Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 17 VotEWROPA 2019 MIRIAM DALLI Intervista Bħala MEP inti ħdimt fuq leġiżlazzjoni dwar is-CO2 u t-tniġġis fl-arja. Imma din se tolqot xi nies b'xi mod? Dan ifisser li se jkollna nixtru karozzi ġodda? Il-leġiżlazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi għandha l-għan li tħalli impatti pożittiv billi tindika lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea t-triq 'il quddiem fejn irridu mmorru biex it-trasport isir aktar nadif. Hija leġiżlazzjoni li tħares biex ikollna settur tal-karozzi aktar modern, u li joffri kwalità ta' arja aħjar. Jekk il-miri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet jittieħdu bis-serjetà, ikun ifisser inqas mard respiratorju. Bħala liġi tagħti inċentiv lill-Istati Membri li jmorru lejn trasport u settur tal-mobilità aktar nadif. Tgħaqqad flimkien l-aspett ambjentali, mal-innovazzjoni, il-kompetittività tal-industrija li twassal għal ħolqien ta' xogħlijiet ta' kwalità u aktar benefiċċji għall-konsumaturi. Fuq kollox kwalità ta' arja aktar nadifa. Għan-nies ifisser li se jkun qed jonqos il-prezz ta' karozzi li huma aktar nodfa u li jikkonsmaw anqas. Qed inżidu l-kompetittività waqt li fl-istess ħin qed ninċentivaw lill-Istati Membri jinvestu aktar fl-infrastruttura. Din il-liġi ma tfissirx li min illum għandu karozza, anke karozza klassika, irid ineħħiha. Din hija liġi li tħares lejn il-produzzjoni tal-karozzi l-ġodda, biex is-settur tal-manifattura jinvesti f 'teknoloġiji differenti. Ħafna drabi intom takkużaw lill-MEPs Nazzjonalisti illi qed 'ixewxu'. Bl-istess argument intom m'għamiltu xejn jew ma kontux effettivi biżżejjed biex tbiddlu l-opinjoni tal-maġġoranza tal-MEPs. Mhux hekk? Faċli tibni kampanja biex tattakka pajjiż. Sa mill-ewwel ġurnata kien hemm l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista jattakkaw lil Malta u għalqu din il- leġislatura bit-timbru tagħhom tal-attakki. Rajna dawn l-attakki diversi drabi, anke meta ġejna biex nagħtu l-appoġġ lin-nomini ppreżentati mill-Gvern Malti għall-irwoli fl-istituzzjonijiet Ewropej – u l-MEPs Nazzjonalisti ħadmu kontra. L-attakki komplew anke meta l-MEPs tal-PN kienu attivi f 'delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ġew f 'Malta. F'aktar minn okkażjoni waħda, dawn il-missjonijiet kellhom timbru partiġġjan bil-parteċipazzjoni tal-MEPs tal- Partit Nazzjonalista. Kienu selettivi man-nies li jiltaqgħu u meta ġew għall-kitba tar-rapport, kien hemm konklużjonijiet biex jiskatta Artiklu 7 kontra Malta. Dan ifisser li Malta titlef id-dritt tal-vot u aċċess għall-fondi. Saħansitra riedu jgħidu li l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant ma kinux konklussivi. Dan ġie indirizzat grazzi għall- ħidma tiegħi, flimkien ma' Alfred Sant u Marlene Mizzi, bl-appoġġ tal-Grupp tas-Soċjalisti. Huma minflok ħadmu spalla ma' spalla ma' min ried jiskatta Artiklu 7 kontra Malta. Għalqu dawn is-sensiela ta' attakki b'voti kontra l-interess ta' Malta u ppruvaw jimminaw is-sistema ta' tassazzjoni – li minn dejjem kien hawn qbil dwarha. Idawruha kif jippruvaw idawruha, il-fatt jibqa' illi fuq emenda kruċjali għall-interess ta' Malta, huma vvutaw kontra. Ivvutaw kontra li pajjiżna jkollu d-dritt tal- veto fuq kwistjonijiet importanti bħalma hi t-tassazzjoni. Il-verità hi li f 'Malta jgħidu mod, u fi Brussell jgħidu ieħor. F'Malta jgħidu li se jaħdmu għall-Maltin, u fil-Parlament Ewropew jaħdmu kontra pajjiżna. Inti ħafna drabi tkellimt dwar l-ambjent. Ma taħsibx li l-ambjent jinsab taħt theddida serja? Inti taqbel li ssir ir-reklamazzjoni tal-art? U