Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Demokratiku huwa miftuħ għal kollox," meta mistoqsi jekk fil- futur jistgħux jingħaqdu. 'Vot lil Lowell mhuwiex vot ta' protesta' Ma stajniex ma nitkellmux miegħu dwar Norman Lowell, li fis-sondaġġi qabeż lill-partiti żgħar biex illum huwa t-tielet l-aktar popolari wara l-partiti l-kbar. Dan ma jinkwetahx? Farrugia ried jiftaħ għajnejn il- votanti waqt li ddeskriva l-partiti ta' Lowell bħala razzist u sessist. Kien hawn li tefa' t-tort kollu f 'idejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. "Ħares lejn it-trolls tagħhom fuq il- midja soċjali u ara kif jitkellmu fuqi b'mod sessist jew kif nispiċċa mhedded għax ngħid dak li hu," saħaq Farrugia. Saħaq li min qed jaħseb li vot lil Lowell huwa vot ta' protesta sejjer imqarraq. 'Id-diskussjoni fuq l-abort bdieha Joseph Muscat' Ma stajniex ma nitkellmux miegħu dwar l-abort li sar tema ewlenija ta' din l-elezzjoni. "Li ssejjaħ l-elezzjoni tal-MEPs bħala referendum fuq l-abort hija wġigħ ta' qalb għax tfisser li qed nitkellmu fuq is-suġġett għall-konvenjenza politika," saħaq Farrugia dwar Delia. Madanakollu insista li d-diskussjoni bdieha l-Prim Ministru f 'Jannar li għadda meta, fi kliemu, bħal sajjetta fil- bnazzi, semma dan is-suġġett, u anke l-Ministru Chris Fearne meta qal li huwa l-abort il-kawża għalfejn Malta waqgħet lura l-indiċi dwar il-kura tas-saħħa pubblika. Insista li Muscat, fejn tidħol il-kwistjoni tal-ħajja, uża "l-politika tal-konvenjenza" daqs Delia, meta fi kliemu, dawwar il-fehma tiegħu fuq il-Morning After Pill u anke fuq l-iffriżar tal-embrijuni. Filwaqt li tenna li l-PD huwa kontra l-abort u favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali, insista li għandha ssir diskussjoni serja dwar is-suġġett. Xi jkunu l-prijoritajiet tal-PD fl-UE? Mal-Kap tal-PD tkellimna dwar il-prijoritajiet tiegħu jekk ikun elett, b'Farrugia jisħaq li l-PD bħala partit affiljat mal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi (ALDE) jaħdem fuq ħames temi, jiġifieri fuq: l-immigrazzjoni, is-sigurtà, l-ambjent u l-bidla fil-klima, l-ekonomija etika u istituzzjonijiet li jaqdu liċ- ċittadini. Fakkar li l-PD diġà kiteb tliet darbiet lill-UE, fuq l-Att dwar il-Whistleblower, il-kuntratti tad-DB u fuq il-kuntratt ta' San Vinċenz de Paule. Staqsejnieh f 'liema kumitati jixtieq li jaħdem. Saħaq li l-bniedem l-aqwa investiment li għandu huwa saħħtu u marbuta magħha, biex persuna tkun b'saħħitha, l-ambjent irid ikun imħares bħala kapital naturali. Għalhekk, Farrugia jixtieq jaħdem fil-Kumitat dwar is-Saħħa jew inkella f 'dak il- kumitat li jindirizza kwistjonijiet ambjentali. Il-mina u l-kaċċa. X'jagħmel fil-PE? Dwar il-mina, Farrugia insista li l-proġett "diġà beda minn siequ." Insista li l-istudji li saru sa issa mhux jindirizzaw diversi kwistjonijiet, fosthom ir-rimi tal-iskart, ir-rapport ġeoloġiku ma ġiex imħabbar u ħadd ma jaf x'inhi l-istrateġija dwar ir-reklamazzjoni li ntrabtet ma' dan il-proġett. "Tista' qatt tkun konvint li l-affarijiet qed isiru sew meta bdew jitħabbru s-sejħiet u l-istudji għadhom nofs sajran?" staqsa Farrugia. "Il-mina mhijiex vijabbli." Dwar il-kaċċa, Farrugia kien skjett. "Jekk se nitkellem fuq sostennibbilità miegħi ma hemmx kantunieri… Nifhem li l-kaċċa hija tradizzjoni b'saħħitha. Nifhem li dan il- mistier għandna nħaddnuh. Jekk se nitkellmu fuq kaċċa inġenerali nimxi mas- sostennibbilità. Dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa jiena ma naqbilx," temm jisħaq. illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 3 VotEWROPA 2019 jien ħalli l-Kunsill jiffranka eluf ta' ewro fi flus. Ix-xogħol li dejjem għamilt dejjem sar fejn kont imqabbad nagħmlu. Jiena qatt ma għamilt xogħol li ma kienx hemm il- bżonn li jsir dan jew fejn ma kontx imqabbad u meta ngħid imqabbad nagħmlu fis-sens awtorizzat u bi qbil mal-kunsilliera kollha tal- Kunsill. Fl-artiklu ssemma wkoll li jiena kont inqabbad kuntratturi ħbieb tiegħi sabiex nagħmel ċertu xogħol. Illi dan assolutament mhuwiex minnu peress illi kien il-Kunsill li jqabbad il-ħaddiema tiegħu bl- inġenji tagħhom u jiena kont nara u nissorvelja flimkien mal-'contract manager' tal-Kunsill is-Sur Raphel Carabott li x-xogħol qiegħed isir Ngħid illi bla interessi ta' xejn bosta drabi kont ngħin il-ħaddiema jien stess u dan fl-interess tal- Kunsill stess. Dan għadni nagħmlu sal-lum il-ġurnata fejn ħafna nies dejjem sabuni bħala punt ta' referenza. Ix-xogħol mill-kunsill ingħata lil bosta persuni. Nerġa' ntenni kif għidt qabel li ħafna mix-xogħol li tqabbadt nagħmel kont nispiċċa nagħmlu jien biex jiġu ffrankati l-flus għall- Kunsill u għalhekk l-allegazzjonijiet kollha miġjuba fil-ġurnal ILLUM huma kollha inveritieri u foloz. b'malizzja biex tal-familja tiegħi' Lowell kiber tort tal-PN u l-PL…

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019