Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
S an Francisco hi l-ewwel belt fl-Istati Uniti li pprojibiet l-użu mill-forzi tal- ordni ta' teknoloġija li tagħraf l-uċuh. Probabbilment li ma jdumx ma jkun hemm bliet oħra fl- Istati Uniti li jagħmlu l-istess. Id-dibattitu f 'San Francisco ilu għaddej. Dawk li jaqblu mal- projbizzjoni huma tal-fehma li din it-teknoloġija mhux biss hi difettuża imma li hi wkoll ta' theddida serja għad- drittijiet ċivili. It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ hi invażiva. Fl-istat attwali tal-iżvilupp tagħha għadha difettuża imma għandha l-potenzjal li tkun preċiża 100%. Imbagħad tkun tista' tintuża mhux biss biex jingħarfu l-uċuħ imma wkoll biex tkun identifikata informazzjoni oħra dwar dawk li jkunu fil- mira. Riċerkaturi fl-Università Jiao Tong f 'Shanghai fiċ-Ċina, għamlu żmien jesperimentaw b'ritratti ta' persuni magħrufa bħala kriminali u oħrajn li mhumiex. Bħala riżultat tar-riċerka tagħhom qed jissuġġerixxu li t-teknoloġija użata tista' tidentifika kriminali minn filmati ġodda b'ċertezza ta' kważi 90%. Tal-biża'! Riċerkaturi fl-Università ta' Stanford fl-Istati Uniti f 'estratt minn studju li ser jippubblikaw dalwaqt, jindikaw, li t-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ hi iktar preċiża mill-bniedem innifsu biex minn ritratti tagħraf l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna. Fir-riċerka tagħhom jgħidu li użaw 'il fuq minn 130,000 ritratt meħud minn siti elettroniċi fejn persuni jitkellmu dwar l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Bħala riżultat ta' analiżi bijometrika, jgħidu r-riċerkaturi, it-teknoloġija użata kapaċi tagħraf u tiddistingwi l-orjentazzjoni sesswali ta' rġiel bi preċiżjoni ta' 81% minn ritratt wieħed. Jekk ikun hemm aċċess għal ħames ritratti, il-preċiżjoni titla' għal 91%. Bla ebda dubju, maż- żmien jiġu identifikati iktar applikazzjonijiet possibbli ta' din it-teknoloġija. Meta tkun ipperfezzjonata din it-teknoloġija tista' tkun għodda tal-biża' f 'idejn reġim awtoritarju. Il-Pulizija fir-Renju Unit, f 'dawn iż-żminijiet, qed japplikaw it-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ għall-ordni pubblika. Big Brother Watch, NGO li taħdem favur id-drittijiet ċivili fir-Renju Unit, identifikat li bl-użu ta' din it-teknoloġija 9 minn kull 10 persuni arrestati kienu innoċenti għax it-teknoloġija ħadmet ħażin. 90% żbalji mhux ċajta f 'materja daqshekk sensittiva. Biż-żmien, bla dubju, dan id-difett ikun irrimedjat u dan għax tkun akkumulata iktar data li tagħmilha possibbli li jingħarfu l-uċuħ. Bi sħab mal-Huawei, il- ġgant Ċiniż fil-qasam tat- telekomunikazzjoni, il-Gvern Malti qed ifassal proġett immirat lejn is-sigurtà tal- lokalitajiet: il-proġett Safe Cities. Tliet lokalitajiet jidher li ġew identifikati għall-proġett pilota f 'Malta: il-Marsa, San Pawl il-Baħar u Paceville. Xi xhur ilu, il-Kummissarju għall-Ħarsien tad-Data f 'Malta, meta kien intervistat, enfasizza li meta jkun ikkunsidrat l-użu tat- teknoloġija li tagħraf l-uċuħ tinħtieġ attenzjoni kbira biex ikunu mħarsa drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa enfasizza li kien obbligu tal-Gvern li jistudja din it-teknoloġija bir-reqqa biex ikun aċċertat