Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
12 Għad fadal biss ftit ġranet għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u ħafna persuni li kellhom jiddieċiedu x'se jagħmlu u lil-liema partit se jivvutaw, issa probabbilment iddeċidew. Iżda r-riżultat għall-MEPs li se jkollha Malta mis-26 ta' Mejju jibqa' kaxxa magħluqa. Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM irrapportat kif Frank Psaila u David Casa jinsabu f 'taqtigħa ħarxa biex jakkwistaw it-tieni siġġu tal- PN, li fil-fatt jista' jkun l-aħħar siġġu li jikseb il-PN f 'din l-elezzjoni li mistenni jitlef. L-ILLUM tiltaqa' ma' Frank Psaila, u tibda billi tistaqsih x'jaħseb illi kien l-akbar kontribut għal dak li jidher se jkun is-suċċess tiegħu. Il-fatt li baqa' jidher fuq it-TV? Il-perċezzjoni li hu l-aktar kandidat viċin u ppreferut ta' Adrian Delia? "Iva, naturalment li tkun espost huwa importanti. Il-fatt li n-nies jarawk fuq it-TV ifisser li meta tmur għandhom huma se jkunu jafuk. Jien ibbażajt il-kampanja fuq żjajjar fid-djar tan-nies, nista' ngħidlek illi żort aktar minn 7,000 dar f 'dawn is-sena u nofs li ili nikkampanja," sostna Psaila. Huwa jgħid illi minn dawn iż-żjarat induna kemm fil- fatt hemm Nazzjonalisti li jħossuhom imweġġgħin u minsijin mill-Partit minħabba xi ħaġa li ġrat fil-passat. Inwaqqfu hemm u nitolbu jispjegali. X'inhuma dawn il-weġgħat? Huma nies li huma rrabjati għax il-PN ma qdiehomx jew nies li ma qablux aktar mal-politika tal-PN? Psaila jindika li fil-fatt huwa ftit mit-tnejn. "Il- kuntest politiku Malti huwa wieħed fejn il-politiċi huma aċċessibbli," jibda jispjega Psaila qabel imbagħad ifakkar illi dan ifisser li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn persuni jitolbu l-għajnuna mingħand il-poltitiċi, jew inkella direzzjoni. "Titlob gwida mingħand Ministru jew titlob li ma jkunx hemm tant riġidità u dewmien fuq permess tal- MEPA għal żvilupp skont il- liġi. Il-punt kollu huwa li ħafna nies ħassew illi l-partit mhux qed jirrappreżentahom." 'Il-PN m'għarafx is- sinjali taż-żminijiet' Huwa iżda jmur pass oltrè u jgħid li muhwiex biss dan li wassal għal telf qawwi ta' popolarità, imma wkoll il-fatt li minkejja illi "l-PN dejjem kien assoċjat mal-libertà u imbotta s-sħubija tal-Unjoni Ewropea, imbagħad il-partit ma kienx hemm meta ġejna għad-drittijiet tan-nies," sostna Psaila. Hu jsemmi d-divorzju li l-PN ħa pożizzjoni ċara kontrih kif ukoll id-drittijiet ċivili lil persuni omosesswali, li dwarhom il-PN astjena. Hu jsemmi każ li sab meta kien qed idur id-djar. "Darba dħalt għand anzjana Nazzjonalista li għandha lil binha saċerdot. Aħna u nitkellmu dwar libertajiet u drittijiet hi qaltli li vvutat favur l-introduzzjoni tad-divorzju. Dan minħabba li binha l-ieħor kien għadda minn separazzjoni." Hu ammetta illi l-PN m'għarafx is-sinjali taż- żminijiet. Imma allura jekk ma qarax is-sinjali taż-żminijiet, dakinhar, kemm iktar illum meta għandek Kap li iktar jipproġetta lilu nnifsu bħala politiku konservattiv? "Ma tinkwetanix din il-biċċa xogħol għaliex il-PN huwa mużajk." Sostna illi billi Delia jitkellem dwar il-valuri Nsara mhu qed jagħmel xejn ħażin. "Kien ikun ħażin kieku Delia ħa pożizzjonijiet riġidi kontra d-drittijiet. Ma jidhirlix li Delia ħa dawn it-tip ta' pożizzjonijiet," jisħaq Psaila. 