Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

Sports 32 illum Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 BEJN is-27 u t-28 t' April 2019, f 'Orte fl-Italja seħħet l-Ispartan Obstacle Course Race. Matul tmiem il-ġimgħa, tliet tiġrijiet ta' distanzi differenti; Sprint Distance 6 kilometri b'20 ostaklu, Super Distance 15-il kilometru b'25 ostaklu, Beast distance, u 21kilomteru b'iktar min 30 ostaklu tul ir-rotta. Ryan Farrugia kiseb l-aqwa riżultat fis-Super Distance fejn irnexxielu jxejjer il-bandiera Maltija fuq il-podju billi rebaħ l-Age Group tiegħu kif ukoll daħal bħala t-tieni assolut mill-Age Groups kollha. Ryan f 'isem Reflex Total Fitness Gym ikkompeta fit-tliet tiġrijiet biex b'hekk għaqqad dak li tissejjaħ Spartan Trifecta - l-unur ultimu ta' dan it-tip ta' sport. Li tispiċċa tliet tiġrijiet OCR fuq medda ta' jumejn jirrikjedi bażi ta' fitness straodinarja kif ukoll taħriġ li jmur lura diversi xhur. Ryan huwa ċ-champion renjanti ta' 'The Grid', fejn rebaħ l-aħħar erba' edizzjonijiet ta' din it-tiġrija OCR li sseħħ f 'pajjiżna. Ryan qasam magħna l-esperjenza tiegħu: "Bla dubju li l-iktar memorja għal qalbi minn din l-esperjenza hija meta rfist il-finish-line fl- ewwel pożizzjoni fit-tiġrija Super 15km. Tiġrija ta' din ix-xorta trid abiltà fiżika u mentali kompluta, u tirrikjedi li tagħti xejn inqas mill- mija fil mija ta' saħħtek. Ħarġitli prestazzjoni eċċellenti minkejja li ġurnata qabel kont tellaqt il-Beast (20 kilometru) u kont kemxejn għajjien. Il-podju bil-bandiera Maltija kien mument li nibqa' ngħożż għax apparti r-rebħa tiegħi, kien hemm diversi Maltin oħra li xi wħud minnhom ukoll kisbu riżultati tajbin u flimkien għamilna unur u wirja pożittiva lil Malta. B'hekk b'din ir-rebħa kkwalifikajt għall-Kampjonati Ewropej u Mondjali 2019 tal-OCR. Din kienet l-ewwel Spartan Race tiegħi, u minkejja li tħarriġt ħafna għaliha, xorta ma kontx ċert x'kont qed nistenna. L-esperjenza hija fattur importanti, u din kienet kontrija peress li kien għadni qatt ma doqt Spartan Race. Ipparteċipajt diversi drabi f 'The Grid kif ukoll Runmageddon fil-Polonja, biss però kull ditta ta' OCR għandhom l-ostakli uniċi tagħhom li jvarjaw minn xulxin. Minkejja li għandi bażi tajba ta' ġiri u trail running, it-taħriġ għal tmiem il-ġimgħa ta' OCR beda minn Novembru li għadda. Apparti li nitħarreġ fil-ġiri jew rota kuljum, inkorporajt fil- 'weekly training 2-3 sessions OCR specific' fejn nattendi fil-gym 'Reflex Total Fitness'. B'hekk bdejt insaħħaħ muskoli partikolari li jirrikjedu għal tiġrija ta' din ix-xorta. Xi wħud mill- ostakli jirrikjedu tixbit ma' ħbula jew ħitan kif ukoll 'monkey bars' jew 'gymnastic rings' – infatti dawn kollha kienu preżenti fit- tliet tiġrijiet. Trid titħarreġ ukoll għall-ġarr ta' piżijiet; infatti matul tellieqa waħda (il-Beast) kellna xejn inqas minn ġarr ta' katina, ġarr ta' balla tal-konkos, ġarr ta' zokk tal-injam, u darbtejn ġarr ta' xkora ramel. Jekk tfalli minn kwalunkwe ostaklu, ikollok penali ta' 30 burpee. Kull tiġrija fiha storja differenti. Fil-'Beast Distance' (21 kilometru), fejn tellaqt fl-'Elite Category', wara tiġrija ma' ta' quddiem fost l-aqwa atleti tal-OCR fl-Ewropa, fl-aħħar mitejn metru qabadni bugħawwiġ li ma ħallinix nimxi. Ġismi ffriża u kwalunkwe moviment żgħir sarraf f 'uġigħ kbir u għaldaqstant, kelli nieqaf għal xejn inqas min 20 minuta, nistenna jgħaddili. Tlift ħin prezzjuż, biss però xorta spiċċajt fit-32 pożizzjoni minn 163 'elite athlete'. Nixtieq ngħaddi ringrazzjament speċjali lill-kowċ Ivan Rohznov kif ukoll lill-isponsors li jissapportjawni fl-ambizzjonijiet sportivi tiegħi li huma: Reflex Total Fitness, Teamsport, Phone Refix, Uncle Matt's Kitchen, Skylab Digital Imaging u Garmin Malta. L-obstacle course racing kulma jmur qed iżżid fil-popolarità b'eluf ta' nies jirrikorru għal dan l-isport f 'mijiet ta' tiġrijiet madwar l-Ewropa." 'L-iktar memorja għal qalbi hija meta rst il-nish-line -ewwel pożizzjoni' - Ryan Farrugia Ritratt - www.sportograf.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019