X'tista' tagħmel int biex indawru r-rotta li jidher illi qbadna f 'dan is-settur? L-ambjent ifisser kwalità tal-arja aħjar, anqas tniġġis fit-toroq, fil-baħar u l-kampanja tagħna, aktar siġar li jistgħu jassorbu l-karbonju, ibħra nodfa u bilanċ bejn żvilupp u sostenibbiltà. Id-daqqa ta' ħarta lill-ambjent Malti ngħatat meta ġew estiżi ż-żoni tal-iżvilupp fl-2006. Neħtieġu infurzar tal-liġijiet u bilanċ bejn progress u sostenibbiltà. Ma qgħadtx lura milli nieħu azzjoni, bħal meta tkellimt dwar il-ħtieġa li nirrevedu l-politika tal-pompi tal-petrol, bħal proġett ta' Manoel Island biex il-Maltin ikunu jistgħu jgawdu dan il-wirt nazzjonali mingħajr impediment u affarijiet oħra. Ħdimt fuq liġijiet fil-Parlament Ewropew li jgħinu l-ambjent. Kont l-unika MEP Maltija li ħdimt b'mod attiv permezz ta' emendi biex nindirizzaw il-problema tal-iskart tal-plastik. Dwar kwalunkwe deċiżjoni li jista' jkollha impatt ambjentali, nemmen li jrid ikollna diskussjoni serja biex naraw x'effetti jista' jkollha, kif nimmitigaw dawn l-effetti u kif nistgħu nieħdu deċiżjonijiet ibbilanċjati. Il-kaċċaturi rrabjati għax minkejja referendum, twaqqfet il-kaċċa fuq il-gamiem u l-insib fuq l-għasafar tal-għana kien imwaqqaf. Ma taħsibx li dħaktu bihom lil dawn il-votanti? Daħak bihom Gvern Nazzjonalista meta qabel id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Eddie Fenech Adami u Simon Busuttil bagħtu ittra lill-kaċċaturi u n-nassaba jgħidilhom li d-delizzju tagħhom huwa garantit. Bħalha membru tal-kumitat parlamentari tal-ambjent, ħdimt kontra min ried jiżola lil Malta. Jien nemmen li l-liġijiet għandhom jiġu rispettati dejjem u minn kulħadd. Nemmen ukoll li jekk l-Unjoni Ewropea trid titkellem fuq il-protezzjoni tal-ispeċi differenti, irid ikun hemm diskussjoni miftuħa fejn inħarsu lejn il-pajjiżi kollha u anke prattiċi differenti li għandhom impatt fuq l-ispeċi differenti. L-UE qed tagħmel pressjoni għal rata ta' tassazzjoni li tkun l-istess fil-pajjiżi kollha membri. X'se tagħmel int biex dan ma jiġrix? Se nkompli nagħmel dak li għamilt tul dawn il- ħames snin. Se nibqa' niddefendi lil pajjiżi kontra min jipprova jħammġu, se nkun konsistenti fil-voti kemm fuq emendi, klawżoli, paragrafi, riżoluzzjonijiet u rapporti. Inutli ngħid li ħadd ma għandu jindaħal fis-sistema ta' tassazzjoni Maltija, imma mbagħad nivvota kontra l-interess ta' Malta. F'dawn l-aħħar jiem żvelajt kif il-Partit Nazzjonalista vvota kontra l-interess ta' Malta f 'emendi speċifiċi u m'għandu l-ebda risposta. U ma għandhomx risposta, għax l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista kellhom tliet ġimgħat ċans biex jirranġaw il-vot tagħhom wara l-vot fil-Parlament Ewropew. Dan ma għamluhx. Jinkwetak il-fatt li l-lemin estrem, kemm fl-Ewropa u anke f 'pajjiżna qed jgħolli rasu waħda sew. L-UE x'tista' tagħmel biex tikkalma dan is-sentiment? Taħseb li se nieħdu sorpriża kerha f 'Mejju? Nemmen li l-lemin estrem iqajjem rasu jekk ma jkunux offruti soluzzjonijiet soċjali. Fl- Unjoni Ewropea kellna pajjiżi li għażlu miżuri ta' awsterità b'ħafna nies jaqgħu lura u nħoloq spazju għal min irid iħaddan politika estrema. Nemmen li f 'Malta, ir-riżultat se jkun differenti għax dan huwa pajjiż immexxi minn Gvern li jisma', li qed jaħdem biex ikun ta' sostenn għall-familji, li ma jiddejjaqx jgħid lin-nies il-fatti kif inhuma. Ma jilgħabx għall-gallarija iżda jiddefendi l-interess nazzjonali daqskemm jirrispetta l-ħajja umana. 'L-MEPS tal-PN Kellhom tliet ġimgħat ċans biex jirranġawh il- vot dwar it-tassazzjoni' Dan l-artiklu sar bi ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019