Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

33 Sports Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 | illum 'Għalkemm jiena mara m'hemm xejn iwaqqafni milli nerfa' piż tqil' - Dorianne Attard minn Cristian Antony Muscat DORIANNE Attard - fost l-aqwa atleti li pproduċa l-isport tal-crossfit f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Hija eżempju ħaj u riflessjoni ċara li għalkemm hija mara, m'hemm xejn milli jwaqqafha milli terfa' piż tqil. X'tikkummenta fuq is- saħħa li jinvolvi l-crossfit u dan speċjalment meta wieħed jikkunsidra li int mara? Dan huwa sport għal kulħadd - nisa, irġiel, tfal u anke dawk li huma mdaħħlin fl-età. Nemmen, li għalkemm jiena mara m'hemm xejn li jwaqqafni milli nerfa' piż tqil. Fejn tidħol saħħa, iva normalment mara hija meqjusa li fiżikament tkun inqas b'saħħitha minn raġel imma ma jfissirx li mara ma tistax tasal li terfa' piż tqil b'teknika tajba. ċ L-istamina hija importanti wkoll fi crossfit bħalma huma l-għawm u l-ġiri. Kemm jgħinek il-crossfit fil-ħajja? L-isport u l-crossfit f 'ħajti jgħinuni ħafna. Jgħinni biex inħossni aħjar mentalment kif ukoll fiżikament. Jagħtini s-saħħa mhux biss għat- taħriġ imma wkoll jgħinek tħares lejn il-ħajja b'mod iktar pożittiv. Jgħinni wkoll għax ħafna drabi nitħarreġ mar-raġel tiegħi fejn għalhekk ukoll nkunu qed inqattgħu iktar ħin flimkien. Barra minn hekk, tiltaqa' ma' ħafna nies differenti, tagħmel ħbieb, u jista' jservi wkoll bħala żvog. Dan huwa l-ħin iddedikat għalik fejn taljena rasek ukoll minn xi stress jew diffikultajiet li jkollok għaddejjin minn moħħok. X'inhuma s-sagrifiċċji li tagħmel biex teċċella f 'dan l-isport? Għalija l-isport hu dedikazzjoni u mhuwiex sagrifiċċju. Iva, insibha diffiċli li wara 12-il siegħa xogħol, nipprova nsib l-enerġija biex immur nagħmel it-taħriġ li jkolli pprogrammat. Lanqas mhuwa faċli li tqassam il-ħin liberu tiegħek mal-familja, dar, faċendi, qadi, xiri u tisjir, imma fl-aħħar tal- ġurnata nħossni sodisfatta li għall-ġurnata oħra, inkun irnexxieli nsib ħin u enerġija biex nagħmel it-taħriġ li huwa tant importanti għal saħħitna. X'tikkummenta fuq l-iżvillup tal-crossfit f 'Malta? Ilni nitħarreġ fil-crossfit għal dawn l-aħħar sitt snin, u matul is-snin dan l-isport dejjem kiber. Bdew wkoll isiru kompetizzjonijiet hawn Malta stess. Ħafna atleti Maltin insiefru wkoll barra minn Malta nikkompetu f 'pajjiżi barra minn xtutna. Huma ħafna dawk iż- żgħażagħ, nisa u rġiel minn kull pożizzjoni fil-ħajja li qed jagħtu importanza lis-saħħa u d-dehra tagħhom u fl- opinjoni tiegħi, il-crossfit huwa sport li jagħtik ħafna riżultati u sodisfazzjon. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-crossfit? Bħala atleta meta nħares lura u nara fejn kont sitt snin ilu nibqa' mistgħaġba kif irnexxieli nagħmel eżerċizzji u movimenti li qatt ma kont naħseb li kien ser jirnexxieli nagħmel. Għalhekk nixtieq li jibqa' jkolli s-saħħa biex nitħarreġ u naħdem biex dejjem intejjeb lili nnifsi. Bħala kowċ huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li nara lill-membri ta' 'The Pit' itejbu l-livell tagħhom u jħossuhom sodisfatti bihom infushom u b'dak li huma kapaċi jagħmlu. G ħalhekk, nixtieq nibqa' wkoll nitjieb mhux biss bħala atleta iżda wkoll bħala kowċ. Ritratti: MPC Photography / Andrew Large LEASING OF PROPERTY MGARR HARBOUR, GOZO Gozo Channel (Operations) Limited invites interested parties to submit Offers for the leasing of property of approximately one thousand (1,000) square meters at Mgarr Harbour, Gozo, to be used for Company offices/stores. Gozo Channel (Operations) Limited notifies that sealed offers will be received at its office situated at the Brokerage, Level 2, St. Martha Street, Victoria, Gozo, by not later than Friday 31 May 2019 at 10.00am. Gozo Channel (Operations) Limited Channel House, Mgarr Harbour, Mgarr, Gozo GSM 2480 Tel: (+356) 2210 9000 Fax: (+356) 2155 6743 CALL FOR OFFER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019