Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
31 John Wick (Reeves), assassin gwapp espert f 'xogħlu, kien jaħdem għall- organizzazzjoni sigrieta, The High Table, Suppost li issa ilu ħames snin irtirat, jgħaddi ħinu mal-kelb bulldog tiegħu, iżda l-inkwiet dejjem jiġri warajh u ma jħallihx jistrieħ kif jixtieq. Iż-żewġ produzzjonijiet ta' qabel, John Wick (2014) u John Wick, Chapter 2 (2017) kienu mimlija azzjoni furjuża u spissa, iżda naħseb li Parabellum jiżboqhom sewwa. Mal-ftuħ, John u l-kelb tiegħu narawhom jiġru fit-triqat ta' New York, dejjem bix-xita nieżla, imxarrbin għasra. Fil-librerija fejn hu jkun ifittex ktieb b'affarijiet antiki prezzjużi ġo fih, ikun attakkat minn membru tal-organizzazzjoni u wara taqtigħa ħarxa u brutali John joqtlu. The High Table, ipoġġu prezz ta' 14-il miljun dollaru u kull aġent, assassin u opportunist jibdew ifittxuh. Dan ix-xogħol jibda eżatt fejn ħalla Chapter 2 u jkompli b'manija ta' azzjoni qawwija li ma' taqta' xejn. John jinsab mifni bid-dejn, jixtieq jirranġa mad- Direttrici (Huston) tal-organizzazzjoni li kienet ukoll protettriċi tiegħu. Kull darba, biex jibqa' jferfer ikollu juża t-talenti tiegħu li għamluh rinomat, biex jeħodha ma' ġellidin gwappi esperti fl-arti marzjali u ma' assassini oħra lesti għalih b'kull xorta ta' armi. Għalkemm xi sekwenzi tal-ġlied jidhru pretenzjużi u ordinarji, nsibu aktar minn dawn tassew orkestrati b'manjiera stupenda, speċjalment tal- final f 'post verament lussuż ta' ħġieġ ma' kullimkien, anki fis-saqaf u fl-art, u bi dwal ikkuluriti jiċċaqilqu u jibdlu l-kulur li hi tassew fi klassi għaliha f 'din is-serje u li kontinwament tippompja l-adrenalina. Atturi li qed jerġgħu jirrepetu l-parti tagħhom huma Ian McShane bħala Wilson is-sid u l-maniġer tal-Continental Hotel ta' New York, li lest jagħmel favur lil John, Laurence Fishburne, il-kap tal-kriminalità li jaħdem minn taħt, magħruf bħala l-Bowery King, Lance Redding l-assistent tiegħu fil-lukanda u oħrajn. Il-ġodda huma Halle Berry, assassina u ħabiba ta' Wick, Anjelica Huston, id-direttriċi u Asia Kate Dillon il-kordinatriċi tal-organizzazzjoni. John Wick, Chapter 3 - Parabellum hu film li nistgħu nikklassifikawh mal-ġeneru noir, bl-atmosfera notturna tiegħu, it-triqat mixgħula bid-dawl jirrefletti fl-art mxarrba u bl-assassini għassa għal xi attakk, però hu 'l bogħod ħafna mill-vena klassika ta' dawn il-films. John Wick jidher li m'għandux kwiet u jrid jeħodha mad-dinja; il-ħabib tiegħu Wilson jgħidlu: Se vis pacem parabellum (Jekk trid il-paċi pprepara għall-gwerra). Fiż-żewġ episodji ta' qabel, l-eroj tagħna kien l-instigatur, hawn isib ruħu l-mira tal-marmalja. F'din il-produzzjoni nsibu kull xorta ta' azzjoni mħarrka, sparar, vjolenza kultant esaġerata u ġiri mhux biss bil- karozzi imma anki biż-żiemel fit-triqat prinċipali ta' din il-metropoli. Din il-ġimgħa ħareġ ukoll il-film animat għaċ-ċkejknin, Paw Patrol - Mighty Pups (Ċert. U). Harold Humdinger u l-qattus tiegħu Humphrey imissu ma' metjorita radjo-attiva li tikkawża li dawn u l-Paw Patrol jiksbu qawwa speċjali. illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 TV/Ċinema Tnejn mill-aktar serje popolari fiċ-ċinema ta' dawn l-aħħar 20 sena huma The Lord Of The Rings u x'ġara qabel, The Hobbit. L-awtur ta' dawn ix-xogħlijiet klassiċi ta' fantasija eċitanti hu J. R. R. Tolkien. Tolkien hu film pjuttost drammatiku/ bijografiku dwar is-snin ta' formazzjoni li għamlu lil John Ronald Ruel Tomkien (Hoult) wieħed mill-aqwa kittieba, poeti u akkademiċi ta' żmienu. Wara prologu ta' meta hu kien tifel orfni, immorru fl-Ewwel Gwerra Dinjija, fit-trinek tal-Battalja ta' Somme, fi Franza, waħda mill-aktar imdemmija għall-armata Brittanika, fejn dan l-awtur qalb miżerja ta' tajn u umdità kbira, kien kontinwament iġib quddiem għajnejh il-ħajja tiegħu, speċjalment dik akkademika, fejn sab kumpanija ġenwina, ispirazzjoni artistika u mħabba fi grupp ta' studenti bħalu. Meta sar iħobb lil Edith Bratt (Collins), din ir-relazzjoni intensiva kienet se tisfratta din l-għaqda ta' bejniethom. Imrobbi mid- devota u immaġinattiva ommu, li sikwit kienet taqralu diversi stejjer, li mietet traġikament meta kellu biss 12-il sena, Tolkien kellu jiffaċċja futur inċert waħdu. Kien però sikwit iġib quddiem għajnejh viżjonijiet fantastiċi li kważi 20 sena wara għamluh famuż. Dawn l-esperjenzi li akkwista għenuh sewwa biex jikteb in-novelli tiegħu dwar Middle Earth (id-Dinja tan-Nofs, l-ambjent tan-novelli). Kien dan l-awtur waħdu li ddomina d-dinja tal-fantasija, avventuri, sħaħar u ħlejjaq ta' kull tip fis-seklu l-ieħor. Meta fl-1937 kiteb The Hobbit , il-poplu għatxan għal xi ħaġa oriġinali, unika u mhix tas- soltu, iġġennen wara dan ir- rakkont u kompla kabbar is- sodisfazzjon wara b'avventuri aktar spettakolari b' The Lord Of The Rings. Tolkien hi produzzjoni li aktar tiffoka fuq id-determinazzjoni ta' wieħed li, kontra kull ostaklu u minkejja l-imrar tal-ħajja ta' telf tal-ġenituri tiegħu, baqa' jistinka biex ipprovda xi ħaġa ġdida li fl-immaġinazzjoni tieħu lill-qarrejja f 'ambjent viżjonarju rikk b'fantasija u renjijiet ta' ħlejjaq strambi u grotteski. Atturi Ewlenin: Nicholas Hoult; Lily Collins; Colm Meaney; Derek Jacobi; Laura Donnelly; Anthony Boyle. Direttur: Dome Kaurukoski. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 111 min. Ċert. P.G. Carmel Bonnici John Wick, Chapter 3: Parabellum Paw Patrol - Mighty Pups Atturi Ewlenin: Keanu Reeves; Ħalle Berry; Laurence Fish- burne; Mark Dacascos; Asia Kate Dillon; An- jelica Huston; Ian McShane. Direttur: Chad Stahelski. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 131 min. Ċert. 15. Films għal din il-ġimgħa Tolkien