Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 Baħar Qawwi li jsir moderat għal qawwi Imbatt Baxx mill-Majjistral li jsir baxx għal moderat L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp: Pjuttost imsaħħab b'xi ftit xita li jsir ftit imsaħħab Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Lbiċ forza 3 għal 4 li jsir mill- Punent Majjistru forza 5 għal 6 Baħar Ħafif li jsir moderat Imbatt Ftit li xejn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Minn Yendrick Cioffi ILKAP u l-kandidat tal- Partit Demokratiku Godfrey Farrugia saħaq li jekk ikun elett fil-Parlament Ewropew, hu u l-kandidati l-oħra tal-PD ikunu lesti li jikkritikaw il- Gvern fejn ikun hemm bżonn, iżda qatt biex jagħmlu ħsara lill-pajjiż. L-ILLUM tkellmet ma' Farrugia dwar l-aspirazzjonijiet tiegħu u jekk jaħsibx li l-Partit Demokratiku jista' jmur tajjeb f 'dawn l-elezzjonijiet. "Jien nindokra l-interess tal- Maltin u l-Għawdxin u l-interess ta' pajjiżi fuq kollox. Qabel il-partiti u qabel kull ideoloġija. Jekk il-Gvern jgħaddas rasu u jitfa' lil pajjiżna wiċċu lejn is-sur, nitkellem kontra l-Gvern iżda ma jfissirx li nkun qed nitkellem kontra Malta," saħaq Farrugia. Mat-tabib Farrugia tkellimna fit-tul dwar jekk jaħsibx li l-partiti żgħar jistgħux imorru tajjeb fl-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt u jekk ikunux tilfu ċans tad-deheb jekk ma jagħmlu xejn. Iżda Farrugia ftit deher inkwetat għax saħaq li għandu fiduċja fl-elettorat. "Jekk l-elettorat jivvota lill-PD u partiti oħra żgħar ikun qiegħed jagħti sinjal lill-partiti l-kbar... Vot lill-PD huwa essenzjali," inisista, waqt li fakkar li l-PD diġà għandu rappreżentanza fil-Parlament Malti u għalhekk rappreżentanza fil-Parlament Ewropew iżżid is-sinerġija. Iżda din hija wkoll l-ewwel elezzjoni li l-PD se jikkontesta waħdu. Kemm hu fiduċjuż li jista' jġib riżultat tajjeb f 'din l-elezzjoni? Farrugia kien xi ftit jew wisq metaforiku: "Nemmen li kull żerriegħa tagħmel siġra ġdida u dik is-siġra ġdida tagħmel il-frott tagħha. Il-frott tal-PD huwa meħtieġ fil-politika tal- lum," insista Farrugia. "Il-PD huwa ċ-ċavetta. Jalla bl-għodda politika ta' partit, il-lealtà tkun aktar lejn il-pajjiż milli lejn il- partit." Iżda fakkarnieh li ħafna qabel il-PD kien hawn l-Alternattiva Demokratika. Allura jemmen li l-PD jista' jwettaq dak li l-AD ma għamlitx f 'dawn is-snin kollha? 'Il-PD beda mill-prinċipji ta' Malta Tagħna Lkoll' Saħaq li l-PD ħadem b'mod differenti. Iddeskrivieh bħala d-dar naturali ta' dawk li jħaddnu prinċipji demokratiċi u liberali, li ngħaqdu flimkien. "Il-partit huwa żgħir iżda strateġikament qiegħed f 'pożizzjoni li jsaħħaħ lil Malta. Kull vot li se jingħata lill-PD huwa vot ta' tama u verità, li dak li qed niżirgħu qiegħed joffri politika ta' konvinzjoni." Kien hawn li Godfrey Farrugia saħaq li wieħed jista' jgħid li l-għeruq tal-PD bdew mill- prinċipji ta' moviment ta' Malta Tagħna Lkoll. "Aħna għalhekk nitkellmu fuq l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u ħriġna bl-islowgan 'Pajjiżna f 'Qalbna,' u ġie kkupjat," insista. Għaqda bejn PD u AD: 'nibqgħu miftuħin għal kollox' Staqsejnieh jekk kienx ikun għaqli kieku ngħaqdu mal-AD biex ikunu forza akbar f 'dawn l-elezzjonijiet. Fakkar li bejn iż-żewġ partiti diġà hemm koperazzjonijiet, iżda saħaq li d-diskussjonijiet bdew tard wisq biex sa dawn l-elezzjonijiet setgħu jiffurmaw bejniethom xi ħaġa "tanġibbli." "Jekk ma jkollokx pjan ikkonsolidat wara xi ħaġa li hija komuni, dik ma