Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 657 • 19 ta' Mejju 2019 Paġni 12-13 Ara paġna 8 L-ewwel darba li ħareġ għal din l-elezzjoni u qiegħed fuq quddiem. Imma x'qed jipproponi? U għalfejn jemmen li Delia għandu jibqa'? Jaħseb li l-PN għandu ċans imur tajjeb nhar is-Sibt? Il-Grupp Parlamentari tal-PN ilu ma jiltaqa' xaharejn • Arrestati żewġ suldati tal-AFM. Se jkunu akkużati bil-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman • Reazzjoni ta' rabja, imma fl -istess ħin sodisfazzjon li se ssir ġustizzja Ara paġna 7 QATLUH GĦAX ISWED Ara paġna 8 Il-Grupp Parlamentari tal-PN ilu ma jiltaqa' xaharejn Minn Albert Gauci Cunningham ILBIERAĦ kienet ġurnata sewda għall-pajjiż, iktar sewda minn meta fil-fatt inqatel Lassana Cisse Souleyman. Is-Sibt 18 ta' Mejju se jibqa' mfakkar fl-istorja ta' dan il-pajjiż bħala jum illi fih ħareġ bl-aktar mod ċar u mingħajr ebda dubju kemm hu mifrux ir-razziżmu f 'pajjiżna. Mhux biss fost strata, jew biss fost erba' boloh li jridu jbiddlu d-dinja bil-mod perikoluż tagħhom, imma issa wkoll fost il-Korpi ddixxiplinati ta' pajjiżna. Ngħidu x'ngħidu kienet ġurnata sewda għall- Forzi Armati ta' Malta li jagħmlu tant ġid u li qed ikunu r-raġuni għalfejn tant immigranti qed isalvaw minn mewta ċerta. Minkejja t-tebgħa fuq il-Forzi Armati, żgur u mhux forsi li l-arrest ta' tnejn mill-membri mhu se jneħħi xejn mill- ġid kollu li s-suldati Maltin qed jagħmlu għall-pajjiż. Imma kif wasalna s'hawn? Għalfejn wasalna s'hawn? Hemm diversi raġunijiet, imma prinċipalment hemm; il-kultura tal-vjolenza, il-qawmien perikoluż tal-lemin estrem u n-nuqqas ta' infurzar. Ikompli f 'paġna 27... Editorjal speċjali: ġurnata sewda għal Malta tagħna €1.25 l-elezzjoni u qiegħed fuq quddiem. Imma x'qed jipproponi? U għalfejn Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi DEPUTATI tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma' din il-gazzetta fuq il- kundizzjoni li jibqgħu anonimi, sostnew illi l-Grupp Parlamentari ilu ma jiltaqa' aktar minn xaharejn, ħlief għal darba meta ltaqa' ta' malajr għal nofs siegħa biss. Minkejja ilmenti minn deputati tal-PN mal- ILLUM, sorsi mit-tmexxija tal-partit, filwaqt li ma ċaħdux li l-Grupp Parlamentari ilu ma jiltaqa', insistew illi dan huwa minħabba l-kampanja elettorali għax "din tieħu preċedenza".