Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju2019 11 VotEWROPA 2019 Fil-Mellieħa d-distakk mhuwiex xi wieħed kbir. Fl-aħħar elezzjoni lokali li saret fl-2013, id-distakk kien ta' 279 vot biss. Hija lokalità interessanti għax hija prova ta' kemm kull vot jgħodd. Fl-2008, il-Partit Laburista ġab il-maġġoranza tal-voti, iżda l-Partit Nazzjonalista, minħabba s-sistema tal-wirt tal-voti, eleġġa aktar siġġijiet, u spiċċa biex iggverna hu. X'qed joffru l-partiti politiċi għall-Mellieħa? Il-Partit Laburista qed jipproponi li: • Jinbena parkeġġ pubbliku ġdid taħt l-iskola primarja li jkun jinfed għaż-żona kummerċjali ta' Triq Ġorġ Borg Olivier • Tkun studjata l-possibbilità li jiġi installat lift biex itejjeb l-aċċess għall-pjazza ewlenija • Jinħoloq ġnien fuq l-art mitluqa fl-inħawi tal-Mellieħa Heights u jkunu proposti żoni ta' rikreazzjoni u park għall- klieb fiż-żoni ta' Selmun • Tinbena mill-ġdid Triq il-Parroċċa u jiġu installati sistemi ta' culverts ġodda b'sistema ta' dawl u komunikazzjoni ġodda taħt l-art • Isir studju dwar is-sistema tal-ilqugħ tal-ilma fil- widien • Jinżamm manutenzjoni fil-bajjiet u jsir xogħol fuq il-mollijiet, slielem u r-railings bil-bajjiet ikunu aktar aċċessibbli għall- persuni b'diżabilità Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li: • Jiżdiedu l-ispazju miftuħa fil-lokalità, fosthom belvedere fi Triq l-Assedju l-Kbir • Proġett li jagħti dehra moderna lill-pjazza tal- Mellieħa u jinstab lok għal latrina pubblika • Studju estensiv dwar l-impatt tat-traffiku fil-Mellieħa u dwar dan issir konsultazzjoni mar- residenti u n-negozji • Issir insistenza għall- preżenza tal-pulizija jew uffiċjal tal-komunità quddiem l-iskola fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ • Jiġu identifikati aktar żoni pedonali bħalma sar f 'Misraħ iż-Żjara tal-Papa • Jitneħħew il-cables madwar il-Mellieħa li ma għadx hemm bżonnhom • Jitkompla l-proġett ta' dawl permanenti mal-faċċata tal-Knisja u jiġi installat lift mas-sur li hemm biswit il-knisja • Il-Kunsill jaħdem biex il-Forti Campbell jgħaddi f 'idejn il-Kunsill • Jitnieda proġett biex binja fil-Park tal-Majjistral li fl-2010 għaddiet f 'idejn il-Kunsill tinbidel f 'mużew tal-melħ u l-għasel • Jitqabbdu artisti Melliħin biex isebbħu t-turġien ewlenin ta' madwar ir-raħal • Jibda proċess biex jissaqqaf il-grawnd fil-Park tal- Familja b'tinda li tinfetaħ u tingħalaq • Tibqa' għaddejja ħidma biex jinstab sit għal Sala tal-Komunità • Iż-żona magħrufa bħala Tat-Tunnara terġa' tingħata lis-sajjieda Melliħin • Ikun studjat servizz ta' vann mil-lukandi għaċ- ċentru tar-raħal • Il-Kunsill jaħdem biex iżid is-servizz offrut fiċ- ċentru tas-saħħa f 'Dar il-Madonna tal-Mellieħa u jesplora l-possibbilità li fis- sajf ikun offrut is-servizz ta' ambulanza stazzjonata fl-istess ċentru • Tkun ikkunsidrata l-idea li quddiem il-knisja tal-Manikata ssir żona pedonali u jsir avveniment annwali fl-istess żona • Jerġgħu jiġu organizzati l-attivitajiet: L-Isportivi Melliħin tas-Sena, Il-Jum Sportiv, L-Iljieli Melliħin, Milied Mellieħi u l-Mellieħa Gardens by Night. Oriġinarjament, il-Partit Nazzjonalista kien għamel żmien jirbaħha b'maġġoranza komda. Illum iż-żewġ partiti spiċċaw ras imb ras, fejn saħansitra fl-elezzjoni lokali tal-2012, il-Partit Laburista rnexxielu jirbaħ il-maġġoranza. Fl-aħħar kunsill, elett fl-2015 u mmexxi mill- Partit Nazzjonalista spikkaw ir-riżenji, inkluż tas-Sindku Graziella Galea li tilfet l-appoġġ ta' wħud mill-kollegi tagħha stess. Ta' min ifakkar li l-akbar partit f 'dan il-lokal huwa ta' dawk li jibqgħu d-dar u ma joħorġux jivvutaw. X'qed joffru l-partiti politiċi għal San Pawl il-Baħar? Il-Partit Laburista qed jipproponi li: • Il-binja tal-kunsill lokali tkun irrilokata f 'bini ġdid li jkun jinkludi ċentru ċiviku li jkun jinkludi ċentru tas-saħħa u parkeġġ taħt l-art • Aktar infurzar fejn tidħol iż-żamma tal-ordni, il-konstruzzjoni, l-ambjent u l-indafa • Isiru xogħlijiet ta' tisbiħ mad-dawra tax- xatt, fil-pjazza ta' Buġibba, fiż-żona ta' San Franġisk u l-akwati ta' Triq il-Luzzu u l-Menqa • Ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tar-residenti ta' Burmarrad, ix-Xemxija, il-Qawra, il- Wardija u l-Imbordin • Titnieda diskussjoni biex ikun hemm servizz ta' saħħa usa' għar-residenti tal- lokal u l-madwar • Jitlesta l-proġett tar-riġenerazzjoni tal- klabb tal-akwatiku tas-Sirens li se jinkludi gym u indoor pool • Isir xogħol ta' manutenzjoni fuq il-playing fields eżistenti u jsir riġenerazzjoni tal- bandli ta' Burmarrad u l-Veċċ tal-Qawra • Meta jitlesta l-bini tal-iskola l-ġdida, il- faċilitajiet tal-iskola jkunu jistgħu jintużaw wara l-ħin • Ikun żviluppat servizz ta' park and ride għaċ-ċentru tal-lokal • Isiru xogħlijiet fuq il-mollijiet, il-marinas u jiġi identifikat post għaż-żamma tad- dgħajjes żgħar Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li: • Tliet kunsilliera jkunu ffukati fuq ix- Xemxija, Burmarrad, Buġibba, il-Qawra u l-Wardija. Kull sena erba' laqgħat tal- kunsill isiru fihom • Il-kunsill ikollu binja fil-qalba tal-lokal u jkun hemm uffiċċji fergħat tal-kunsill f 'Buġibba u l-Qawra • Jiżdiedu l-ispazji miftuħa fil-lokalità • Isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisbiħ tul il-belvedere tal-lokalità, isir dawl u pavimentar ġdid u anke jsiru xogħlijiet fix-Xemxija wara l-ħsara li kkawżat il- Grigalata ta' Frar • Tkun studjata l-possibbilità ta' skips taħt l-art biex jitneħħew ħafna mill-irwejjaħ u l-indafa tingħata prijorità • Jiġi implimentat il-ftehim ta' koperazzjoni ffirmat mas-Sirens Waterpolo Club biex il-pixxina tkun disponibbli għall-komunità u għall-istudenti tal-iskola primarja • Jiżdiedu l-attivitajiet li jżidu l-għarfien dwar San Pawl il-Baħar u l-Gżejjer ta' San Pawl fost ir-residenti • Ikun ippubblikat studju dwar il-qagħda soċjali fil-lokalità biex il-kunsill jaġġorna l-politika tiegħu skont il-ħtiġijiet tas- soċjetà • Ikun hemm ċentru tas-saħħa fil-lokalità • Jittejjeb is-servizz taċ-ċentru ta' matul il- jum għall-anzjani tal-lokalità u jkun estiż is-servizz tar-residenti li jinqdew mill- Qawra Leap Centre • Jinfetaħ ukoll ċentru għal matul il-lejl Sal-2006, iż-żewġ partiti l-kbar kienu ras imb ras f 'din il-lokalità iżda sal-2013, il-Partit Laburista rebaħ b'distakk ta' 988 vot. Fl-aħħar ġimgħat kien għaddej battibekk wara li s-Sindku Rabti, Charles Azzopardi ma tħalliex jikkontesta mill-Partit Laburista u għamel sensiela jidher fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM żvelat kif dan qed ikun investigat fuq allegazzjonijiet ta' miżapproprijazzjoni u korruzzjoni iżda hu qed jisħaq li ma għamel xejn ħażin. X'qed joffru l-partiti politiċi għar-Rabat? Il-Partit Laburista qed jipproponi li: • Tkun studjata l-possibbilità li ċ-ċentru ċiviku jimxi għall- binja li tkun tista' tospita day centre u night centre għall- anzjani • Issir pressjoni mal- awtoritajiet biex tinfetaħ dar tal-anzjani • Jinbena out door gym fiż- żona tan-Nigret u jsir xogħol ta' tisbiħ fuq Pjazza San Duminku, il-belvedere tal- Virtù u l-Ġnien f 'Għar Barka • Jitlesta l-proġett tal-Ġnien ta' Bir Iljun • Isiru diskussjonijiet biex il- grawnd tal-iskola tal-Baħrija jkun aċċessibbli anke wara l-iskola • Isir tindif tal-widien u jitħawlu aktar siġar • Isir xogħol fl-inħawi taċ- Chadwick Lakes, Wied il-Bużbież, Għar Barka, In-Nigret u parti mit-triq tal-Virtù • Issir mogħdija kulturali mad-dawra tal-lokalità u jsir restawr ta' diversi siti storiċi, fosthom niċeċ, il-kappella medjevali tas-Sanċir u l-Palazz tal-Isqof • Tiġi indirizzata l-problema tal-għargħar fi Triq il-Kulleġġ u ssir pressjoni biex titlesta s-sistema tad-drenaġġ fil- periferija tar-Rabat Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li: • Isir xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni fi Ġnien Bir Iljun u fi Ġnien Għar Barka u jitkompla l-pavimentar tal-isqaqien fiċ-ċentru tal- lokalità • Issir art ġdida tal-lastiku fil-ġonna u jinbnew ċnut ta' lqugħ għas-sigurtà tat-tfal fl-istess ġonna • Tkun esplorata l-possibbilità li jinfetaħ Ċentru ta' Matul il- Jum għall-anzjani tal-lokalità biex ma jibqax ikollhom għalfejn jattendu fiċ-ċentri ta' Ħad-Dingli u tal-Imtarfa. Il-Mellieħa: minn lift sal-pjazza għal mużew tal-għasel Ir-Rabat: il-partiti jenfasizzaw fuq it-tisbiħ taż-żoni miftuħa San Pawl il-Baħar: minn ċentru tas- saħħa għal aktar tisbieħ u ndafa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019