Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 14 VotEWROPA 2019 JOSEPH SAMMUT Intervista Din hija l-ewwel darba li qed tikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. M'għandekx esperjenza, allura kif tħoss illi tista' tirrappreżenta lil pajjiżna bl-aħjar mod? Il-karriera pubblika tiegħi tinkludi 25 sena avukat prattikanti, u 19-il sena Membru Parlamentari. L-esperjenza legali hija strument importanti fil-ħajja pubblika tiegħi. Primarjament esponietni b'mod dirett mal-pubbliku, fejn ridt nieħu deċiżjonijiet kemm legali kif ukoll psikoloġiċi. Tgħallimt nisma', nifhem u nkun ta' għajnuna għan- nies. Il-Parlament Malti kompla jgħinni nkun aktar qrib in-nies u man-nies, soċjalment, u b'sodisfazzjoni kbir ngħid li sa mill-1998 dejjem ġejt elett b'żieda ta' voti. Dawn it-tnejn wassluni għall-ewwel pedament fl-esperjenza Ewropea: dik li tisma', tkun qrib u twassal fl-Istituzzjonijiet Ewropej dak li jridu n-nies. L-esperjenza li għandi f 'dawn l-oqsma ser nkun qed nużaha biex inwassal il-vuċi ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi fil-Parlament Ewropew. Wara l-elezzjoni tat-2013, il-Prim Ministru Joseph Muscat, għoġbu jappuntanti b'fiduċja, rappreżentant tal-Gvern Malti għall-Kunsill tal- Ewropa, kif ukoll rappreżentant tal-Gvern Malti għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran (PAM). Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organu importanti ħafna u huwa ffokat b'mod partikolari fuq il-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem, id- Demokrazija u s-Saltna tad-Dritt. Hawnhekk, jipparteċipaw il-membri kollha tal-pajjiżi Ewropej. Il-PAM, fergħa tal-Ġnus Magħquda, hija bbażata f 'Malta, u hija organizzazzjoni komposta mill- pajjiżi kollha li jmissu mal-Mediterran, fejn jiġi diskuss it-terroriżmu, il-problema dinjija tal-ikel, tal-ilma, kif ukoll il-ħasil ta' flus, fost affarijiet oħra. Fl-2017, il-PAM appuntanti Avukat Prinċipali bil- konsegwenza illi issa nipparteċipa f 'diversi oqsma li jikkonċernaw il-membri kollha, fosthom laqgħat formali, analiżi ta' dokumenti internazzjonali. Il-messaġġ jista' jasal anke jekk tkun f 'minoranza. L-esperjenza f 'dawn l-Istituzzjonijiet għallmitni li pajjiż jista' jagħmel lobbying, fejn nkunu nistgħu niddefendu l-isem u l-interessi ta' pajjiżna. Għaldaqstant nemmen li 19-il sena fil-Parlament Malti, esperjenza legali ta' 25 sena, kif ukoll esperjenza internazzjonali b'mod dirett fl- Istituzzjonijiet Ewropej, ser inkun qed nutilizzahom biex: 1. niddefendi l-interessi ta' pajjiżi, 2. innaddaf l-isem ta' Malta minn kritika inġusta u 3. nirranġa l-ħsara li saret lil pajjiżna. Probabbilment tiltaqa' ma' ħafna kaċċaturi u nassaba, li minkejja ħafna wegħdi u referendum la jistgħu jonsbu u lanqas imorru għall-kaċċa tal- gamiema. X'tgħidilhom meta jgħidulek li mhux se jivvutaw? Il-Partit Laburista kien it-tama u s-soljev għalina l-kaċċaturi u n-nassaba. Ngħid għalina għaliex jien wieħed minnhom peress li jiena kaċċatur u nassab u għandi l-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa peress li nipprattika dan id-delizzju. Gvern Laburista kien fetaħ l-insib fl-1996, wara li Gvern Nazzjonalista kien abolieh, meta fit-2004 innegozja, minn wara darna u laħaq ftehim mal-Unjoni Ewropeja, fl-acqui communitaire. L-użu tax-xibka għall-insib ġie abolit darba għal dejjem, filwaqt li fl-istess ħin intbagħtu ittri ppersonalizzati fejn iggarantixxa li d-delizzju ser jibqa'. Gvern Laburista reġa' fetaħ l-insib fil-ħarifa 2013. Jekk il-Qorti Ewropea ddeċidiet mod ieħor ma jkunx ġust li jeħel il-Gvern Malti. Anzi, il-Gvern Malti, grazzi għall-inizjattiva tas-Segretarjat immexxi minn Clint Camilleri, irnexxielu jirbaħ deroga sabiex ikun permess l-insib tal-pluviera u l-malvizz. Il-Gvern Malti rrnexxielu jirbaħ biex tibqa' tintuża x-xibka għall-insib. Dan huwa l-bidu. Għalhekk jiena ser nara biex il-leħen tiegħi ikun qed iservi bħala vuċi ta ħafna oħrajn, biex nibni l-pont għall-kisbien ta' derogi oħra fil- konfront ta' speċi oħra, bħalma huma taż-żebbuġ u l-isponsun, kif ġara f 'pajjiżi oħra. Dak li huwa permess f 'pajjiżi oħra Ewropej, għandu jkun ukoll permess f 'Malta. Darba kont tkellimt dwar it-trasport pubbliku u l-bżonn li jkun hemm trasport apposta għall- immigranti fi rħula bħal Birżebbuġa. Illum hawn ħafna u ħafna