'Fil-każ ta' stupru għandna noffru l-adozzjoni, minflok l-abort' U fuq l-abort, ħa pożizzjoni riġida? "L-abort huwa xi ħaġa differenti għax huwa l-eliminazzjoni tal-ħajja u aħna bħala PN irridu niddefendu dejjem il-ħajja." Hu jgħid illi f 'każ ta' stupru, illum hawn il-mezzi biex min irid ikun jista' jagħti lit-tarbija għall- adozzjoni. Imma l-gazzetta tistaqsih jekk jaħsibx li l-PN qed jinvesti wisq enerġija fuq din il-kwistjoni, ladarba l-PL mhux qed jgħid li se jdaħħal l-abort. "Il-kampanja magħmula minn diversi suġġetti. Iffukajna fuq l-armonizzazzjoni tat- taxxa u parti minn mid- diskussjoni din il-ġimgħa kienet dwar l-abort. Kollox beda minħabba proposta tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). Aħna qegħdin f 'kampanja, ma jidhirlix li fuq din il-kwistjoni biss qed nitkellmu aħna." Imma qed ikollha l-effett elettorali mixtieq din il- kwistjoni? Hemm nies li qed ibiddlu l-vot għax qed jemmnu li l-Labour se jdaħħal l-abort? "Ma ltqajtx, iżda ma nistgħux ngħidu li m'hemmx tħassib. Il-PN ħass li kellu jieħu din il-kwistjoni bis-serjetà u sewwa għamel," jafferma Psaila. 'Delia qatta' l-ewwel sena tiegħu jindirizza r-reżistenza lejh' Fil-bidu qal li l-PN kien inqata' minn man-nies. Illum, Delia huwa meqjus bħala persuna qrib in-nies u kif qal hu stess, il-kandidati Nazzjonalisti jiftaħru li qed imorru f 'eluf ta' djar. Allura kif fis-sondaġġi Delia qed jidher li għadu daqstant lura? Jibda billi jfakkar illi Delia ħa l-PN wara telfiet kbar u jammetti li l-ewwel sena tat-tmexxija tiegħu intużat biex kemm jista' jkun tkun indirizzata r-reżistenza li sab min-nies li ma riduhx bħala kap. "Is-sondaġġi qed juru titjib. Fejn qabel kienu qed juru distakk ta' 70,000 vot, illum qed naraw distakk ta' 45,000-50,000 vot, li xorta naturalment huwa ħafna. Imma Delia huwa work in progress," jinsisti Psaila. 'Perikoluża jekk il-PL iżid id-distakk...' Din il-gazzetta nnutat iżda li hemm sens ta' rassenjazzjoni, donnu l-partit mhux qed jimmira għal riżultat aħjar. "Tkun perikoluża jekk il-PL jirbaħ b'distakk ikbar għax il-Gvern isir super-potenti. Din mhix elezzjoni ġenerali, imma għallinqas nistgħu nagħmlu kambjament. Aħna qed nagħmlu minn kollox; qed immorru għand in-nies, qed nitlobu apoloġija..." Lill-familja Caruana Galizia u dawk kollha li kienu jsegwuha reliġjożament tlabtuhom maħfra? Għax l-akbar problema tal-votanti PN hija fost is-segwaċi ta' Caruana Galizia. "Kieku jiena ma nagħmilx stqarrijiet daqstant ġeneriċi," jisħaq mill-ewwel Psaila. "Sa dalgħodu stess iltqajt ma' persuna li kienet issegwi lil Caruana Galizia u li se tivvota lill-PN. Illum bosta nies qed jindunaw u jifhmu, li ma jistax ikollok gvern b'super poteri għax din hija ħażina għad- demokrazija. Jista' jkollok riservi kbar fuq persuna fil-PN, imma din l-elezzjoni hija dwar id-demokrazija wkoll. Kuljum qed naħdmu biex nikkonvinċu aktar nies," sostna Psaila. "Jiena pożittiv u saqajja mal-art imma din mhix elezzjoni faċli għall-PN," jammetti. 'Naf Laburisti Intervista illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 'Jiena pożittiv u saqajja mal-art imma Is-sondaġġi qed juru titjib. Fejn qabel kienu qed juru distakk ta' 70,000 vot, illum qed naraw distakk ta' 45,000-50,000 vot, li xorta naturalment huwa ħafna. Imma Delia huwa work in progress " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Nhar is-Sibt li ġej il-poplu se jivvota lil dawk il-persuni li jixtieq illi jirrappreżentawh -UE. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Frank Psaila illi minkejja li ħiereġ għall-ewwel darba għal din l-elezzjoni għandu ċans tajjeb li jitla' ...