Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
13 Intervista Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 | illum imma din mhix elezzjoni faċli għall-PN' wegħduhom affarijiet tal-għaġeb' Imma jekk il-poplu jerġa' jagħżel lill-PL b'maġġoranzi kbar, ma tkunx l-għażla sovrana tal-poplu? Mhux ikun ifisser li l-poplu kuntent? "Ifhem jiena niltaqa' ma' ħafna Laburisti li għamlu 25 sena jappoġġjaw lill-partit tagħhom u li llum ingħataw il-ġenb..." ninterrompih u nistaqsih jekk hawn hux qed nitkellmu dwar persuni li forsi ma nqdewx jew ma ħadux xi ħaġa li xtaqu, anke jekk ma kienx ħaqqhom. Hu jisħaq li hemm persuni differenti. "Hemm Laburisti Għawdxin, li pereżempju ma jinqdewx fl-isptar u huma inkwetati u iva hemm dawk li qabel l-aħħar elezzjoni webbluhom b'xi xogħol pereżempju. Naf Laburisti wegħduhom affarijiet tal- għaġeb, xi xogħol ta' assistant driver, pereżempju. Mhux xufier, imma xi ħadd li jagħti d-direzzjonijiet lix-xufier. Jista' jkun li din talba eseġerata, imma jekk webbluhom lin- nies, tistenna mod ieħor?" staqsa rettorikament Psaila. U switchers li forsi xebgħu mill-PL qed iħarsu lejn il-PN? "Fadal ħafna xogħol x'nagħmlu fuq dawn in-nies, ħafna," jammetti l-kandidat Nazzjonalist mal-ILLUM. 'Jiġri x'jiġri, wara l-elezzjoni rridu niġbdu ħabel wieħed' Infakkru li hu kien l-aktar persuna li b'forza qed isosotni li jkun xi jkun ir-riżultat Adrian Delia għandu jibqa' kap tal-PN. Imma skużi jekk ikun ċar li settur kbir ta' Nazzjonalisti ma jridux jafu b'Delia, dak il-periklu għad-demokrazija li tkellem dwarha hu stess jkun qed jiġi mġebbed għal tliet snin oħra jekk jibqa' "jiġri x'jiġri". "Le ma naħsibx," jibda jgħid Psaila. "Ma naħsibx li kap ġdid tiġġudikah biss sena wara li jkun elett fil-kariga. Ikun xi jkun ir-riżultat, "internament wara, kulħadd irid jifhem li rridu niġbdu ħabel wieħed, iktar minn qatt qabel." Hu jfakkar fl-1996, meta bosta kienu talbu għar-riżenja ta' Eddie Fenech Adami iżda dan baqa' "u ara x'suċċessi għamel wara." Jisħaq illi qed isiru ħafna konklużjonijiet fuq elezzjoni li għadha ma saritx u ma jħossx li dan hu sew. "Aħna m'għandniex il-power of incumbency favurina. Aħna ma nistgħux indendlu l-karrotta bħal Muscat, noqogħdu nwiegħdu l-impjiegi u l-akkomodazzjoni soċjali qabel l-elezzjoni." 'Il-Gvern għandu pjan ekonomiku li huwa mibni fuq il-barranin' Indawru s-suġġett u nitkellmu dwar il-barranin. Kemm verament qegħdin jinkwetawhom il-barranin lin- nies? Kemm qed jisma' lmenti? "Ilbieraħ kont qiegħed l-Imsida u jekk għamilt 10 minuti hemm, barranin biss għaddew. M'hemm xejn ħażin," jgħid mill-ewwel bħal donnu biex jiċċara l-ewwel stqarrija tiegħu. Qabel il-gazzetta għandha ċans tirreaġixxi wisq jgħid li l-problema mhix il-barranin imma "li għandna pjan ekonomiku mibni fuq il-barranin." "Aħna ġibna l-qasam tal- gaming, aħna ġibna s-servizzi finanzjarji. Nifhem li f 'ċerti xogħlijiet hemm bżonn ta' ċerti barranin, imma ma nistgħux nibbażaw kollox fuq settur wieħed." Imma x'inhuma s-soluzzjonijiet li qed jpoffri l-PN? "Serjetà," jibda