Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

M hux ser indur mal-lewża. Jien m'iniex kuntent sa barra bil-Gvern. Naħseb li kieku kont kuntent, kont nistenna gvern li jagħti kas aktar l-ambjent naturali bis-serjetà u gvern li jdaħħal regoli ġodda tal-ippjanar u li jkun inqas marbut man- negozji l-kbar. Imma ejja nitkellmu bis- serjetà - jiena ridt li dan il- Gvern jagħmel 10 snin mhux anqas u bl-istess tmexxija. Ma kontx qed nistenna mirakli u iva kien hemm żbalji. Saru żbalji oxxeni li setgħu ġew evitati kieku ma kienx hemm min webbes rasu u kien stupidu. Imma jien, għax forsi kbirt, issa nista' nqabbel partit mal- ieħor u ma naħsibx li qatt kien hemm żmien meta l-Maltin ħassewhom tant orrajt. Nemmen li hemm nuqqas kbir ta' għarfien fuq kemm hu importanti li, pereżempju, ma nibqgħux nidħku bin-nies. Eżempju ċar huwa li l-membri parlamentari jitħallsu biċ-ċiċri u biex idawru lira jkollhom jitqaħħbu u jaħdmu ma' min jimlilhom buthom. Hemm ukoll l-ikbar problema, li meta jkun hemm żball oħxon ma jirrispondi għalih ħadd, jew inkella li nemmnu li l-iktar ħaġa importanti hija l-flus. Hemm diversi problemi fosthom li l-ħaddiema tal- Gvern għadhom jaħdmu bin-nofstanhari, li rridu nibnu mina bejn Malta u Għawdex u li pereżempju nġibu l-iskuża li għandna ħafna permessi u bini għax George Pullicino għamel ħafna local plans ħżiena. Jekk huma ħżiena biddilhom! Insomma nista' nkompli għaddej imma ma hemmx ċans. Li hu ċert fil-ħajja hu li għandek dejjem tħares lejn l-alternattiva politika u jien hekk għamilt. U x'rajt? Rajt persuna li kull mument u kull ċans li jkollu jiffissa fuq il-barranin. Qisu kopja ħażina ta' Salvini maħnuq. U meta nħares nisma' diskorsi fuq it-traffiku. Meta nifli l-proposti konkreti, ma nsib xejn. Jien u nfittex proposti fuq l-ekonomija, sinċerament ma nara xejn u ma nsib xejn ta' sugu. Minflok nara billboard fuq l-abort u kampanja ta' biża'. Bħallikieku Muscat qal li l-abort se jdaħħlu f 'Malta – meta ma qalx hekk. Nara billboards fuq il- kanċer, bħallikieku Delia sar konsulent bravu ta' Mayo Clinic b'xi riċetta mirakoluża biex ifejjaq lil kulħadd. Nara l-kelliema u l-kandidati tal-PN, fosthom lil Casa, il-bravu, li f 'Novembru ġie żvelat kemm kien dipendenti fuq il-kokaina u qisu ma ġara xejn. Saħansitra kien anke protagonist f 'parties xejn dekorużi ġo lukandi Maltin. Rajt lil Casa, il-persuna li meta Transparency International qalu li Londra hi l-kapitali tad-dinja fuq il- ħasil tal-flus, ma marx jitlob riżoluzzjoni kontra Londra, le ma tarax! Rajt lil Casa, il-persuna li biex jikkonvinċina kemm huwa l-kandidat ideali, ħa ritratt ma' Gonzi, Fenech Adami u Busuttil. Apparti li miskin Fenech Adami, ma nafx kemm jaf x'qed jagħmel, Casa bagħtilna messaġġ li hu jrid jeħodna lura. Innutaw li Adrian Delia ma kienx hemm. More of the past ifisser iktar minn Gonzi u iktar minn Simon Busuttil. Frankament kont qed nispera li ħadd ma jkollu l-isfortuna li jduq personalment il-politika ta' dawn it-tnejn min-nies. Taħt Gonzi jien rajt ħdura u malizzja, injoranza u apartheid, tpattija u mibegħda u ż-żmien taħt Busuttil għandi żewġ frażijiet biex niddeskrivih: injoranza kbira u klassiżmu u pupu f 'idejn Daphne u naħseb persuna oħra viċin tiegħu. Ħafna nies għandhom memorja qasira, jien ma għandix. Jien nasal biex ma nivvotax Labour imma għalissa ma wasaltx s'hemm. Imma, jien wasalt li qatt ma nivvota PN sakemm nibqa' nirraġuna sew għax minkejja dak kollu li rajt f 'ħajti, qatt ma esperjenzajt politika daqstant imnejka u esklussiva. Imma kif qegħdin l-affarijiet illum, nemmen li fil-politika hemm ħafna unfinished business. Jien ħa nivvota għall-kontinwità bi proviso importanti; li l-politika trid tiġi kkalibrata sew. Aktar politika soċjali u ambjentali, anqas orgażmi estremi mal- big business, aktar għarfien fejn sejrin, aktar kwalità tal-ħajja u aktar tolleranza lejn min jiġi fostna minn pajjiżi oħra. Joseph Muscat ma jistax jieħu l-affarijiet forgranted. Irid jirrispondi b'azzjonijiet konkreti. Imma kieku nkun qed negħreq u jkolli żewġ għażliet li biex insalva rrid jew ngħum sad-dgħajsa ta' Joseph jew sal-kajjik ta' Adrian, l-għażla tiegħi żgur ma tkunx li ngħum sal-kajjik ta' Delia. U tiegħek? Saviour Balzan huwa l-Editur Maniġerjali tal-kumpanija Mediatoday Se nivvota għall-kontinwità bi proviso SAVIOUR BALZAN illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 26 VotEWROPA 2019 Pereżempju nġibu l-iskuża li għandha ħafna permessi u bini għax George Pullicino għamel ħafna local plans ħżiena. Jekk huma ħżiena biddilhom! Taħt Gonzi jien rajt ħdura u malizzja, injoranza u apartheid, tpattija u mibegħda u ż-żmien taħt Busuttil għandi żewġ frażijiet biex niddeskrivih: injoranza kbira u klassiżmu u pupu f 'idejn Daphne u naħseb persuna oħra viċin tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019