Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 19 VotEWROPA 2019 N har is-Sibt ser noħorġu nivvotaw, biex niddeċiedu f 'idejn min irridu nafdaw il-futur tagħna. Din l-elezzjoni forsi mhix importanti daqs l-elezzjoni ġenerali, imma għall-partiti ż-żgħar, li jiddependu fuq xogħol volontarju biss, dan ser ikun kejl ta' jekk is-soċjetà tagħna tridx tibqa' tgħum fl- istess ilma qiegħed, jew inkella tridx gvern aktar trasparenti u politika aktar nadifa. Imma eżattament x'inhu dan l-ilma qiegħed? Ħeqq... għal nofs seklu rbatna ruħna ma' soċjetà ddominata mill- aħmar u mill-blu. Ħafna minna twelidna ġewwa partit minnhom u qatt ma jiġina f 'rasna nistaqsu jekk il-lealtà tagħna hijiex f 'lokha, kemm jekk hija blu u kemm ħamra; ta' bejniethom l-anqas inqisuh! Waqt li nikbru, nisimgħu xnigħat u stejjer dwar "tal- partit l-ieħor". Saħansitra meta nitkellmu, ma ngħidux "dak jivvota PN jew PL", imma minflok ngħidu "dak Laburist jew Nazzjonalist". Il-partit li nżommu miegħu jispiċċa parti mill-identità tagħna, sakemm ma niltaqgħux ma' xi ċirkostanza li tibdlilna ħajjitna, jew xi sfida jew opportunità. Għaliex? Għax aħna poplu emozzjonali, niġġieldu mal-għadu, niġġieldu għal dak li hu għażiż għalina, niddefendu lill-familja u lill- għeżież tagħna. Din l-emozzjoni u lealtà għamja nagħtuha wkoll lil xi tim tal-futbol u, m'għandniex xi ngħidu, lil xi partit politiku. Issa, waqt li l-futbol huwa logħba, il-politika mhi xejn minn dan. Madankollu, ir-rabta mal- partit tagħna hija b'saħħitha daqs dik ta' mat-tim tal- futbol tagħna, l-aktar meta l-kulur poliltiku nistgħu nsarrfuh fi xi pjaċir. Imma fl-aħħar mill- aħħar, ilkoll għandna r-responsabbiltà lejn pajjiżna, lejn uliedna u lejna nfusna. Mela forsi wasal iż-żmien li nieqfu u naħsbu u naraw jekk għandniex noħorġu minn qoxritna u nistaqsu jekk hux tassew irridu l-istess ilma qiegħed għas-snin li ġejjiin. • Int kuntent li l-iżviluppaturi qegħdin jisirqulna l-ispazju, l-arja u l-ħin, biex huma jibnu l-appartamenti u l-lukandi u fl-istess waqt jiġbdu aktar nies lejn din il-gżira li diġà hija mimlija daqs bajda? • Int kuntent li l-investituri u l-barunijiet tal-qalba qegħdin ifarrku dak li fadlilna mill-wirt naturali u storiku tagħna? • Int kuntent li kulma jmur, anqas u anqas Maltin jistgħu ikollhom dar (mhux appartament), għax id-djar għandhom biex jixtruhom biss il-miljunarji? • Aħna rridu li s-sinjur jistagħna aktar, waqt li l-ħaddiem ibati biex ilaħħaq mal-ħajja? • Int kuntent tara l-bejgħ lill-barranin ta' dak li tant ħadmu għalih missirijietna, bħalma kienu l-Mid Med Bank, l-isptarijiet u l-power station? Tista' sserraħ rasek li l-affarijiet ma jinbidlux, anki jekk jerġa' jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, għax probabbilment hemm ħafna pjaċiri x'jitpattew, l-aktar meta tqis is-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra tagħhom. Mela issa rridu niddeċiedu! Irridu l-istess ilma qiegħed? L-istess politika mmoffata li tpaxxi lill-barunijiet? Jew irridu nagħmlu kuraġġ u nagħżlu futur isbaħ u aktar nadif, għalina u għal uliedna? B'xorti tajba, għandna opportunità tad-deheb biex inġibu l-bidla f 'Malta u din jisimha Partit Demokratiku. Mela jekk trid il-bidla, ħu sehem fiha u vvota Oranġjo. Martin Cauchi Inglot huwa kandidat għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Demokratiku MARTIN CAUCHI INGLOT Wasal iż-żmien għal politika matura L-a arijiet ma jinbidlux, anki jekk jerġa' jitla' l- gvern il-Partit Nazzjonalista, għax probabbilment hemm ħafna pjaċiri x'jitpattew Int kuntent li l-investituri u l-barunijiet tal- qalba qegħdin ifarrku dak li fadlilna mill-wirt naturali u storiku tagħna?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019