema jitħallsu flus kontanti u jħallsu lura dawn il-flus...tajna definizzjoni ta' prekarjat u wrejna kif irridu nindirizzawh," sostna Bugeja. Fakkar illi l-Gvern preżenti lleġiżla favur payslip obbligatorja, li l-pagi dejjem jidħlu f 'kont tal-bank u f 'każ ta' kuntratti, il-pagi jkunu stabbiliti fil-kuntratt. Fakkar ukoll kif il-Gvern Laburista żied l-ammont ta' punti li jingħata impjegatur u allura aktar ċans li jirbaħ kutratti tal-Gvern, meta l-ħaddiema tiegħu jkunu mseħbin f 'unjin bi ftehim kollettiv. 'L-istess paga bażika, imma tal-kuntrattur ma jipprogressawx...' Infakkru f 'diversi rapporti li għamlet din il-gazzetta fl-aħħar ġimgħat speċjalment is-sitwazzjoni ta' ħaddiema fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Bugeja jispjega kif issa l-paga bażika bejn ħaddiema tal- Gvern u dawk tal-kuntratturi (ġeneralment ħaddiema ta' sigurtà, carers, cleaners u skrivani) hija l-istess. Minkejja dan iżda dawn tal-aħħar m'għandhomx allowances u ma jipprogressawx f 'termini ta' skala. L-istess xogħol, l-istess paga Induru għal mument fuq il-ħaddiema fil-qasam tal- ospitalità. Dwar dawn Bugeja jammetti li l-kundizzjonijiet mhumiex tajbin "u għalhekk qed nisħqu fuq il-bżonn ta' paga ugwali għal xogħol ugwali." Huwa jfakkar li dan huwa aktar urġenti llum għaliex f 'diversi postijiet tax-xogħol il-ħaddiema m'għadhomx neċessarjament ta' impjegatur wieħed u allura jkollok lil dawk li huma tal-post u oħrajn li huma tal- kuntrattur. "Issa aħna qed ngħidu li jekk hemm carer, biex nagħtu eżempju, li taħdem direttamet mas-sid tal-post u oħra li titħallas mill-kuntrattur għandhom ikunu mħallsin l-istess paga." Bugeja jgħid li f 'ċerti każi (u jsemmi operaturi) id- differenza fil-paga bejn ħaddiema tal-Gvern u dawk tal-kuntrattur ġieli jitilgħu sa €7,500 fis-sena. 'Għandna fejn inkomplu nżidu l-pagi' F'ħarsa lejn l-ekonomija tal- pajjiż, Bugeja jgħid illi l-aħħar statistika turi li kien hemm żieda fil-profitti ta' kumpaniji li tlaħħaq id-9.7%, "jiġifieri fejn inkomplu inżidu l-paga għandna." Imma vera li l-pagi tal- ħaddiema qed jiżdiedu? "Fejn hemm ftehim kollettiv il-pagi qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla," jibda jgħid Bugeja. "Fejn m'hemmx ma nafux x'inhi s-sitwazzjoni." Hawnhekk isemmi d-differenza bejn kemm taqla' mara u kemm jaqla' paga raġel u mill-ġdid ifakkar illi fejn hemm ftehim kollettiv m'hemmx 'gender pay gap'. 'Madwar 50,000 jinsabu f 'unjin f 'Malta...' Bdejna dan l-artiklu bi stqarrija dwar is-sħubija mal- unjins u nistaqsi lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU jekk illum humiex qed jissieħbu nies, speċjalment żgħażagħ. Infakkru illi għal ħafna mhix il-moda li jissieħbu f 'unjin, anke jekk imbagħad igergru fuq il-kundizzjonijiet. Mal-ILLUM jammetti li dan huwa l-każ u jgħid li hemm bżonn li l-unjins iħarsu lejn l-immaġini tagħhom. "Hemm bżonn inbiddlu l-perċezzjoni biex l-unjin tkun aktar attraenti," jisħaq filwaqt li jsemmi proġett li għaddejja bih il-GWU b'apprentistati li qed jaħdmu mal-istess unjin. Ifakkar illi minn ftit iktar minn 200,000 persuna f 'impjieg huma 50,000 b'kollox li huma mseħbin ma' xi unjin f 'pajjiżna. Il-barrani: sfida fuq il-pagi tal-Malti? Għal ftit ħin induru fuq il- ħaddiema barranin u nfakkru li bħalissa hawn ħafna għagħa dwarhom. Imma iktar minn kollox ma jħossx li hemm verità fil-fatt illi influss ta' ħaddiema barranin minn ċerti pajjiżi qed iwasslu biex il-pagi jibqgħu baxxi u tnaqqas is- saħħa biex ħaddiema Maltin jinnegozjaw il-paga? "Fil-postijiet tax-xogħol fejn hemm il-unjin jekk jidħol jaħdem barrani jiena dejjem nara li fejn hemm ftehim kollettiv dan jieħu l-istess paga. Imma fejn m'hemmx unjin, hemmhekk ikollna problema," insista. Hu kompla jgħid li l-isfidi mhumiex biss dawk relatati ma' ftehim kollettiv. Pereżempju, spjega, kien hemm problema biex il-banek jiftħu kont lil ħaddiema barranin. Dan kien qed ifisser sfida partikolari minħabba li kuntrattur li jħaddem il-barranin jintrabat, meta jirbaħ tender, illi l-pagi kollha jitħallsu f 'kont il-bank. "Fl-aħħar, wara ħafna diskussjonijiet għamilna ftehim mal-MaltaPost li fetħulhom kont," qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Ammetta illi minkejja kollox il-kritika fil-konfront tal-unjin għax titkellem fuq il-barranin ma tonqosx. "Imma minkejja illum | Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 8 Stħarriġ tal-GWU juri illi 11% tal-ħaddiema Maltin jibżgħu li jidħlu membri ta' unjin għax jitkeċċew mix-xogħol. Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU jinsisti li għad hawn l-abbuż u biża' fost ħafna ħaddiema li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom... 11% tal-ħaddiema f 'Malta għax jitkeċċew mix-xogħol Josef Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019