Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju 2019 Aħbarijiet 36 GĦAL darb'oħra, il-Gvern Soċjalista qed jerġa' juri li mhux jieħu b'serjetà d-diffikultajiet tal-Għawdxin u wara li ħela sitt snin, issa se jġib vapur skadut li m'għadux jintuża, bi problemi ta' aċċessibbilità, u li mhu se jkun qed joffri l-ebda impjiegi ġodda lill-Għawdxin. Hekk qalu l-Kelliem tal- Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said u l-kandidat għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew Michael Briguglio waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Imġarr f 'Għawdex. Siti internazzjonali juru li dan il-vapur inbena fl-1987 u diġà għandu 32 sena. Dan meta l-età medja tal-vapuri li jintużaw fil-gżejjer Taljani u Griegi, l-età medja hija ta' 20 jew 11-il sena. Chris Said qal li l-Gvern Soċjalista għandu track record negattiv li wara sitt snin m'għamel xejn biex isaħħaħ il-konnettività bejn il-gżejjer anzi neħħa wkoll s-servizz li kien hemm bejn Sa Maison u Għawdex għall-merkanzija u għadu ma sar xejn għas- servizz tal-fast ferry minħabba li t-tender biex ikun hawn fast ferry bejn Malta u Ghawdex ġie sospiż minħabba t-taħwid, li għalih spiċċaw ibatu l-Għawdxin. Dan apparti l-bosta wegħdi ta' cruise liner terminal għal Għawdex li sal-lum għadu ma sar xejn u studji fuq baga li ma wasslu mkien. Huwa qal li dan in-nuqqas ta' investiment min-naħa tal-Gvern Soċjalista favur il-konnettività bejn il-gżejjer qed iwassal biex tikber l-insularità doppja ta' Għawdex. Michael Briguglio qal li l-impatt ambjentali u tal- aċċessibbilità li vapur antik se jkollu huwa kruċjali sabiex pajjiżna jibqa' kompetittiv fis- settur tat-turiżmu. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem kellu viżjoni fejn tidħol il-konnettività tal-gżejjer Maltin u kien il-PN li investa biex illum hawn tliet vapuri li għandhom il-faċilitiajiet kollha meħtieġa, mhux bħall- Gvern Soċjalista li kaxkar saqajh għal vapur ieħor. Kien ukoll il-PN li investa biex tiżdied il-kapaċità tal-vapur Ta' Pinu fl-2012. Għoxrin sena wara dawn il-vapuri għadhom qed jaqduna. Din kienet viżjoni ta' Gvernijiet Nazzjonalisti fejn tidħol il-konnettività bejn il-gżejjer, u dan apparti l-fondi Ewropej sabiex inbnew terminals ġodda fic-Ċirkewwa u l-Imġarr. Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-MEPs li se jiġu eletti f 'ismu, se jaħdem favur fondi Ewropej biex titjib il-konnetittività bejn Malta u Għawdex, b'vapur ġdid li jixraq lill-Għawdxin kif ukoll investiment fil- ħames vapur biex jissaħħu u jiżdiedu l-frekwenzi tal- vjaġġi, u ma jiġrix bħalma ġara fl-aħħar xhur meta kien hemm il-ħsarat, u meta ssir manutenzjoni kollox jibqa' għaddej. Dan għaliex il-konnettività hija kruċjali ghall- kompetittività ta' Għawdex. Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal- Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali Chris Said u l-kandidat għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew Michael Briguglio kien hemm preżenti wkoll il-kandidat għall-elezzjoni lokali fix- Xagħra Kevin Cutajar u l-kandidat għall-elezzjoni lokali fir-Rabat Għawdex Joseph Ellis. 'Wara li ħela sitt snin il-Gven Soċjalista se jagħti lill- Għawdxin vapur skadut li m'għadux jintuża'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019