Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 Aħbarijiet 8 Tkompli minn pagna 1... L-ewwel sors, Deputat tal-PN, sostna illi l-aħħar li tlaqqa' l-Grupp Parlamentari kien ftit iktar minn xahar ilu, preċiżament fil-15 ta' April meta "l-laqgħa kellha tibda fit-3:00 p.m u minflok bdiet fit-3:30 p.m u damet nofs siegħa biss, sal-4:00 pm." Is-sors kompla jgħid li dan ġara, "għax uħud mid- Deputati kellhom imorru l-plenarja." Qabel din il-laqgħa qasira, qalulna s-sorsi, kien ilu ftit mhux ħażin ma jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari. Xi ħaġa li kompla jgħid illi hija "barra min-normal għax fis-snin ta' Lawrence Gonzi u Simon Busuttil fit-tmexxija konna niltaqgħu madwar darba fil-ġimgħa." Dan id-Deputat qal lill- ILLUM illi nhar il-15 ta' April id-Deputati tlaqqgħu biss għal nofs siegħa. "Kellna niddikskutu l-mozzjoni dwar il-mina. Fil-fatt ma ddiskutejna xejn u litteralment iddeċidejna kif se nivvotaw ftit qabel ma ttieħed il-vot." Dan id-Deputat sostna li hemm biża' li jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari għax iqumu ċerti kwistjonijiet, kritika u hemm ċans li joħroġ diżgwid serju bejn numru ta' Deputati u t-tmexxija tal-PN. Sorsi qrib ħafna Adrian Delia qalu li m'hemm "assolutament l-ebda biża' li jitressaq il-Grupp Parlamentari, sempliċiment bdiet kampanja u din tieħu preċedenza." Din kienet ir-risposta li ngħatat din il-gazzetta anke jekk baqgħet tfakkar illi l-Grupp baqa' ma tlaqqax anke qabel April, meta kienet għadha ma bdietx il-kampanja. "Mela qabel konna niltaqgħu darba fil-ġimgħa. Issa nidħlu fil-Parlament u lanqas inkunu nafu x'se ngħidu fuq is-suġġett. Kulħadd ta' dak il-ħin." It-tieni sors, deputat ieħor tal-PN, filwaqt li kkonferma dak kollu li qal l-ewwel sors fir-rigward ta' nuqqas ta' laqgħat, ma qabilx dwar ir-raġuni għalfejn mhux qed jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari. "Ma naħsibx li hija biża'. Naħseb li mhux qed niltaqgħu sforz nuqqas ta' pjan u strateġija. Il-problema mhux Delia," sostna dan id-Deputat, "il-problema huma n-nies ta' madwaru speċjalment Clyde Puli." Intant Deputat ieħor tal-PN li tkellem ma' din il-gazzetta, reġa' mill-ġdid ikkonferma dak kollu li qalu l-ewwel Deputat qablu. Dan iżda saħansitra sostna li jista' jkun hemm biża' illi xi ħadd jieħu rekording tal-laqgħa u jgħaddiha lill-midja. Dan is-sors qal illi Delia mhux il-problema "għax jekk ikun hemm bżonn se jsib ħin biex ikellmek, Delia huwa raġel tan-nies. Għalhekk naraha stramba jiena li mhux qed jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari." L-istess sors iżda qal li l-problema hija li Delia mhux qed jiltaqa' ma' min qed jagħmillu l-ħsara. "Meta ma jlaqqax il- Grupp Parlamentari qed jitfa' l-ħatab fuq in-nar biex ikollhom aktar xi jgħidu. Clyde Puli huwa kollox," jerġa' jgħid dan id-Deputat f 'eku għal dak li qal deputat qablu lill- ILLUM. "Ma tantx iħobb jiddelega d-deċiżjonijiet. L-aħħar kelma hija tiegħu. Kważi, kważi ngħidlek li hu jmexxih il-Partit, l-aħħar kelma dejjem tiegħu u Delia joqgħod ħafna fuq il-kelma tiegħu," sostna s-sors. Minkejja li ma stajniex nagħmlu kuntatt ma' Puli, persuni qrib tiegħu ċaħdu u sostnew illi mhu vera xejn li s-Segretarju Ġenerali tal- PN mhux qed iħalli laqgħat isiru. "Id-diskussjoni qed issir mela u kieku jinqala' xi ħaġa urġenti niltaqgħu. Id- diskussjonijiet dwar il-mina, pereżempju, ħadu sigħat twal. L-ewwel id-diskussjoni ssir fost dawk li qed jieħdu ħsieb is-suġġett (Shadow Ministers) imbagħad jersqu għand il-Grupp Parlamentari bil-proposta li tiġi approvata jew le." Il-Grupp Parlamentari huwa fejn Delia sab l-aktar reżistenza kemm ilu Kap tal-PN, fil-fatt kienet din il-gazzetta stess u s-sit illum.com.mt li żvelaw illi saħansitra kienu qed jinġabru firem fil-Grupp Parlamentari biex Delia jitneħħa minn Kap, xi ħaġa illi eventwalment falliet. Kienet din il-gazzetta u s-sit ukoll illi żvelaw kif ir- reżistenza kibret wara filmati ta' Delia f 'argument privat u familjari. Konna żvelajna illi bosta fil-partit, inkluż ħafna fil- Grupp Parlamentari, għalissa qed jistennew u jibqgħu kwieti biex ħadd ma jwaħħal fihom għat-telfa tal-PN nhar is-26 ta' Mejju, iżda mbagħad jerġgħu jaħdmu b'forza biex Delia (jew xi nies madwaru) jitneħħew f 'każ ta' telfa qawwija. 'Fuq il-mina ddeċidejna kif se nivvutaw qabel dħalna fil-Parlament' Tliet Deputati tal-PN ikellmu lill-gazzetta ILLUM u jilmentaw illi l-Grupp Parlamentari mhux qed jiltaqa'. Wieħed mid-Deputati jgħid li saħansitra hemm biża' illi l-konverżazzjoni jew xi battibekk waqt il-laqgħa tkun leaked lill-gazzetti...tnejn mid-Deputati jwaħħlu f'Clyde Puli

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019