Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956
illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 4 VotEWROPA 2019 BĦALLUM ġimgħa nkunu nafu min rebaħ l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, min tilef u aktar tard mal-ġurnata nsiru nafu min huma s-sitt Membri Parlamentari Ewropej li se jkunu qed jirrappreżentawna fi Brussell. Simili għal dak li għamlet fil-kampanja elettorali tal-2017 din il-gazzetta se tagħti ħarsa lejn min għandu x'jitlef u min għandu x'jirbaħ mir-riżultat ta' nhar il-Ħadd li ġej. Muscat: irid isaħħaħ mhux inaqqas id-distakk, inkella... Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat irid, kważi akkost ta' kollox, jara li d-distakk ma jonqosx. Jekk jonqos id-distakk b'mod qawwi biżżejjed, bla dubju li tkun sajjetta fil-bnazzi. Muscat dejjem jaqbillu illi jkollu rebħa b'distakk ta' aktar minn 40,000 vot għal diversi raġunijet. L-ewwel nett jekk jitlaq mix-xena politika lokali jkun telaq fl-ogħla punt fil- karriera tiegħu wara rebħa storika li bħalha qatt ma seħħet. Dan id-distakk jagħtih iċ-ċans tal-'golden exit' bir-rekord tiegħu jkun dejjem rebħa ikbar minn oħra, bl-iżgħar tkun 33,000 distakk fuq il-PN fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2009. Muscat, probabbilment jaf illi t-triq wara l-25 ta' Mejju mhux neċessarjament se tkun 'il fuq. It-tgergir qed jiżdied, speċjalment dwar il-barranin, l-ambjent, il-pagi, il-kirjiet u l-prezzijiet. Dan apparti li l-PN mhux neċessarjament (għalkemm jista' jkun) jibqa' nieżel 'l isfel u jibda jirkupra xi ftit mill-voti u l-fiduċja illi tilef. Jekk jonqos id-distakk b'aktar minn 10,000 vot, ikun sinjal ikrah għal-Labour u l-ewwel konsenturi reali li jistgħu juru illi t-triq tan-niżla bdiet. Għalkemm Muscat ma jaqbillux li jonqos id-distakk ħalli jitlaq bil-kbir (jekk jitlaq), jista' jkun li fit-tul il-Partit Laburista jaqbillu illi jitlef ftit mis-saħħa li kellu fl-2017 għal raġuni partikolari. L-ewwel nett tnaqqis żgħir jew inkella medju (-10,000) tista' tagħti tama falza lill-Partit Nazzjonalista li jibda jaħseb illi għall-2022 jew ġewwa x-xilep jew inkella li għandu ċans kbir li jirbaħ. Dan meta fil- fatt dawk l-10,000 jistgħu jkunu Laburisti diżillużi li f 'elezzjoni ġenerali xorta jivvutaw PL jew inkella voti Laburisti li nhar il-25 ta' Mejju se jmorru għand Norman Lowell. L-agħar riżultat tal-PN għalhekk se jkun jekk jonqos id-distakk bi ftit biss, għaliex jista' jibgħat il-messaġġ illi verament qed jidhru r-riżultati meta fil-fatt dan ma jkunx minnu. Dan ġara fl-2015, meta bosta fil-PN bdew jemmnu li t-titjib konsiderevoli fir-riżultat tal-elezzjoni tal-kunsilli Lokali kien ifisser titjib fuq bażi nazzjonali. Dakinhar l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil kien qal illi l-partit kien wasal 'nofs triq' fost sentiment ta' ċelebrazzjoni fin-Naxxar. Kif nafu dan ma kienx minnu u fl-2017 il-PN tilef b'marġini ikbar mill-2013. Biex ikun sigur li verament beda jnaqqar u jhedded l-eġemonija Laburista d-distakk irid jinżel taħt il-25,000 vot. Delia: akkost ta' kollox irid jara li d-distakk jonqos sew, inkella... Ninsew l-impatt tar-riżlutat tal-elezzjoni tal-25 ta' Mejju. Adrian Delia jaqbillu illi fl- ewwel elezzjoni tiegħu bħala Kap tal-PN għall-inqas inaqqas id-distakk bi ftit, tagħti kemm tagħti tama falza lill-għeruq tal-PN. L-argument, anke ta' Frank Psaila fuq din il-gazzetta stess (ara paġni 12 u 13) huwa li Delia huwa 'work in progress' u allura m'għandux ikun iġġudikat biss wara l-ewwel sena. Dan huwa minnu, iżda l-politika mhix eżattament arti ġusta u distakk ikbar jista' jgħaddi messaġġi ħżiena ħafna. Distakk ikbar ifisser (fil-ħsieb tal-kollettiv) illi Delia mar lura flok 'il quddiem, li huwa 'agħar' minn Simon Busuttil, li ma kienx konvinċenti biżżejjed fil-kampanja u jilleġittimizza, għall-ewwel darba, l-għajta biex jitneħħa minn kap. Meta s-sondaġġi qed juru illi X'jaqblilhom u x'ma jaqblilhomx li jkun l-eżitu bħal-lum ġimgħa Bħal-lum ġimgħa nkunu nafu min rebaħ l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew u min se jkunu s-sitt MEPs Maltin. Imma Joseph Muscat x'jaqbillu? Li jkabbar jew iċekken id-distakk? U Delia? U Lowell fejn irid? U Casa x'jeħtieġ illi jagħmel? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Joseph Muscat Norman Lowell