Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 23 VotEWROPA 2019 F il-jiem li għaddew kien hemm ħafna aspetti marbuta max-xogħol f 'Malta li tpoġġew taħt il-lenti dan hekk kif ħarġu numru ta' statistiċi li huma pjuttost inkwetanti u li jitolbu l-attenzjoni tagħna. Skont il-Eurostat, fl-2018 Malta kellha l-inqas żidiet fis-salarji minn fost il-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Agħar minn hekk, jidher li s-salarji f 'Malta huma ferm taħt il-medja Ewropea. Dawn iċ-ċifri huma inkwetanti speċjalment meta wieħed iqis fatturi oħra bħaż-żieda fl-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali. Dan qed iwassal biex iktar familji qed ikollhom inqas flus x'jonfqu. Konsegwenza oħra tas-sitwazzjoni tal-pagi baxxi f 'Malta hija t-telf ta' ħafna ħaddiema kkwalifikati li qed jagħżlu li jmorru jaħdmu barra jew f 'xi pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea fejn jiġu offruti pagi iktar attraenti. Figuri oħra ppubblikati mill- Eurostat jikkonfermaw li Malta kellha t-tieni l-iktar rata għolja ta' early school leavers mill- Unjoni Ewropea kollha fejn student wieħed minn kull sitta telaq mill-iskola aktar kmieni minn kemm mistenni. Il-wegħda ta' Malta kienet li sal-2020, ir-rata ta' early school leavers tinżel għal 10% iżda n-numri juru li fil-fatt din ir-rata sa issa niżlet biss 17.5% sal-2018. Statistika maħruġa mill-MATSEC turi wkoll li student wieħed minn kull tlieta li twieldu fl-2002 huma f 'riskju li jitilqu mill-iskola kmieni. Hemm statistika oħra tal- Eurostat li turi li r-rata tal- istudenti fil-livell terzjarju li għandhom bejn it-30 u l-34 sena hija pjuttost baxxa tant li Malta qiegħda fit-tmien post mill-aħħar. Ir-riżultat ta' dan kollu huwa persentaġġ għoli ta' ħaddiema mhux ikkwalifikati – u fost l-ogħla persentaġġ fl-Unjoni Ewropea minn dan l-aspett. It-tħassib ikompli jitqajjem meta l-esperti jibdew jgħidu li Malta għandha bżonn iktar ħaddiema kkwalifikati, għax inkella se jikber il-fenomenu taċ-'cheap labour' fejn il- ħaddiema jkollhom jikkompetu għal xogħol li jaqa' fil-kategorija taċ-'cheap labour'. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, ikkonferma li f 'Malta hawn ħaddiema barranin li qed jitħallsu ewro fis-siegħa! Biex nindirizzaw dawn il-problemi, irridu ninvolvu l-istakeholders kollha, nevalwaw mill-ġdid il-pjanijiet strateġiċi tal-edukazzjoni, nindirizzaw il-problema tal-early school leavers u nidentifikaw il-miri li rridu nilħqu. Imma fuq kollox irridu nkunu ċerti li qegħdin noffru lill-istudenti tagħna l-aqwa livell ta' edukazzjoni possibbli, u jekk hemm bżonn nagħtu lill-istudenti tagħna l-għodda u l-kwalitajiet li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jsibu xogħol fl-oqsma ekonomiċi li jippremjaw lill-ħaddiema b'pagi ogħla. Il-Kummissjoni Ewropea wkoll ippubblikat statistiċi inkwetanti meta qalet li f 'Malta hawn l-ikbar qasma fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa. Filwaqt din il-qasma kienet teżisti fil- passat, irridu nkunu moħħna miftuħ illi nirrikonoxxu li din il-qasma kompliet tikber. Din hija xi ħaġa li qed tħalli impatt negattiv fuq in-nisa, speċjalment fuq il-pensjoni li se jkunu intitolati għaliha għada pitgħada. L-impjiegi: in-numri ma jigdbux FRANCIS ZAMMIT DIMECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019