Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Sports 34 illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Minn ta' età żgħira, minn dejjem kont attiva ħafna fl-isport, fejn l-iskola kont nipparteċipa f 'kull tip ta' attività li għandha x'taqsam mal- isport. Iddeċidejt li nibda l-għawm ta' 13-il sena, fejn bdejt nitħarreġ mal- klabb 'Inspire' magħruf ukoll bħala r-Razzett tal-Ħbiberija, fejn iktar 'il quddiem biddilt il-klabb u ngħaqadt mat-team tan-Neptunes. Wara biss sena u nofs irnexxieli nikseb il-ħin biex nidħol fin-nazzjonal ta' Malta u nkun nista' nibda nitħarreġ iktar b'mod regolari. Kienet il-ħolma tiegħi li ningħaqad man-nazzjonal u kien ta' unur kbir għalija li wara biss sena u nofs nagħmel parti minn dan it-tim. Taħriġ kellna10 darbiet fil-ġimgħa għawm, fejn kellna wkoll indaħħlu xi 'gym session' darbtejn jew tliet darbiet oħra fil-ġimgħa. Apparti taħriġ tal- għawm, jien kont għadni studenta Universitarja, fejn l-ikbar sfida li kelli kien kif inqassam il-ħin. L-iktar ħaġa importanti kienet li jkollok pjan tajjeb ta' kif ħa tqassam ix-xogħol inkella tispiċċa jew ma tlaħħaqx tlesti x-xogħol tal-iskola jew inkella jkollok titlef it-taħriġ minħabba l-iskola. Però, din l-iskuża qatt ma kienet tajba għalija, għax kont nagħmel minn kollox biex ikolli pjan tajjeb biex inkun nista' nlaħħaq kemm mal-iskola kif ukoll mal-isport li tant inħobb. In- nazzjonal kien immexxi minn Andy Colbourn, fejn nista' ngħid li bħala għawwiema għenni ħafna u baqa' jsegwini u jimmotivani biex inkompli tiela' fit-triq it-tajba. Kif tiddeskrivi l-ħajja ta' għawwiem? Ħajja ta' għawwiem mhijiex daqshekk faċli fejn it-taħriġ kien jibda kuljum fis-6 ta' filgħodu sas-7.30am, wara nibqgħu sejrin l-iskola u nerġgħu mmorru għat-taħriġ wara l-iskola mill-4pm sas-6pm kuljum. L-unika darba li konna nitħarrġu ħarira iktar tard kien is-Sibt fejn konna nibdew fis-7 ta' filgħodu. L-unika ġurnata ta' mistrieħ kienet il-Ħadd. X'unuri ksibt fl-għawm? Fl-għawm, ksibt ħafna unuri fejn għal erba' snin konsekuttivi ġejt magħżula biex nirrappreżenta lil Malta fil-FISEC Games, fejn kienu saru darbtejn Malta, Franza kif ukoll fil-Portugall. Fl-2009 ksibt l-ewwel 'short course record' tiegħi fil 4x50 relay. Is-sena ta' wara rnexxielna niksbu midalja tal-bronż fil-4x100m freestyle ġewwa Franza. L-aqwa sena fil-karriera tal-għawm kienet fis- sena 2014 meta tlajt nirrapreżenta lil Malta fil-'Berlin International Swim Meet'. Kulma kelli tliet tlielaq, fejn fil-100m butterfly ġejt fit-tielet post u rbaħt midalja tal-bronż u fil-100m freestyle naqqast il-ħin personali tiegħi u rnexxieli nidħol fin-'National A Team', kif ukoll ġejt magħżula biex ningħaqad mat-tim li kien ġie magħżul biex jirrappreżenta lil Malta fil-'University Games' fis-South Korea. Fl-2015 ipparteċipajt fil-CIJ International Swimming Meets ġewwa Luxembourg fejn irnexxielna niksbu midalja tad-deheb fil-4x50m freestyle mixed. L-ikbar unur tiegħi fl-għawm kien meta tlajt nirrappreżenta lil Malta fil-University Games li saru fi Gwangu, South Korea. Kien unur kbir li nipparteċipa f 'kompetizzjoni ta' livell daqshekk għoli kif ukoll li niltaqa' ma' atleti bħali li kienu qed jistudjaw l-Università fejn xi wħud minnhom kienu anki atleti olimpiċi. Imbagħad kif beda l-interess tiegħek fil-waterpolo? Matul dan il-proċess, fl-2013 reġa' beda l-waterpolo tan-nisa f 'Malta u kont tħajjart nibda l-waterpolo mal-klabb tiegħi stess tan-Neptunes, immexxi minn Sandro Bianchi. Minn dejjem kont inħobb team game u peressli kont għawwiema kien diġà vantaġġ kbir biex nimxi 'l quddiem f 'dan l-isport ukoll. Fis-sena 2013 kif ukoll fl-2014, it-tim tan-nisa tan- Neptunes irnexxielna nirbħu double fis-snin rispettivi. Però, fl-2015 iddecidejt li nieqaf kemm mill-għawm kif ukoll mill-waterpolo. Għaliex iddeċidejt