Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 21 VotEWROPA 2019 I l-ħsara li qed issir lil Malta minn Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista, hija waħda evidenti. M'hemmx għalfejn wieħed ikun intiż ferm fil-politika, biex jinnota dan kollu. F'għadd ta' kwistjonijiet, bħall-Panama Papers, l-Egrant, u s-sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna, dawn dejjem raw li jpoġġu l-ewwel l-interessi tal-Partit Nazzjonalista, dik li jagħmel kemm jista' jkun ħsara lill- Gvern Laburista. Din il-moda li qabdu jaħdmu biha l-MEP's tal- Partit Nazzjonalista, ma jidhirx li se tasal fi tmiemha. B'hekk, huwa importanti ferm, li fl-elezzjoni tal-25 ta' Mejju, nagħtu risposta, u neleġġu persuni kompetenti, li kapaċi jwaqqfu dawn l-attakki insensati kontra pajjiżna. Jekk niġi elett, jien se nkun MEP ġdid. Madanakollu, għall-istituzzjonijiet Ewropej, se nkun wiċċ tista' tgħidlu antik, hekk kif matul dan il-perjodu ta' attakki kontra Malta, jien kont il- mibgħut mill-Prim Ministru Joseph Muscat fi Brussell, biex inkun ir-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, fl- aħħar ħames snin, jien ħdimt qatigħ biex nissalvagwardja isem Malta fil-Parlament Ewropew, fil- Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u fil-Kummissjoni Ewropea. Naturlament, waqt li x-xogħol fl-Unjoni Ewropea kien wieħed li ma nbiddlu ma' xejn, kien żmien diffiċli. Iebsa ferm li tisma' allegazzjonijiet kontra pajjiżek, li lanqas biss huma minnhom, imxerrda minn sħabek Maltin stess. U għalhekk, apparti x-xogħol tiegħi, bdejt naħdem mal-Prim Ministru Joseph Muscat, biex flimkien niltaqgħu mal-Membri Parlamentari Ewropej kollha, li jammontaw għal iktar minn seba' mitt ruħ, biex niddefendu isem pajjiżna. Dan kollu grazzi għat-tixrid tal-gideb u l-eseġerazzjonijiet ta' David Casa u Roberta Metsola. Fost il-ħsara li għamlet Roberta Metsola lil pajjiżna, hemm ir-riżoluzzjoni li kitbet, biex fi kliemha, ikun hawn iktar saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Wara ħafna xogħol u tfesfis fil-widnejn, fil-ġimgħat li għaddew, il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti ivvutaw favur din ir- riżoluzzjoni, biex b'hekk din ir-riżoluzzjoni għaddiet. Fil-fatt, din ir-riżoluzzjoni titlob inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, qtil li dwaru hemm tliet persuni arrestati u għaddejjin bi proċeduri avvanzati l-Qorti. Każ ukoll li wassal lill-Prim Ministru biex iġib f 'Malta l-ogħla awtoritajiet barranin fosthom anke l-FBI. Ir-riżoluzzjoni titlob ukoll il-publikazzjoni tal-inkjesta Egrant, u investigazzjoni dwar ħasil ta' flus f 'pajjiżna. Dan bħallikieku pajjiżna huwa xi ċentru ta' ħasil ta' flus, dejjem kif jippruvaw ipenġuh Metsola u Casa. Jekk wieħed jaħseb ftit, huwa tajjeb li pajjiżna ikun investigat għal dawn l-affarjiet li ssemmew, u ma jinstab xejn. Iżda hawn hu fejn wieħed jista' josserva l-partiġjaniżmu sfrenat tal-MEP's Nazzjonalisti. Meta kien hemm pajjiżi fejn il-korruzzjoni kienet mhux biss allegata, iżda ippruvata, dawn l-istess MEPs li vvutaw biex tiġi investigata Malta, f 'dawn il-każijiet jew ma vvutawx, jew saħansitra qabżu għal dawn il-pajjiżi! Fil-fatt, Metsola meta mitluba tivvota dwar riżoluzzjoni fil-konfront tal-Polonja, biex ikun jista' jinkiteb rapport dwar is- saltna tad-dritt f 'dan il- pajjiż, hi ma kkommettietx ruħha, u astjeniet. L-istess fil-każ tal-Ungerija, pajjiż li kien qed jiġi akkużat b'għadd ta' affarijiet fosthom li mexa kontra s-saltna tad-dritt, li mar kontra d-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, u kontra drittijiet tal-immigranti. Hawnhekk, Metsola vvutat favur l-interessi tal-Ungerija. Fid-dawl ta' dan kollu, mhux darba jew tnejn li sfidajt lil David Casa, jew Roberta Metsola għal dibattitu, iżda dan baqa' qatt ma mmaterjalizza. Naturalment mhux minn naħa tiegħi, li ninsab ħerqan ferm biex niltaqa' magħhom u niddibatti, u forsi nipprova nifhem ftit minn fejn ġejja din il-mibegħda kollha lejn pajjiżna. Kif għedt, huwa importanti, li għal ġid tal-pajjiż li tant huwa għal qalbna, fil-25 ta' Mejju li ġej nagħżlu lil Malta Qabel Kollox, biex b'tim ta' MEP's esperjenzati, u li jafu x'inhuma jagħmlu, nissalvagwardjaw l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Esperjenza wara oħra li ppreparatni għal dan il-pass Kif għedt, huwa importanti, li għal ġid tal-pajjiż li tant huwa għal qalbna, fil-25 ta' Mejju li ġej nagħżlu lil Malta Qabel Kollox CYRUS ENGERER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019