Illum previous editions

ILLUM 19 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1118956

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Mejju2019 5 VotEWROPA 2019 hija kważi impossibbli li tiġri, Delia jaqbillu li jonqos dak id- distakk, anke jekk minimament (circa 5,000 biex jiġi -35,000). Anke jekk mhux biżżejjed, dan juri illi hemm xi forma ta' riżultati. Dan ikun vera l-'work in progress' għax kif tgħid il- kelma; 'progress' mhux rigress. Jekk id-distakk jiżdied bi ftit forsi jkun jista' jġaħġaħha Delia. Jekk id-distakk jikber b'mod qawwi, jgħid x'jgħid u jrid xi jrid Delia, it-tmexxija tiegħu se ssib l-akbar ostaklu s'issa. Norman Lowell: jikseb l-akbar numru ta' voti wara l-PN u l-PL Norman Lowell, il-kandidat tal-lemin estrem, jidher li għandu bażi ta' popolarità ikbar minn snin oħra. Iċ-ċans li Lowell itella' siġġu huwa xi ftit remot għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett huwa improbabbli li jkollu biżżejjed unijiet biex ikollu ċans ikun elett u t-tieni u aktar importanti huwa improbbabli wkoll li jkun fil-wirt ta' kandidati oħrajn. Il-mira ta' Lowell hija li jkun meqjus bħala t-tielet l-akbar forza fil-pajjiż f 'termini ta' numri, ikbar mill-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku b'tal-ewwel ilu jopera mid-90ijiet u t-tnejn bi statut. Jekk Lowell jaqbeż lil dawn u jaqbeż ukoll lill-kandidati indipendenti jkun poġġa lilu nnifsu f 'post fejn ikun diffiċli jiġi injorat. Ma tistax kompletament tinjora t-tielet l-aktar partit popolari f 'pajjiż! Jekk, min-naħa l-oħra Lowell ma jaqbiżx lil dawn il-partiti u jikseb numru ta' voti li huwa viċin dak ta' ħames snin ilu, ftit ikun għamel progress reali u allura ftit ikun jista' jittieħed bis- serjetà speċjalment wara elezzjoni illi l-aspettattiva hija li jmur tajjeb fiha. PD jaqbillu illi jikseb ammont rispettabbli ta' voti, inkella... Il-Partit Demokratiku l-ewwel darba li se jikkontesta elezzjoni waħdu, wara illi fl-2017 ikkontesta fuq l-istess lista mal- PN . F'din l-elezzjoni l-PD jaqbillu illi jikseb ammont rispettabbli ta' voti li, minimament, jaqbżu l-5,000 vot, biex tal-inqas juri illi għandu bażi ta' segwaċi. Jista' jkun li l-PD igawdi minn vot ta' protesta min- Nazzjonalisti li mhuma xejn kuntenti bis-sitwazzjoni tal- partit. Dan il-vot ta' protesta la nafu kemm hu kbir u lanqas qed jidher fis-sondaġġi li qed ikunu ppubblikati. Jidher illi l-aktar kandidati li għandhom ċans jiksbu numru rispettabbli ta' voti u li ħerġin mal-PD huma l-eks Ministru Laburista Godfrey Farrugia u l-ambjentalista Cami Appelgren. David Casa: jieħu post Frank Psaila jekk il-PN jirbaħ żewġ siġġijiet biss U finalment hemm David Casa, li jista' jkun l-unika MEP kurrenti li kien elett fl-aħħar elezzjoni u li ma jkunx elett issa (Francis Zammit Dimech ma kienx elett fl-elezzjoni imma wara elezzjoni każwali wara li tbattal il-post ta' Therese Commidini Cachia). Kif irrappurtat din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda, Casa u Frank Psaila qegħdin f 'battalja għat-tieni siġġu li jaf ikun l-aħħar siġġu li jikseb il-PN. L-MEP, li apparti l-antipatija kontrih mil-Laburisti, kellu wkoll imdendlin fuqu, akkużi dwar droga, se jkollu jittama għal diversi xenarji: 1) li biżżejjed Nazzjonalisti, speċjalment dawk li kienu jsegwu lil Daphne Caruana Galizia jivvutawlu, 2) li biżżejjed persuni li jivvutaw lil Metsola jagħtuh it-tieni preferenza 3) li Metsola tkun eletta kemm jista' jkun malajr ħalli taqa' u d-duwijiet li jikseb mingħandha jgħinuh jitla' 4) kemm jista' jkun jitla' malajr hu ħalli ma jaqgħux kandidati oħrajn u d-duwijiet tagħhom imorru għand Frank Psaila u finalment 5) ma' Peter Aguis jaqbżux bl-unijiet u 'donkey votes'. Il-lista hija twila imma Casa qed jittama li tmissu x-xorti u l-2019 ma tibqax imfakkra bħala s-sena li fiha tilef is-siġġu li ilu għandu mill-2004. Adrian Delia David Casa Din l-analiżi nkitbet qabel l-aħħar żviluppi tal-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 May 2019