jgħid Psaila. Hu sostna li hemm bżonn illi min iħaddem u l-ħaddiema lkoll ipoġġu bilqiegħda u jiddiskutu x'futur ekonomiku rridu nagħtu lill- pajjiż, x'oqsma rridu u aktar. Infakkru illi jekk ikun hawn ħaddiema ta' valur il-kirjiet li, ġustament, tant qed jitkellem dwarhom il-PN ikomplu jiżdiedu. Inwaqqfu u ngħidlu li biex jiżdiedu l-pagi jrid jitnaqqas l-abbuż, li l-ebda partit fil- gvern ma kien lest li jiġġieled kontrih biżżejjed. Frank Psaila jammetti li f 'pajjiżna hawn inġustizzji kbar u jsemmi persuni li qed jitħallsu €4.50 fis-siegħa. "Din it-tip ta' sitwazzjoni rridu nirranġawha," jgħid Psaila. Infakkru illi minkejja tgergir dwar pagi u prezzijiet ħafna xorta jemmnu li huwa dan il-Gvern li jista' jagħmel differenza, wara kollox ħafna jħossu li dan il-Gvern jibgħatlek iċ-ċekkijiet u ieħor il-kontijiet. "Jiena mhux qed ngħid li ħażin li jintbagħtu ċ-ċekkijiet. Imma ladarba sejrin tajjeb kemm hu aħjar li nieħdu deċiżjonijiet iktar radikali! Bħal, pereżempju, inwessgħu l-bands tat-taxxa. Resqin lejn it-tmiem u nfakkru illi l-PN jidher li sejjer ħażin mhux biss għax Delia huwa ġdid fix-xena imma wkoll għax hemm akkużi li saru minn Daphne Caruana Galizia u li dawn, fattwalment, ma jistgħux ikunu kkonfermati jew miċħudin għax Delia waqqa' l-libelli, l-għada li nqatlet Daphne. "Din il-persuna kienet assassinata u l-għada Delia waqqa' l-libelli bħala sinjal ta' rispett. Issa dwar dan l-assasinju rrid ngħid li għad hemm mistoqsijiet kbar. Wasal iż-żmien li nsibu tarf ta' din il-kwistjoni," sostna l-kandidat Nazzjonalista. Dwar Delia jgħid illi smajna ħafna allegazzjonijiet imma ma saritx investigazzjoni. Infakkru li lanqas fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri ma saru investigazzjonijiet imma l-PN xorta qed isibhom ħatja ta' korruzzjoni. "Differenti. Fuq tal-Panama, waqt li n-nies kienu qed jifirħu li kien elett Gvern Laburista, Ministru ewlieni mar jiftaħ kont il-Panama. X'kien l-iskop? Jekk ried iġemma' għall- familja għalfejn ma fetaħx kont Malta?" Għal mument naqbżu fuq Egrant u jgħidli illi huwa dak li jgħid Delia li jgħodd għalkemm ma jagħtix tort lil dawk li jemmnu illi Egrant ta' Muscat ladarba r-rapport tal- Maġistrat Aaron Bugeja għadu ma ġiex ippubblikat. 'Se noffri stil ta' politika viċin in-nies' U finalment issir l-akkuża illi l-MEPs tal-PN fl-aħħar snin għamlu ħsara kbira lill-pajjiż b'tixwix. Hu x'jaħseb? Psaila ma jidhirx impressjonat u jisħaq illi din tal-ħsara lil Malta Muscat "biegħha" tajjeb. "Jiġifieri jkunu qed jinħatfu l-istituzzjonijiet u ma nitkellmux dwar dawn l-affarijiet?" jistaqsi Psaila rettorikament. "Dawn id- dover tagħhom kienu qed jagħmlu. Xi ppretendew li ma nagħmlu xejn? Li tqajjem ċerti kwistjonijiet fil-Parlament Ewropew ma fiha xejn ħażin u jien hekk se nagħmel ukoll. Irrid li nqajjem ukoll kwistjonijiet li jgħaddu minnhom in-nies ta' kuljum." "Jiena se noffri stil ta' politika viċin in-nies, politika fuq dak li qed iħossu n-nies," itemm jgħid Frank Psaila mal-gazzetta ILLUM. Frank Psaila • Ritratt: James Bianchi