l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Il-Kummissarju għall- Ħarsien tad-Data huwa ppreokkupat ukoll dwar id- data akkumulta u l-potenzjal li din tintuża ħażin biex tintraċċa l-movimenti tal- persuni u b'hekk timmina d-dritt tal-privatezza. It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ, bħal kull teknoloġija oħra, tista' tintuża tajjeb imma tista' wkoll tintuża ħażin. Tista' tgħinna nkunu iktar siguri, imma tista' tgerrem (bla ma nindunaw) id- drittijiet tagħna. Hemm il- potenzjal, imma hemm ukoll responsabbilitajiet kbar. Bi storja ta' istituzzjonijiet ta' bla utilità li repetutament ma kinux kapaċi jieqfu lil dawk fil-poter, ma tantx qegħdin tajjeb. It-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ tista' tikkonċentra wisq informazzjoni (u poter) f 'idejn il-Pulizija. Dan jista' jkun perikoluż jekk il-kontroll fuq l-informazzjoni miġbura ma tkunx waħda qawwija. Li ninvestu fis-sigurtà tagħna ma jfissirx li għandna nċedu l-privatezza tagħna. F'din l-era diġitali hu meħtieġ li s-sorveljanza tkun kontabbli quddiem istituzzjonijiet demokratiċi msaħħa. Kif dan jista' jsir għadu kmieni imma hu essenzjali għax il-Huawei flimkien mal-Pulizija jistgħu jiffurmaw tim perikoluż għad-demokrazija tagħna. Is-soluzzjoni addottata minn San Fransisco tista' tkun meqjusa bħala radikali wisq. Imma sakemm ikun assigurat li s-sorveljanza tkun soġġetta għal kontabbilità demokratika, ma tantx jidher li hemm soluzzjonijiet. Carmel Cacopardo huwa kandidat tal-Alternattiva Demokratika għall- Parlament Ewropew N insabu ftit jiem 'il bogħod mill- 25 ta' Mejju, il-ġurnata li fiha l-poplu Malti u Għawdxi għandu għażla importanti x'jagħmel hekk kif se nagħżlu lill-kunsilliera biex imexxu l-lokalitajiet tagħna u l-Membri Parlamentari Ewropej li rridu li jirrappreżentaw lil pajjiżna fi Brussell għall-ħames snin li ġejjin. Għandna għażla ċara bejn il- kandidati tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista. Għażla bejn il-partit li għandu viżjoni għal pajjiżna - ħoloq ix-xogħol, kabbar l-ekonomija u issa lest li jieħu lil pajjiżna fil-Livell li Jmiss u partit f 'paniku mingħajr viżjoni. Għażla bejn ħatriet li l-MEPs tiegħu ħadmu qatiegħ biex jipproteġu l-interess tal- Maltin u l-Għawdxin u Partit li l-MEPs tiegħu jippruvaw jattakkaw lil pajjiżna ma' kull ċans li jsibu. Għażla bejn partit li meta jmur barra minn xtutna jaħdem biex jiġbed aktar investiment lejn pajjiżna u partit li fi Brussell bl-attiduni irresponsabbli tiegħu jipprova jimmina eluf ta' impjiegi tal- Maltin u l-Għawdxin. Dik hi l-għażla li għandna ftit tal-ġranet oħra – għażla favur il-poplu Malti u Għawdxi, favur l-impjiegi u favur il-kwalità ta' ħajja taċ-ċittadini u għażla kontra l-interessi partiġġjani u kontra min jipprova joħloq il-firda. Huwa inaċċettabbli li jkollok rappreżentanti, bħall-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, li f 'pajjiżna jgħidu mod imbagħad imorru Brussell u jagħmlu mod ieħor. Meta riċentament Sven Giegold ried li jiskatta Artiklu 7 kontra pajjiżna – l-artiklu li jhedded id-dritt tal-vot ta' pajjiżna – l-MEPs tal- Partit Nazzjonalista ppruvaw jiddistakkaw ruħhom minnu. Qalulna li huma se jipproteġu d-dritt li pajjiżna jibqa' jiddeċiedi hu fuq kwistjonijiet