Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
Sports 35 Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 | illum "Jien suppost qiegħda nilgħab mhux nara lit-tim tiegħi mill-istands!" Hija ta' dwejjaq u dimotivazzjoni kbira li wasalt f 'punt fejn għamilt minn kollox biex bil-limiti tiegħi nżomm ruħi attiva sakemm xi darba tasal il- ġurnata tal-operazzjoni. Però, ma qtajtx qalbi u qed nipprova minn kollox biex b'xi mod inżomm lili nnifsi attiva fejn bħalissa nitħarreġ kuljum waħdi l-gym. Sadanittant, tħajjart nerġa' nagħti ċans ieħor u nibda l-waterpolo, dejjem bil- limitazzjonijiet li għandi. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek fil-waterpolo? Il-klabb ta' San Ġiljan kienu bi ħgarhom lesti jilqawni f 'dan it-tim u sal-ġurnata tal-lum nista' ngħid li jien plejer ta' San Ġiljan u dejjem jekk inkun nista' bl-injury li għandi nkun qed nilgħab magħhom għal dawn is-snin li ġejjin. Nemmen ħafna f 'dan it-tim immexxi mill- kowċ Dale Dowling. Mill-ftit żmien li ilni nitħarreġ magħhom nista' ngħid li huwa tim dedikat ħafna u anke min- naħa tal-kumitat ta' San Ġiljan, nista' ngħid li jagħmlu minn kollox biex it-tim tan-nisa jkun ta' suċċess ukoll. Il-pjan tiegħi huwa li nkompli nistinka u naħdem biex dejjem intejjeb il-livell tiegħi kif ukoll naħdmu iktar bħala tim biex inkomplu nibnu minn fejn ħallejna s-sena l-oħra. L-aħħar u l-iktar ħaġa importanti hija li minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi talli dejjem jappoġjawni u wassluni għat-taħriġ. Mingħajr is-sapport kontinwu tagħhom żgur ma kontx nikseb daqshekk unuri matul il- karriera tiegħi kemm bħala studenta ggradwata mill-Università ta' Malta kif ukoll bħala atleta! Hija atleta tal-ogħla livell -għawm u l- handball. Kawża ta' injury pjuttost serja, kellha tħalli dan tal-aħħar biex bdiet avventura ġdida l-waterpolo. Qed tikseb suċċess mat-tim tan-nisa ta' San Ġiljan immexxi mill-kowċ ferm bravu u ħabrieki, Dale Dowling. SHANICE CASSAR Hija tad-dwejjaq u dimotivazzjoni kbira li wasalt f 'punt fejn għamilt minn kollox biex bil-limiti tiegħi nżomm ruħi attiva sakemm xi darba tasal il-ġurnata tal-operazzjoni " " Ritratt - Kavallieri Handball Club