taħdimx," saħaq Farrugia iżda qal ukoll li "l-Partit NIBDA billi nippreċiza u niddikjara b'responsabbilità kbira illi r-rapport tal-ġurnal ILLUM fl-artiklu tagħha kien rapport mimli b'allegazzjonijiet inveritieri u foloz u li tħejja sabiex itellfu l-kredibbiltà tiegħi u jħammġu lili. Ngħid illi matul dawn l-aħħar ħames snin jien kont il- handyman imqabbad u magħżul mill-Kunsill Lokali tar-Rabat kollu u mhux mis-Sindku waħdu. Jiena ġejt magħżul biex nagħmel dan ix-xogħol mitlub mill-Kunsill wara żewġ sejħiet tal-għażla konsekuttivi. Il-Kunsill wera l-fiduċja tiegħu fija biex għal darbtejn nintgħażel jiena sabiex inwettaq din il-ħidma. Ngħid illi xogħli dejjem għamiltu kif kien mitlub minni u dejjem qgħadt għall-ordnijiet li ngħatajt mill-Kunsill, mis- Segretarju Eżekuttiv Orietta Cardona u mis-Sindku tar-Rabat. Kont anke nattendi l-laqgħat kollha tal-Kunsill biex waqt il- laqgħat nagħraf u nifhem aktar l-operat u l-ħidma tal-Kunsill u dak li jkun hemm bżonn minni. Jien dejjem ippruvajt inkun ta' għajnuna fit-tħaddim u l-operat tar-Rabat permezz tal-Kunsill Lokali u għalhekk kont inkun irrid inkun preżenti ħalli nifhem iktar x'jeħtieġ minni l-istess Kunsill ħalli eventwalment inkun nista' nwettaq dak mitlub lili bl- aħjar mod. L-artiklu li deher il-Ħadd kellu l-iskop li jħammeġ lili, ir- reputazzjoni tiegħi u r-rispett li tgawdi l-familja tiegħi fir-Rabat Malta. Jiena dejjem ħadt ħsieb ix-xogħlijiet kollha ta' kuljum fil-lokalità tar-Rabat, rajt li jkun hemm l-indafa fil-lokalità kollha tar-Rabat, li l-ħsarat li jitfaċċaw fl- istess lokalità tar-Rabat jitranġaw minnufih u mingħajr dewmien. Ngħid illi jien tul dawn l-aħħar snin dejjem ħdimt b'saħħti kollha minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija mingħajr waqfien. Fil- fatt, il-Kunsill għoġbu għal bosta drabi jitlob lili biex nagħmel ċerti xogħlijiet ta' urġenza u jien qatt ma rrifjutajt li nagħmel xogħli. Kont niġi mitlub biex nagħmel xogħol bħal tpoġġija ta' qatran bl-użu tar-romblu, żebgħa ta' sinjali u dan meta l-Kunsill kien ikollu l-urġenza biex jagħmel dan anke fl-interess tal-istess lokalità u r-residenti tal-istess lokalità. Niftakar illi fil-laqgħat tal- Kunsill kien ikun hemm dejjem l-insistenza fuq il-bżonn li jitnaqqas id-dejn u li ħafna mix- xogħol isir bid-direct orders biex jiġu ffrankati eluf kbar ta' flus. Mhuwiex assolutament minnu illi xi darba nqast lill-Kunsill jew tħallast għal xogħol li ma sarx jew li sar mingħajr il-kunsens tas-Segretarju Eżekuttiv li huwa l-uffiċjal amministrattiv, eżekuttiv u finanzjarju tal-Kunsill fejn mingħandu u mingħad is-Sindku bil-miktub kont ningħata d-direct orders. Ngħid illi għal erba' snin sħaħ kont nitħallas is-somma ta' €920 fix-xahar fejn dan jista' jikkonfermawh il-membri tal- Kunsill u huwa pubbliku għall- iskrutinju ta' kulħadd. Ngħid illi fil-ġurnal ILLUM saru diversi allegazzjonijiet fuqi u anke ssemmew xi każijiet speċifiċi bħall-użu tar-ristorant Ċiniz Wenzhou, li fuqha ħarġet direct order u dan l-isem intuża biss sabiex il-Kunsill ikun jista' juża dan in-numru tal-VAT biex jiena nagħmel ix-xogħol mitlub, u x-xogħol li sar ġewwa Chadwick Lakes, fejn sar pont bil-konkos u dan fl-interess ta' min iżur iċ-Chadwick Lakes fejn dawn ix-xogħlijiet intlabt nagħmilhom 'Allegazzjonijiet intenzjonati b'malizzja iħammġu r-reputazzjoni tiegħi u tal-familja Fid-dritt tar- risposta, il- handyman Paul Tanti qal: 'Il-partit ta' Norman Lowell '…araw kif jitkellmu fuqi b'mod sessist it-trolls tal-partit'