li tagħmel hekk? Kienet deċiżjoni diffiċli immens għalija għaliex kemm l-għawm kif ukoll il-waterpolo kienu parti importanti f 'ħajti, però kelli bżonn niffoka iktar fuq l-aħħar ftit snin li kien għad baqgħali l-Università. Sadanittant jien qatt ma waqaft nitħarreġ. Kont nitħarreġ waħdi billi nattendi l-gym fis-6 ta' filgħodu u b'hekk ma jkunx ta' xokk kbir għalija li waqaft ħesrem. Kif inbidlet ħajtek minn meta waqaft mix-xena tal-isport? Għall-ewwel bdejt nieħu gost li kelli iktar ħin f 'idejja u stajt inqassam l-affarijiet aħjar, fejn stajt noħroġ u ngawdi iktar lil sħabi. Però, wara ftit tax-xhur bdejt inħoss in-nuqqas ta' dik il-ħajja ta' għawwiem. Anke jien bħala persuna bdejt inħossni ninbidel, fejn bdejt ninduna li minn karattru sod u pożittiv, kont qed insir iktar negattiva, naqta' qalbi malajr u jekk ikun hemm sfida ma bqajtx nidħlilha b'ruħi u ġismi. M'inix persuna li ħa jirnexxieli noqgħod mingħajr sport. Dik l-emozzjoni ta' kompetizzjoni qiegħda ġo fija u b'xi mod ridt nerġa' nsib sieqi f 'xi sport ieħor. Fis-sena 2016 kont ġejt imħajra biex nibda l-handball u ddeċidejt li nibda dan l-isport u ningħaqad mal- Kavallieri Handball Club. Kif kienet l-esperjenza tiegħek fil- handball? Kienet esperjenza ġdida u differenti għalija, fejn xorta hemm il-kunċett tal-ballun, però din id-darba l-logħba tintlagħab fuq l-art. F'kull ħaġa li nagħmel nipprova nagħmilha mill- aħjar li nista' u l-għawm narah li għenni immens biex nikber f 'persuna ddedikata għal dak li nkun ħa nagħmel. Fl-ewwel staġun tiegħi nilgħab il-handball ġejt mogħtija żewġ unuri ta' 'Most promising player' fil-first division kif ukoll fis-second division. Sfortunatament, l-istaġun tal-handball 2017/2018 kien qasir għalija, fejn waqt logħba kontra l-Phoenix kont weġġajt u ma stajtx nitfa' piż fuq sieqi. Ftit xhur wara sirna nafu li tajjart il-cruciate (ACL) ta' sieqi tax-xellug u kienet ħa tkun impossibli li jien inkompli l-handball minħabba l-fatt li jkun hemm possibiltà kbira li terġa' ċċedili sieqi u nagħmel l-affarijiet agħar milli huma. L-uniku mod li stajt nirritorna lura għall-isport kien billi nkun operata. Din kienet l-ewwel injury għalija u kienet ta' xokk kbir. Sibtha diffiċli immens li naċċetta l-fatt li jien ma nistax nikkompeti jew sempliċiment ma nistax nilgħab logħba żgħira għax inkella ċċedili sieqi. Għalkemm bqajt nitħarreġ waħdi biex il-muskoli jibqgħu b'saħħithom għal meta tasal l-operazzjoni, xorta waħda kont inħoss xi ħaġa kbira nieqsa minni. Kemm-il darba ppruvajt nattendi taħriġ mat-tim tiegħi biex naljena naqra rasi, però kemm-il darba kienet terġa' ċċedili sieqi. Kif għext wara din l-injury? Sal-ġurnata tal-lum għadni qed nistenna li niġi operata biex forsi nkun nista' nirritorna lura għall-handball. Hija sfida kbira għalija biex jgħaddi dan iż-żmien kollu u ma nkunx parti mit-tim tiegħi minħabba l-fatt li qiegħda mweġġa'. Nista' ngħid li mentalment din l-injury tefgħatni lura ħafna. Naħseb l-agħar ħaġa għal kull atleta hi li tweġġa', u ma jkollhiex ħjiel ta' meta hi l-operazzjoni u fl-istess ħin tattendi għal-logħob biex tagħti s-sapport tagħha lit-tim. Dak il-ħin minn moħħok jibdew għaddejjin ħsibijiet fejn tibda tgħid lilek innifsek: 'M'iniex persuna li ħa jirnexxili noqgħod mingħajr sport' Cristian Antony Muscat Shanice Cassar - atleta tal-ogħla livell -għawm u l-handball li iżda kawża ta' injury pjuttost serja, kellha tħalli dan tal-aħħar biex bdiet avventura ġdida l-waterpolo fejn qed tikseb suċċess mat-tim tan-nisa ta' San Ġiljan immexxi mill-kowċ ferm bravu u ħabrieki, Dale Dowling. Naħseb l-agħar ħaġa għal kull atleta hi li tweġġa', u ma jkollhiex ħjiel ta' meta hi l-operazzjoni u -istess ħin tattendi għal-logħob biex tagħti s-sapport tagħha lit-tim " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019