bħat-tassazzjoni. Imbagħad għamlu leġiżlatura sħiħa jittrekknu ma' Membri Parlamentari Ewropej bħal Ana Gomes u jitmugħhom nofs veritajiet. Kulħadd ra b'għajnejh kif ivvutaw, inkluż fis-26 ta' Marzu 2019. Dakinhar ittieħdu voti fil-Parlament Ewropew dwar prinċipji li għal pajjiżna huma sagrosanti. Ivvuttaw kontra emenda li tipproteġi d-dritt ta' pajjiż żgħir bħal Malta li jkollu vot daqs pajjiżi kbar f 'sistemi importanti bħal dik tat- tassazzjoni. Ivvuttaw kontra l-interess ta' Malta. Jekk titneħħa l-unanimità, Malta titlef id-dritt li tiddeċiedi hi fuq kwistjoni ta' taxxa, b'konsegwenza li dan jimmina l-kompettitività ta' Malta u jhedded l-impjiegi u l-għixien tal-Maltin u l-Għawdxin. Għamlu dan minkejja li għal snin twal f 'pajjiżna kien hawn qbil dwar il-fatt li għandna nkunu aħna li niddeċiedu fuq affarijiet bħalma hi t-tassazzjoni, qbil li jħares il-kompettitività ta' pajjiżna. Iżda issa, iridu jimminaw l-impjiegi f 'setturi diretti bħal dak tas-servizzi finanzjarji, u f 'oqsma oħra bħas-settur marittimu u tal-gaming fost ħafna oħrajn. Għalhekk importanti li fil-25 ta' Mejju toħorġu tivvutaw u tagħżlu lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista biex nassiguraw li jkollna tim ta' MEPs li lesti jaħdmu favur Malta u Għawdex. Min-naħa tiegħi dejjem waqaft għal dawn l-attakki, kemm fil-Parlament Ewropew stess – fejn qatt ma ddejjaqt neħodha kontra MEPs bħal Ana Gomes – kif ukoll b'laqgħat ma' MEPs oħra biex inwassal il-verità dwar pajjiżna. U l-istess se nkompli nagħmel jekk tagħtuni l-fiduċja tagħkom. Flimkien mat-tim tal-Partit Laburista se nibqa' niddefendi lil pajjiżi u lill-familji Maltin u Għawdxin – jiġi minn fejn jiġi l-attakk. Hekk kif l-ekonomija ta' pajjiżna kibret b'mod sostanzjali u b'suċċessi mingħajr preċedent, irridu issa nkomplu naħdmu biex nieħdu lil pajjiżna fil-livell li jmiss. Nirrikonoxxu li hemm sfidi ġodda li qed nesperjenzaw bħala poplu. Fejn qabel konna nitkellemu dwar nuqqas ta' xogħol, illum qed infitxxu li ntejbu l-kwalità tax-xogħol u li jkollna ħin ta' kwalità xi nqattgħu mal-familja. Fl-istess waqt għad hemm faxex fis-soċjetà tagħna li għadna ma lħaqniex biżżejjed. Iżda hekk kif kienet il- prijorità ta' dan il-Gvern li jkabbar l-ekonomija u joħloq ix-xogħol issa hija l-prijorità li jindirizza dawn il-gruppi wkoll. Huwa l-Partit Laburista li għandu l-kredibbilità u jista' verament jindirizza dawn l-isfidi. Dawn l-isfidi jġibu magħhom ukoll opportunitajiet biex inkomplu nsaħħu lil pajjiżna u nsostnu l-kompettitività. Għalhekk li fil-25 ta' Mejju, vot lil-kandidati tal-Partit Laburista huwa vot favur aktar ħidma għall-interessi ta' pajjiżna, tal-familji u tan-negozji. B'hekk nistgħu nieħdu lil pajjiżna fil-Livell li Jmiss. Il-livell li jmiss f 'dak relatat mal-ambjent, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-edukazzjoni. Huwa b'hekk li nassiguraw li pajjiżna jibqa' kompettitiv, jibqa' miexi 'l quddiem u nsostnu s-saħħa ta' dan il-pajjiż – il-ħaddiema tiegħu. Miriam Dalli hija kandidata Laburista għall-Parlament Ewropew illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 22 VotEWROPA 2019 CARMEL CACOPARDO It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ: perikoluża? Malta: il-livell li jmiss MIRIAM DALLI