iktar immigranti minn meta ssuġġerejt hekk. Taħseb li ma nifilħux għal aktar? Taħseb li l-proposta li kont għamilt fl-2007 tgħodd għal-lum? Għandhom raġun in-nies igergru dwar l-ammont ta' barranin li hawn f 'pajjiżna? Meta tkellimt kont qed nesprimi weġgħa tal- kostitwenti ta' Birżebbuġa, peress li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien ħoloq konċentrazzjoni ta' immigranti illegali ġewwa Ħal Far. It-talba tiegħi kienet sabiex jiżdiedu aktar vetturi fuq il-linja jew jinħoloq servizz ġdid, peress illi, il-karozza tal-linja kienet qed timtela minn Ħal Far, bid-detriment li n-nies ta' Birżebbuġa u l-madwar ma setgħux jagħmlu użu mit-Trasport Pubbliku fuq dik ir-rotta. Illum ir-rotot inbidlu drastikament u għaldaqstant, sa issa, għadha ma ġietx għall-konjizzjoni tiegħi problema simili. Irridu niddeċiedu jekk irridux ngħixu kif konna qabel l-2013, fejn ammont ta' nies jitkarrbu għax- xogħol, bi dħul baxx jew kif qed ngħixu llum, fejn għandek lil Malta fuq quddiem nett f 'diversi oqsma, b'ħafna sidien ta' proprjetà, li bil-kirjiet li qed idaħħlu mingħand il-barranin, għolla l-livell tal-għixien tagħhom. Jinkwetak il-fatt li l-lemin estrem, kemm fl- Ewropa u anke f 'pajjiżna qed jgħolli rasu waħda sew. L-UE x'tista' tagħmel biex tikkalma dan is-sentiment? Taħseb li se nieħdu sorpriża kerha f 'Mejju? F'dan ir-rigward trid issir analiżi li biha tiddistingwi bejn is-sitwazzjoni ġewwa Malta u dik li tinstab fl-Ewropa. Filwaqt li fl-Ewropa hemm sitwazzjoni ta' inġustizzja soċjali, hawn Malta mhux il-każ. Grazzi għall-politika ekonomika b'saħħitha li qed issarraf f 'surplus, il-Gvern żied u ser jerġa' jżid il-pensjonijiet, indirizza l-inġustizzji ta' amministrazzjonijiet preċedenti billi ħallas arretrati, flus żejda mħallsa mill-VAT u ngħataw flus lura bħala refużjoni tat-taxxa. Hawn Malta, il-probabbilità hija li meta individwu jivvota għal-Lemin Estrem dan jagħmlu b'sens ta' ritaljazzjoni u mhux għax huwa attwalment attiv fil-lemin. Huwa proprju għalhekk li ma nistenniex sorpriżi f 'dan is-sens. L-ambjent f 'pajjiżna jinħass li jinsab taħt theddida kontinwa. Qed tiltaqa' ma' dan is- sentiment? X'se toffri int fuq livell Ewropew biex l-ambjent ikun iktar protett? L-ambjent huwa suġġett wiesa' li fl-opinjoni tiegħi jinqasam fi tnejn u cioè l-ambjent li ngħixu fih u x'ser inkunu qegħdin nagħmlu sabiex nipproteġu kontra l-kambjament tal-klima li jħalli l-effett tiegħu fuq l-ambjent bħall-arja, il- baħar eċċ... Il-Gvern Malti qed jieħu passi f 'din id- direzzjoni billi jinqata' l-użu tal-plastik u jkun hemm riduzzjoni fl-emmissjonijiet tad-dħaħen, partikolarment tal-karozzi. Jien ser inkun qed nimbotta għal aktar miżuri f 'din id-direzzjoni, u nkompli fuq dak li qed jagħmel il-Gvern Malti, fosthom tnedija ta' skema sabiex kull min jirritorna r-reċipjenti tal-plastik jirċievi ħlas u, sa data li għad trid tiġi stabbilita, titwaqqaf l-importazzjoni ta' vetturi li jaħdmu bil-carbon fuel. B'hekk ikollna vetturi kollha tal-elettriku. Aktar minn hekk, il-Gvern Malti għalaq il-power station tal-Marsa u kkonverta dik ta' Delimara għal waħda taħdem bil-gass. Qed isir u ser ikompli jsir titjib fit-toroq tagħna li ser isarrfu f 'arja nadifa, irranġar ta' ġonna mitluq u proġett ġdid ta' spazju miftuħ għall-familji. Investiment ta' €10,000,000 biex jiġi rranġat Wied il-Qliegħ (Chadwick Lakes) Fuq livell nazzjonali qed jingħad u qed jidher fis- sondaġġi li l-Partit Laburista jaf jirbaħ l-elezzjoni ta' Mejju b'marġini ta' 50,000 vot u aktar. Ma taħsibx illi riżultat bħal dan jista' jitla' għal ras il-Gvern u dan jaħseb li ħadd u xejn ma jista' għalih? Primarjament, kif spjega l-Prim Ministru, dawn is-sondaġġi ma jistgħux jittieħdu fl-istess kuntest tal-elezzjoni ġenerali peress illi f 'dawn l-elezzjonijiet jivvutaw ħafna anqas votanti milli jivvutaw fl- elezzjoni ġenerali. Barra minn hekk, jekk ninsabu f 'sitwazzjoni fejn il-Gvern ossia l-Partit Laburista, qed igawdi minn vantaġġ fuq il-Partit Nazzjonalista, għal dan, jaħti biss il-Partit Nazzjonalista għax għalkemm iż-żmien qed igerbeb jidher li ser jibqa' mifni b'konflitti interni inutli minnflok jiffoka fuq dak li jirrikjedi l-pajjiż u cioè oppożizzjoni kostruttiva. 'Jekk il-Qorti Ewropea ddeċidiet dwar il-kaċċa mhux ġust li jeħel il-Gvern' Dan l-artiklu sar bi ħlas